European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/4608

29.7.2024

Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ġunju 2024 – sprd.net vs EUIPO (Pożizzjoni ta’ ittra kapitali “I” u qalb fuq ħwejjeġ tal-ilbies)

(Kawża T-306/24)

(C/2024/4608)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: sprd.net AG (Leipzig, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Hellenbrand, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark ta’ pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea, komposta minn ittra kapitali “I” u qalb fuq ħwejjeġ – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 705 046

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ April 2024 fil-Każ R 1775/2023-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-prinċipju ta’ nuqqas ta’ arbitrarjetà.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4608/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)