European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/4556

29.7.2024

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2024 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado Contencioso-Administrativo no 17 de Barcelona – Spanja) – KT (C-331/22), HM, VD (C-332/22) vs Dirección General de la Función Pública, adscrita al Departamento de la Presidencia de la Generalitat de Catalunya (C-331/22), Departamento de Justicia de la Generalitat de Catalunya (C-332/22)

(Kawżi magħquda C-331/22  (1) u C-332/22  (2) , DG de la Función Pública, Generalitat de Catalunya et)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 1999/70/KE - Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat - Kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat fis-settur pubbliku - Membri tal-persunal mhux permanenti - Klawżola 5 - Miżuri intiżi biex jipprevjenu u jissanzjonaw l-użu abbużiv tal-kuntratti ta’ xogħol jew tar-relazzjonijiet ta’ impjieg għal żmien determinat suċċessivi)

(C/2024/4556)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado Contencioso-Administrativo no 17 de Barcelona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: KT (C-331/22), HM, VD (C-332/22)

Konvenuti: Dirección General de la Función Pública, adscrita al Departamento de la Presidencia de la Generalitat de Catalunya (C-331/22), Departamento de Justicia de la Generalitat de Catalunya (C-332/22)

Dispożittiv

1)

Il-klawżola 5 tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab anness mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP

għandha tiġi interpretata fis-sens li:

ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-użu ta’ kuntratti jew ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi fis-settur pubbliku jsir abbużiv meta l-amministrazzjoni pubblika kkonċernata ma tosservax it-termini previsti fid-dritt intern sabiex timtela l-pożizzjoni okkupata mill-ħaddiem temporanju kkonċernat, meta, f’tali sitwazzjoni, dawn il-kuntratti jew relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi jkopru bżonnijiet mhux provviżorji, iżda permanenti u fit-tul ta’ din l-amministrazzjoni.

2)

Il-klawżola 5 tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab anness mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, moqri fid-dawl tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ kumpens sħiħ għad-dannu subit,

għandha tiġi interpretata fis-sens li:

tipprekludi ġurisprudenza u leġiżlazzjoni nazzjonali li jipprevedu bħala miżuri intiżi biex jissanzjonaw l-użu abbużiv ta’ kuntratti jew ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi, rispettivament, iż-żamma tal-ħaddiem ikkonċernat sal-organizzazzjoni u l-konklużjoni ta’ proċeduri ta’ selezzjoni mill-amministrazzjoni li timpjega kif ukoll l-organizzazzjoni ta’ tali proċeduri u l-ħlas ta’ kumpens finanzjarju li jistabbilixxi limitu massimu doppju favur dan il-ħaddiem li ma jirnexxix f’dawn il-proċeduri, meta dawn il-miżuri ma jkunux miżuri effettivi u dissważivi biżżejjed biex jiżguraw l-effettività sħiħa tar-regoli adottati b’applikazzjoni tal-klawżola 5.

3)

Il-klawżola 5 tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab anness mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, moqri fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

għandha tiġi interpretata fis-sens li:

fin-nuqqas ta’ miżuri adegwati previsti fid-dritt nazzjonali għall-prevenzjoni u, jekk ikun il-każ, għas-sanzjoni, skont din il-klawżola 5, tal-abbużi li jirriżultaw mill-użu ta’ kuntratti jew ta’ relazzjonijiet għal żmien determinat suċċessivi, it-trasformazzjoni ta’ dawn il-kuntratti jew relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi f’kuntratt jew f’relazzjoni ta’ xogħol għal żmien indeterminat tista’ tikkostitwixxi tali miżura, sakemm tali tibdil ma jinvolvix interpretazzjoni contra legem tad-dritt nazzjonali.


(1)   ĠU C 359, 19.09.2022.

(2)   ĠU C 472, 12.12.2022.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4556/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)