|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/4595 |
29.7.2024 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2024 – Lucaccioni vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-516/23) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sigurtà soċjali - Marda kkaġunata mix-xogħol - Talba għar-rikonoxximent ta’ aggravazzjoni - Ksur tar-rekwiżiti formali - Artikolu 76(d) tar-Regoli tal-Proċedura - Inammissibbiltà manifesta)
(C/2024/4595)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Arnaldo Lucaccioni (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: A. Silvestri, avukat)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Bohr u L. Vernier, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-7 ta’ Settembru 2022 li tiċħad it-talba tiegħu għar-rikonoxximent tal-aggravazzjoni tal-marda tiegħu kkaġunata mix-xogħol.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli. |
|
2) |
Arnaldo Lucaccioni huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4595/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)