Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
C/2024/4565 |
29.7.2024 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2024 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sofiyski gradski sad – il-Bulgarija) – proċeduri kriminali kontra SS, IP, ZI, DD, HYA
(Kawża C-229/23, HYA et II) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Settur tat-telekomunikazzjonijiet - Ipproċessar tad-data personali u protezzjoni tal-ħajja privata - Direttiva 2002/58/KE - Artikolu 15(1) - Limitazzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet elettroniċi - Deċiżjoni ġudizzjarja li tawtorizza s-smigħ, l-interċettazzjoni u l-ħżin ta’ konverżazzjonijiet telefoniċi ta’ persuni ssuspettati li wettqu reat serju intenzjonali - Leġiżlazzjoni nazzjonali li teżiġi li tali deċiżjoni tinkludi hija stess motivazzjoni espliċita bil-miktub, indipendentement mill-eżistenza ta’ talba motivata mill-awtoritajiet kriminali - It-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Obbligu ta’ motivazzjoni)
(C/2024/4565)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Sofiyski gradski sad
Partijiet fil-proċeduri kriminali fil-kawża prinċipali
SS, IP, ZI, DD, HYA
fil-preżenza ta’: Sofiyska gradska prokuratura
Dispożittiv
L-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika), moqri fid-dawl tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,
għandu jiġi interpretat fis-sens li:
ma jipprekludix dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jimponu li deċiżjoni ġudizzjarja li tawtorizza, mingħajr il-kunsens tal-utenti kkonċernati, is-smigħ, l-interċettazzjoni u l-ħżin ta’ komunikazzjonijiet għandha tinkludi hija stess motivazzjoni espliċita bil-miktub, indipendentement mill-eżistenza ta’ talba motivata mill-awtoritajiet kriminali.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4565/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)