|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/4560 |
29.7.2024 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2024 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Bundesverwaltungsgericht – l-Awstrija)– IJ und PO GesbR, IJ vs Agrarmarkt Austria
(Kawża C-731/22 (1) , Agrarmarkt Austria)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Agrikoltura - Politika Agrikola Komuni (PAK) - Skemi ta’ appoġġ - Pagamenti diretti lill-bdiewa - Regolament (UE) Nru 1307/2013 - Artikolu 4(1)(b) u (c) - Kunċett ta’ “impriża” - Ġestjoni minn bidwi - Kunċett ta’ “attività agrikola” - Artikolu 33(1) - Kunċett ta’ “żona agrikola għad-dispożizzjoni tal-bidwi f’data stabbilita mill-Istat Membru”, għall-finijiet tal-attivazzjoni tad-drittijiet għall-pagament - Konċessjoni staġjonali, bi ħlas, tal-biċċiet ta’ art li l-bidwi huwa proprjetarju tagħha lill-utenti li huma responsabbli għall-manutenzjoni ta’ dawn il-biċċiet ta’ art u tal-ħsad)
(C/2024/4560)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesverwaltungsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: IJ und PO GesbR, IJ
Konvenut: Agrarmarkt Austria
Dispożittiv
Id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 4(1) (b) u (c) u tal-Artikolu 33(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009
għandhom jiġu interpretati fis-sens li
Huma ma jipprekludux li bidwi jibbenefika mill-pagamenti diretti msemmija fl-Artikolu 1(a) ta’ dan ir-regolament, għal żona li huwa proprjetarju tagħha, u li din iż-żona tiġi kklassifikata bħala “impriża ġġestita” minn dan il-bidwi u “għad-dispożizzjoni” għalih, meta, minn naħa, il-biċċiet ta’ art li jikkomponu l-imsemmija żona jingħataw lil utenti magħżula mill-imsemmi bidwi, li, bi ħlas ta’ remunerazzjoni fissa, jieħdu ħsieb il-manutenzjoni ta’ dawn il-biċċiet ta’ art u tal-ħsad u, min-naħa l-oħra, l-istess bidwi, mingħajr dritt għar-riżultati tiegħu, iwettaq il-ħdim inizjali tal-art, it-tħawwil u l-irrigazzjoni ta’ kuljum tal-imsemmija biċċiet ta’ art, jew il-manutenzjoni tagħhom fil-każ tan-nuqqas ta’ dawn l-utenti.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4560/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)