European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/4627

17.7.2024

Avviż lill-importaturi

Akkumulazzjoni reġjonali bejn l-Indoneżja u s-Sri Lanka, f’konformità mal-Artikolu 55(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446, fir-rigward tar-regoli tal-oriġini użati għall-finijiet tal-iskema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati skont ir-Regolament Delegat (UE) 2015/2446

(C/2024/4627)

Wara talba mill-Indoneżja u s-Sri Lanka biex jibbenefikaw mill-akkumulazzjoni reġjonali prevista fl-Artikolu 55(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 (1) (akkumulazzjoni bejn il-pajjiżi tal-grupp reġjonali I u l-grupp reġjonali III, kif definit fl-Artikolu 55(1)(a) u (c) ta’ dak ir-Regolament), il-Kummissjoni ddeċidiet li tagħti din il-possibbiltà ta’ akkumulazzjoni.

Skont l-Artikolu 55(2)(a) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, dan l-intitolament huwa bil-kundizzjoni li s-Sri Lanka u l-Indoneżja jibqgħu, fil-mument tal-esportazzjoni tal-prodott lejn l-Unjoni, iż-żewġ pajjiżi benefiċjarji fis-sens tal-Artikolu 2(d), (e) u (f) tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), u li japplikaw ir-regoli tal-oriġini stabbiliti fis-Subtaqsima 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446.

Kamp ta’ applikazzjoni

Is-Sri Lanka hija intitolata li, f’konformità mal-Artikolu 55(5) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, tuża l-materjali tessili elenkati fit-Tabella 1 li joriġinaw fl-Indoneżja taħt akkumulazzjoni tal-oriġini, sabiex tipproduċi u tesporta lejn l-Unjoni skont ir-rati preferenzjali tal-SĠP il-prodotti tat-tessuti elenkati fit-Tabella 2.

Tabella 1

Materjali tat-tessuti li joriġinaw fl-Indoneżja, li jistgħu jintużaw taħt akkumulazzjoni reġjonali, għall-manifattura ta’ prodotti tat-tessuti fis-Sri Lanka (Tabella 2)

Kodiċi tas-SA

Deskrizzjoni tal-oġġetti

5111

Drappijiet minsuġin tas-suf imqardax jew tax-xagħar fin imqardax tal-annimali

5112

Drappijiet minsuġin mis-suf mimxut jew mix-xagħar fin mimxut tal-annimali

5113

Drappijiet minsuġin mix-xagħar aħrax ta’ annimali jew mill-krin

5208

Drappijiet minsuġin tal-qoton, fihom 85 % jew iktar tal-piż tagħhom magħmul mill-qoton, ma jiżnux iktar minn 200 g/m2

5209

Drappijiet minsuġin tal-qoton, fihom 85 % jew aktar skont il-piż qoton, jiżnu iktar minn 200 g/m2

5210

Drappijiet tal-qoton minsuġin, fihom inqas minn 85 % tal-piż tagħhom magħmul mill-qoton, imħalltin prinċipalment, jew biss, bil-fibri magħmulin mill-bniedem, ma jiżnux iktar minn 200 g/m2

5211

Drappijiet minsuġin tal-qoton, fihom inqas minn 85 % tal-piż tagħhom magħmul mill-qoton, imħalltin prinċipalment, jew biss, bil-fibri magħmulin mill-bniedem, jiżnu iktar minn 200 g/m2

5212

Drappijiet tal-qoton oħrajn minsuġin

5309

Drappijiet minsuġin tal-kittien

5310

Drappijiet minsuġin tal-ġuta jew ta’ fibri oħrajn tessili tat-tilju tat-intestatura 5303

5311

Drappijiet minsuġin ta’ fibri tessili veġetali oħrajn; drappijiet minsuġin mir-raden tal-karta

5408

Drappijiet minsuġin mir-raden ta’ filament artifiċjali, inkluż drappijiet minsuġin magħmulin minn materjali tal-intestatura 5405

5512

Drappijiet minsuġin minn fibri staple sintetiċi, li fihom 85 % jew iktar tal-piż tagħhom magħmul minn fibri staple sintetiċi

5513

Drappijiet minsuġin minn fibri staple sintetiċi, li fihom inqas minn 85 % tal-piż tagħhom magħmul minn dawn il-fibri, imħalltin prinċipalment, jew biss, bil-qoton, mhux itqal minn 170 g/m2

5514

Drappijiet minsuġin minn fibri staple sintetiċi, li fihom inqas minn 85 % tal-piż tagħhom magħmul minn dawn il-fibri, imħalltin prinċipalment, jew biss, bil-qoton, itqal minn 170 g/m2

5515

Drappijiet oħrajn minsuġin minn fibri staple sintetiċi

5516

Drappijiet oħrajn minsuġin minn fibri staple artifiċjali

5809

Drappijiet minsuġin minn ħjut tal-metall u drappijiet minsuġin minn raden metallizzat tal-intestatura 5605 , tat-tip li jintużaw fl-ilbies, għattagħmir tad-dar jew għal finijiet oħrajn simili, mhux speċifikati jew inklużi banda oħra

5810

Rakkmu bil-biċċa, fi strixxi jew skont il-motivi

6001

Drappijiet tal-pil, inkluż d-drappijiet “tal-pil twil” u drappijiet terri, innittjati jew tal-ganċ

6002

Drappijiet innittjati jew tal-ganċ ta’ wisa’ li ma jaqbiżx it-30 cm, li fihom 5 % jew aktar tal-piż tagħhom magħmul minn raden elastomeriku jew ħjut tal-lastiku, għajr dawk tal-intestatura 6001

6003

Drappijiet innittjati jew tal-ganċ ta’ wisa’ li ma jaqbiżx it-30 cm, għajr dawk tal-intestaturi 6001 jew 6002


Tabella 2

Prodotti tat-tessuti li jistgħu jiġu manifatturati taħt akkumulazzjoni reġjonali minn materjali tessili li joriġinaw fl-Indoneżja (Tabella 1)

Kodiċi tas-SA

Deskrizzjoni tal-oġġetti

6101

Palitojiet, ġakkuni, imnatar, kapep, anoraks (inkluż ġkieket tal-iskijjar), windcheaters, ġkieket li jilqgħu għar-riħ u oġġetti simili tal-irġiel jew tassubien, innittjati jew maħdumin bil-ganċ, għajr dawk tal-intestatura 6103 .

6102

Palitojiet, ġakkuni, imnatar, kapep, anoraks (inkluż il-ġkieket tal-iskijjar), windcheaters, ġkieket li jilqgħu għar-riħ u oġġetti simili tan-nisa jew talbniet, innittjati jew maħdumin bil-ganċ, għajr dawk tal-intestatura 6104

6103

Ilbiesi intieri, tibdiliet ikkoordinati, ġkieket, blejżers, qliezet twal, overalls bil-vavalor u biċ-ċingi, qliezet ta’ taħt l-irkoppa u xorzijiet (għajr il-malji tal-għawm) tal-irġiel jew tas-subien, innittjati jew maħduma bil-ganċ

6104

Ilbiesi intieri, tibdiliet ikkoordinati, ġkieket, blejżers, ilbiesi, dbielet, dbielet mifrudin, qliezet twal, overalls bil-vavalor u biċ-ċingi, qliezet ta’taħt l-irkoppa u xorzijiet (għajr il-malji tal-għawm) tan-nisa jew tal-bniet, innittjati jew maħdumin bil-ganċ

6105

Qomos ta’ irġiel u tas-subien, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ

6106

Blouses, qomos u kamiċetti tan-nisa jew tal-bniet, innittjati jew maħdumin bil-ganċ.

6107

Qliezet ta’ taħt, briefs, qomos tas-sodda, piġami, ġagagi tal-banju, dressing gowns u oġġetti simili tal-irġiel jew tas-subien, innittjati jew maħdumin bil-ganċ

6108

Ilbiesi ta’ taħt, dbielet ta’ taħt, briefs, qliezet ta’ taħt, ilbiesi tas-sodda, piġami, négligés, ġagagi tal-banju, dressing gowns u oġġetti simili tannisa jew tal-bniet, innittjati jew maħdumin bil-ganċ

6109

T-shirts, flokkijiet ta’ taħt taċ-ċingi u flokkijiet ta’ taħt oħrajn, innittjati jew maħdumin bil-ganċ

6110

Ġersijiet, pullovers, kardigans, sdieri u oġġetti simili, innittjati jew maħdumin bil-ganċ

6111

Ħwejjeġ u aċċessorji tal-ħwejjeġ tat-trabi, innittjati jew maħdumin bil-ganċ

6112

Track suits, ilbiesi intieri tal-iskijing u malji tal-għawm, innittjati jew maħdumin bil-ganċ

6113

Ħwejjeġ, magħmulin minn drappijiet innittjati jew tal-ganċ tal-intestatura 5903 , 5906 jew 5907

6114

Ħwejjeġ oħrajn, innittjati jew maħdumin bil-ganċ

6115

Tajts irqaq, tajts, kalzetti, kalzetti qosra u maljerija oħra, inkluż maljerija b’kompressjoni ggradwata (eż. kalzetti għall-vini varikużi) u xedd is-saqajn innittjat jew maħdum bil-ganċ mingħajr qigħan imwaħħlin

6116

Ingwanti, mittens u moffoli, innittjati jew maħdumin bil-ganċ

6117

Aċċessorji oħrajn tal-ħwejjeġ immanifatturati; innittjati jew tal-ganċ; parts ta’ħwejjeġ jew ta’ aċċessorji tal-ħwejjeġ innittjati jew tal-ganċ

6201

Palitojiet, ġakkuni, imnatar, kapep, anoraks (inkluż ġkieket tal-iskijar), windcheaters, ġkieket li jilqgħu għar-riħ u oġġetti simili tal-irġiel jew tassubien, għajr dawk tal-intestatura 6203

6202

Palitojiet, ġakkuni, imnatar, kapep, anoraks (inkluż ġkieket tal-iskijjar), windcheaters, ġkieket li jilqgħu għar-riħ u oġġetti simili tan-nisa jew talbniet, għajr dawk tal-intestatura 6204

6203

Ilbiesi intieri, tibdiliet ikkoordinati, ġkieket, blejżers, qliezet twal, overalls tat-tip “bib and brace”, qliezet ta’ taħt l-irkoppa u xorzijiet (għajr il-malji tal-għawm) tal-irġiel jew tas-subien.

6204

Ilbiesi intieri, tibdiliet ikkoordinati, ġkieket, blejżers, ilbiesi, dbielet, dbielet mifrudin, qliezet twal, overalls tat-tip “bib and brace”, qliezet ta’taħt l-irkoppa u xorzijiet (għajr il-malji tal-għawm) tan-nisa jew tal-bniet.

6205

Qomos tal-irġiel u tas-subien.

6206

Blouses, qomos u kamiċetti tan-nisa jew tal-bniet

6207

Flokkijiet ta’ taħt taċ-ċingi u flokkijiet ta’ taħt oħrajn, qliezet ta’ taħt, briefs, qomos tas-sodda, piġami, ġagagi tal-banju, dressing gowns u oġġetti simili tal-irġiel jew tas-subien

6208

Flokkijiet ta’ taħt taċ-ċingi u flokkijiet ta’ taħt oħrajn, dbielet ta’ taħt, ilbiesi ta’ taħt, briefs, qliezet ta’ taħt, ilbiesi tas-sodda, piġami, négligés, ġagagi tal-banju, dressing gowns u oġġetti simili tan-nisa jew tal-bniet

6209

Ħwejjeġ u aċċessorji tal-ħwejjeġ tat-trabi.

6210

Ħwejjeġ, magħmulin minn drappijiet tal-intestaturi 5602 , 5603 , 5906 jew 5907

6211

Tracksuits, ilbiesi ta’ skijar u malji tal-għawm; ħwejjeġ oħrajn;

6212

Riċipetti, kriepet, panċieri, ċingi tal-qliezet u tal-kalzetti, takkalji u oġġetti simili u l-parts tagħhom, ikunu u ma jkunux maħdumin bil-labar jew bil-ganċ

6213

Imkatar

6214

Xalel, xalpi, maflers, mantilji, velijiet u oġġetti bħalhom

6215

Ingravajjet, ċfuf u mkatar tal-għonq

6216

Ingwanti, mittens u moffoli

6217

Aċċessorji oħrajn tal-ħwejjeġ immanifatturati; parts tal-ilbies jew tal-aċċessorji tal-ilbies, għajr dawk tal-intestatura 6212 .

6301

Kutri u travelling rugs

6302

Bjankerija tas-sodda, bjankerija tal-mejda, bjankerija tat-twaletta u bjankerija tal-kċina

6303

Purtieri (inklużi drappijiet) u blinds ta’ ġewwa, damask tal-purtieri u tas-sodda

6304

Oġġetti oħrajn għat-tagħmir tad-dar, ħlief dawk tal-intestatura 9404

6307

Oġġetti oħrajn manifatturati, inkluż mudelli tal-ilbiesi

Dikjarazzjonijiet dwar l-oriġini

Id-dikjarazzjonijiet dwar l-oriġini magħmula mill-esportaturi fis-Sri Lanka fir-rigward tal-prodotti msemmija fit-Tabella 2 għandu jkollhom ir-referenza “Regional cumulation with Indonesia” jew “Cumul régional avec Indonésie” jew “Acumulación regional con Indonesia” fl-ispazju riżervat għall-kriterju tal-oriġini fl-Anness 22-07 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (3).

Applikazzjoni

Il-prodotti manifatturati fis-Sri Lanka bl-applikazzjoni ta’ akkumulazzjoni reġjonali soġġetti għal dan l-avviż għandhom jibbenefikaw mill-iskema SĠP stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 978/2012 meta jiġu importati fl-Unjoni minn 8 ta’ Awwissu 2024 u sad-data meta l-iskema attwali tal-SĠP ma tibqax tapplika f’konformità mal-Artikolu 43(3) ta’ dak ir-Regolament.


(1)  Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta’ Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' regoli dettaljati li jikkoncernaw uhud mid-dispozizzjonijiet tal-Kodici Doganali tal-Unjoni (GU L 343, 29.12.2015, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2015/2446/oj).

(2)  Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta’ Ottubru 2012 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji generalizzati u li jhassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 (GU L 303, 31.10.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/978/oj).

(3)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati ghall-implimentazzjoni ta’ certi dispozizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodici Doganali tal-Unjoni (GU L 343, 29.12.2015, p. 558, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/2447/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4627/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)