European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/4777

29.7.2024

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entità soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2010/788, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2064 u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/2065 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

(C/2024/4777)

L-informazzjoni li ġejja qed titressaq għall-attenzjoni tal-persuni u l-entità msemmijin fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2010/788 (1), kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2064 (2), u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/2065 (4), dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li dawk il-persuni u din l-entità għandhom ikunu inklużi fil-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2010/788 u r-Regolament (KE) Nru 1183/2005. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjoni ta' dawk il-persuni u din l-entità jidhru fl-entrati rilevanti f'dawk l-Annessi.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entità kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jew l-Istati Membri rilevanti kif indikati fis-siti web fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005, sabiex jiksbu awtorizzazzjoni biex jużaw il-fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 4 tar-Regolament).

Il-persuni u l-entità kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill qabel l- 1 ta' Settembru 2024 , flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, biex id-deċiżjoni li jkunu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq terġa' tiġi kkunsidrata, fl-indirizz li ġej: Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu

Ser jittieħed kont ta' kwalunkwe osservazzjoni riċevuta għall-fini tar-rieżami li jmiss tal-Kunsill, skont l-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK.


(1)   ĠU L 336, 21.12.2010, p. 30.

(2)   ĠU L, 2024/2064, 26.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2064/oj.

(3)   ĠU L 193, 23.7.2005, p. 1.

(4)   ĠU L, 2024/2065, 26.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2065/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4777/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)