|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/4821 |
12.8.2024 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-27 ta’ Ġunju 2024 – Lupin Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-144/19 P) (1)
(Appell - Kompetizzjoni - Prodotti farmaċewtiċi - Suq tal-perindopril - Artikolu 101 TFUE - Akkordji - Kompetizzjoni potenzjali - Restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan - Strateġija intiża li ddewwem id-dħul fis-suq ta’ verżjonijiet ġeneriċi tal-perindopril - Ftehim ta’ soluzzjoni bonarja ta’ tilwima fil-qasam tal-privattivi)
(C/2024/4821)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Lupin Ltd (rappreżentanti: inizjalment minn M. Hoskins, KC, V. Wakefield, KC, S. Smith u A. White, solicitors, sussegwentement minn B. Bär-Bouyssière, avukat, M. Hoskins, KC, V. Wakefield, KC, A. Politis, avukat, S. Smith u A. White, solicitors)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn F. Castilla Contreras, B. Mongin u C. Vollrath, aġenti, assistiti minn B. Rayment, BL, sussegwentement minn F. Castilla Contreras u C. Vollrath, aġenti, assistiti minn de B. Rayment, BL)
Intervenjent insostenn tal-parti l-oħra fil-proċedura: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: inizjalment minn D. Guðmundsdóttir, aġent, sussegwentement minn S. Fuller, aġent)
Dispożittiv
|
1) |
L-appell huwa miċħud. |
|
2) |
Lupin Ltd hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
|
3) |
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4821/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)