European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/4580

29.7.2024

Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ġunju 2024 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-390/24)

(C/2024/4580)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Hottiaux, M. Wasmeier, I. Zaloguin, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju

Talbiet

Tikkonstata li billi ttrasponi b’mod żbaljat l-Artikolu 3(1) sa (3), (5) u (6) tad-Direttiva 2013/48/UE dwar id-dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta’ avukat fi proċedimenti kriminali u fi proċedimenti ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, u dwar id-dritt li tiġi infurmata parti terza dwar iċ-ċaħda tal-libertà u d-dritt għal komunikazzjoni ma’ partijiet terzi u mal-awtoritajiet konsulari, matul iċ-ċaħda tal-libertà, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva;

tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni tirreferi għat-traspożizzjoni allegatament żbaljata mill-Belġju tal-Artikolu 3(1) sa (3), (5) u (6) tad-Direttiva 2013/48/UE. Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli minimi dwar id-drittijiet li jgawdu minnhom persuni ssuspettati u akkużati fi proċeduri kriminali, kif ukoll persuni suġġetti għal proċedura skont id-Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew Ewropew, li jkollhom aċċess għal avukat u li terz jiġi informat biċ-ċaħda tal-libertà, u d-dritt ta’ persuni mċaħħda mil-libertà li jikkomunikaw ma’ terzi u mal-awtoritajiet konsulari.

Wara li eżaminat il-konformità tal-miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali kkomunikati mill-Belġju għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2013/48/UE fl-ordinament ġuridiku nazzjonali, il-Kummissjoni kkunsidrat li:

minn naħa, dwar iċ-ċaħda tal-libertà, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2 bis (2), it-tieni paragrafu, l-aħħar sentenza, u t-tielet subparagrafu, l-ewwel sentenza tal-loi du 20 juillet 1990 relative à la détention préventive (il-Liġi tal-20 ta’ Lulju 1990 dwar id-Detenzjoni Preventiva), kif ukoll (fir-rigward tal-minurii) l-Artikolu 47 bis (3), it-tieni paragrafu, l-ewwel sentenza u l-ħames paragrafu, l-ewwel sentenza tal-code d’instruction criminelle (il-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali), ma kinux jirriflettu l-obbligi li jinsabu fl-Artikolu 3(1) sa (3) ta’ din id-direttiva ;

Min-naħa l-oħra, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2 bis (2), (5) u (10) tal-Liġi tal-20 ta’ Lulju 1990 dwar id-Detenzjoni Preventiva ma ttrasponewx b’mod korrett l-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2013/48, konness mal-paragrafi (1) u (2)(c) ta’ dan l-artikolu;

fl-aħħar nett, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2 bis (2) u (9) tal-Liġi tal-20 ta’ Lulju 1990 dwar id-Detenzjoni Preventiva kif ukoll l-Artikolu 16(2) ta’ din l-istess liġi ma ttrasponewx b’mod korrett l-Artikolu 3(6) tad-Direttiva 2013/48, moqrija flimkien mal-paragrafi (1) sa (3)(b) ta’ dan l-artikolu.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4580/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)