|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/4539 |
19.7.2024 |
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
L-approvazzjoni tal-kontenut tal-abbozz għal Regolament tal-Kummissjoni li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna fis-settur tat-trasport ferrovjarju, tal-passaġġi fuq l-ilma interni u multimodali kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 93, 107 u 108 tat-Trattat
(C/2024/4539)
Il-Kummissjoni approvat il-kontenut tal-abbozz għal Regolament tal-Kummissjoni li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 93, 107 u 108 tat-Trattat fit-18 ta’ Ġunju 2024.
L-abbozz tar-Regolament tal-Kummissjoni huwa mehmuż bħala Anness ma’ din il-Komunikazzjoni. L-abbozz tar-Regolament tal-Kummissjoni huwa miftuħ għall-konsultazzjoni pubblika hawnhekk:
https://competition-policy.ec.europa.eu/public-consultations_en?prefLang=mt
ANNESS
Regolament tal-Kummissjoni li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna fis-settur tat-trasport ferrovjarju, tal-passaġġi fuq l-ilma interni u multimodali kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 93, 107 u 108 tat-Trattat
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ABBOZZ
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 108(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2586 tad-19 ta’ Diċembru 2022 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 93, 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ċerti kategoriji ta’ għajnuna mill-Istat fis-settur tat-trasport bil-ferrovija, bil-passaġġi tal-ilma interni u multimodali (1), b’mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv dwar l-għajnuna mill-Istat,
Billi:
|
(1) |
Il-finanzjament mill-Istat li jissodisfa l-kriterji tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat u jeħtieġ notifika lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108(3) tat-Trattat. Madankollu, skont l-Artikolu 109 tat-Trattat, il-Kunsill jista’ jiddetermina l-kategoriji ta’ għajnuna li huma eżentati minn dak ir-rekwiżit ta’ notifika. F’konformità mal-Artikolu 108(4) tat-Trattat, il-Kummissjoni tista’ tadotta regolamenti marbuta ma’ dawk il-kategoriji ta’ għajnuna mill-Istat. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2022/2586 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tiddikjara li l-għajnuna għall-koordinazzjoni tat-trasport kif imsemmi fl-Artikolu 93 tat-Trattat tista’, taħt ċerti kundizzjonijiet, tiġi eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika. |
|
(3) |
L-għajnuna għat-trasport bil-ferrovija, fuq il-passaġġi fuq l-ilma intern u multimodali titqies li hija kompatibbli mat-Trattat jekk tissodisfa l-ħtiġijiet tal-koordinazzjoni tat-trasport jew jekk tirrappreżenta rimborż għat-twettiq ta’ ċerti obbligi inerenti fil-kunċett ta’ servizz pubbliku f’konformità mal-Artikolu 93 tat-Trattat. |
|
(4) |
Sabiex jintlaħqu l-miri tan-newtralità klimatika tal-UE proposti mill-Kummissjoni fl-2019 u stabbiliti fil-Patt Ekoloġiku Ewropew (2), hija meħtieġa trasformazzjoni ekoloġika u diġitali fundamentali tat-trasport fl-UE. Bħala parti mill-istrateġija tal-Kummissjoni għall-mobilità sostenibbli u intelliġenti tal-2020 (3), l-UE appellat lill-Istati Membri biex jieħdu miżuri li jagħmlu l-modi kollha tat-trasport aktar sostenibbli u jippromwovu bidla lejn modi tat-trasport aktar sostenibbli. |
|
(5) |
L-Artikolu 11 tat-Trattat jissottolinja l-impenn tal-Unjoni għall-ħarsien tal-ambjent u s-sostenibbiltà, filwaqt li jenfasizza l-integrazzjoni tar-rekwiżiti ambjentali fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet tagħha. Il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-importanza ta’ prattiki sostenibbli fit-trasport. |
|
(6) |
Fuq il-bażi tal-esperjenza tal-Kummissjoni fl-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat, ċerti kategoriji ta’ għajnuna mill-Istat li jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-koordinazzjoni tat-trasport ma joħolqu l-ebda distorsjoni sinifikanti għall-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri dment li jissodisfaw ċerti kriterji ċari ta’ kompatibbiltà stabbiliti abbażi tal-prattika estensiva tat-teħid ta’ deċiżjonijiet. |
|
(7) |
Dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika għal miżuri ta’ għajnuna mill-Istat mogħtija lil impriżi fis-setturi tat-trasport ferrovjarju, tal-passaġġi fuq l-ilma interni u multimodali. |
|
(8) |
L-għajnuna li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti f’dan ir-Regolament, kemm dawk ġenerali kif ukoll dawk speċifiċi għall-kategoriji rilevanti ta’ għajnuna, jenħtieġ li tkun eżentata mill-obbligu ta’ notifika stabbilit fl-Artikolu 108(3) tat-Trattat. |
|
(9) |
Għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat li ma hijiex koperta minn dan ir-Regolament tibqa’ soġġetta għar-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat. Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Istati Membri jinnotifikaw għajnuna li għandha objettivi li jikkorrispondu mal-objettivi koperti minn dan ir-Regolament. |
|
(10) |
Dan ir-Regolament jenħtieġ li jippermetti simplifikazzjoni akbar u jagħti spinta lit-trasparenza, l-evalwazzjoni effettiva u l-kontrolli tal-konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat fil-livelli nazzjonali u tal-UE, filwaqt li jippreżerva s-setgħat istituzzjonali tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri. Dan huwa konformi mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Modernizzazzjoni tal-Għajnuna mill-Istat tal-UE (4) u l-eżitu tal-kontroll tal-idoneità mwettaq mill-Kummissjoni fl-2020 (5) li jenfasizza l-ħtieġa li jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi u jiġi żgurat infiq pubbliku effiċjenti. |
|
(11) |
Il-kundizzjonijiet ġenerali għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament huma stabbiliti fuq il-bażi ta’ sett ta’ prinċipji komuni li jiżguraw li l-għajnuna: (i) ikollha l-iskop tal-koordinazzjoni tat-trasport; (ii) għandha effett ta’ inċentiv ċar; (iii) hija neċessarja, xierqa u proporzjonata; (iv) tingħata bi trasparenza sħiħa u soġġetta għal mekkaniżmu ta’ kontroll u ta’ evalwazzjoni regolari; u (v) ma taffettwax il-kompetizzjoni u l-kummerċ sa punt li jipperikola l-interessi ġenerali tal-UE. |
|
(12) |
Sabiex jiġi żgurat li l-għajnuna tkun neċessarja u taġixxi bħala inċentiv biex jiġu żviluppati aktar l-attivitajiet jew il-proġetti, dan ir-Regolament jenħtieġ li ma japplikax għall-għajnuna għal attivitajiet li fi kwalunkwe każ il-benefiċjarju jieħu sehem fihom anke fin-nuqqas tal-għajnuna. L-għajnuna jenħtieġ li tkun eżentata biss min-notifika skont dan ir-Regolament jekk ix-xogħol fuq il-proġett jew l-attività megħjuna jinbeda wara li l-benefiċjarju jkun issottometta applikazzjoni bil-miktub għall-għajnuna. |
|
(13) |
Fir-rigward ta’ kwalunkwe għajnuna ad hoc għall-investiment koperta minn dan ir-Regolament mogħtija lil benefiċjarju li huwa intrapriża kbira, l-Istat Membru jenħtieġ li jiżgura li, minbarra li jikkonforma mal-kundizzjonijiet relatati mal-effett ta’ inċentiv li japplikaw għall-benefiċjarji li huma SMEs, il-benefiċjarju jkun analizza, kif evidenzjat mid-dokumentazzjoni interna tiegħu, il-vijabbiltà tal-investiment megħjun bl-għajnuna u mingħajr l-għajnuna. F’każijiet bħal dawn, l-Istat Membru jenħtieġ li jivverifika li tali dokumentazzjoni tikkonferma li l-għajnuna se tirriżulta f’żieda materjali fl-ambitu tal-investiment appoġġat mill-għajnuna, f’żieda materjali fl-ammont totali minfuq mill-benefiċjarju fuq tali investiment, u/jew f’żieda materjali fil-ħeffa tat-tlestija tal-investiment. |
|
(14) |
L-iskemi ta’ għajnuna awtomatiċi fil-forma ta’ vantaġġi fiskali gjenħtieġ li jibqgħu soġġetti għal kundizzjoni speċifika marbuta mal-effett ta’ inċentiv, fid-dawl tal-fatt li l-għajnuna li tirriżulta minn skemi bħal dawn tingħata b’mod awtomatiku. Dik il-kundizzjoni speċifika tfisser li dawk l-iskemi ta’ għajnuna jenħtieġ li jappoġġaw biss proġetti jew attivitajiet li fuqhom ix-xogħlijiet jibdew wara d-dħul fis-seħħ ta’ dawk l-iskemi. Madankollu, din il-kundizzjoni jenħtieġ li ma tapplikax fil-każ ta’ skemi ta’ għajnuna suċċessivi dment li l-attività kienet diġà koperta mill-iskemi simili li saru qabel fil-forma ta’ benefiċċji fuq it-taxxa. Għall-valutazzjoni tal-effett ta’ inċentiv ta’ skemi ta’ għajnuna suċċessivi, il-mument kruċjali huwa l-mument meta l-miżura fiskali tkun ġiet stabbilita għall-ewwel darba fl-iskema oriġinali. |
|
(15) |
L-għajnuna operatorja biex jitnaqqsu l-kostijiet esterni tat-trasport li tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li titqies li għandha effett ta’ inċentiv jekk l-għajnuna tingħadda lill-utenti u għalhekk iżżid id-domanda għal servizzi tat-trasport sostenibbli u bidla modali. Il-pubbliċità għandha l-għan li żżid is-sensibilizzazzjoni dwar il-miżuri disponibbli biex jitnaqqas id-distakk fil-kompetittività bejn modi tat-trasport sostenibbli fuq l-art u modi tat-trasport bit-triq biss jew modi tat-trasport oħra li jniġġsu aktar li jikkompetu magħhom, u għalhekk titqies li tiżgura li l-għajnuna tkun riflessa fil-prezz li l-utenti jintalbu jħallsu. Fi kwalunkwe każ, l-għajnuna operatorja biex jitnaqqsu l-kostijiet esterni tat-trasport jenħtieġ li ma tingħatax meta l-mod tat-trasport li jniġġes aktar ma jkunx alternattiva vijabbli għall-mod tat-trasport sostenibbli. Filwaqt li għas-servizzi tal-passiġġieri dejjem hemm alternattiva kummerċjalment vijabbli li tniġġes aktar għat-trasport bil-ferrovija jew bil-passaġġi fuq l-ilma interni, fis-settur tal-merkanzija, il-kompetittività tiddependi fuq id-distanza koperta mill-operazzjonijiet tat-trasport. Dan ma japplikax għal operazzjonijiet ta’ tagħbija b’vagun wieħed, peress li tali tip ta’ trasport ferrovjarju unimodali huwa inqas profittabbli mit-trasport bit-triq biss irrispettivament mid-distanza koperta, minħabba l-kostijiet tal-ġbir u l-aggregazzjoni tal-vaguni ta’ klijenti differenti. |
|
(16) |
Għall-finijiet ta’ trasparenza, trattament ugwali u monitoraġġ effettiv, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika biss għal għajnuna li tista’ tiġi kkalkulata preċiżament f’termini tal-ekwivalenti ta’ għotja gross tagħha ex ante mingħajr il-ħtieġa li titwettaq valutazzjoni tar-riskju (“għajnuna trasparenti”). Għal ċerti strumenti ta’ għajnuna, bħal self, garanziji, miżuri tat-taxxa, miżuri ta’ finanzjament ta’ riskju u, b’mod partikolari, avvanzi ripagabbli, dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li taħthom jistgħu jitqiesu trasparenti. L-injezzjonijiet ta’ kapital jenħtieġ li ma jitqisux bħala għajnuna trasparenti. Fil-każ ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), l-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ garanziji (6) jindika l-livelli ta’ primjum annwali li ’l fuq minnhom garanzija mill-Istat ma titqiesx li tikkostitwixxi għajnuna. |
|
(17) |
Bl-għan li jiġi żgurat li l-għajnuna tkun proporzjonata u limitata għall-ammont neċessarju, dan ir-Regolament jistabbilixxi ammonti massimi ta’ għajnuna f’termini ta’ intensitajiet tal-għajnuna fir-rigward ta’ sett ta’ kostijiet eliġibbli. Abbażi tal-esperjenza tal-Kummissjoni, l-intensità tal-għajnuna hija stabbilita f’livell li jimminimizza d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u tal-kummerċ ikkawżati mill-attività megħjuna filwaqt li jindirizza b’mod xieraq il-falliment tas-suq jew ostaklu ieħor għall-koordinazzjoni tat-trasport. |
|
(18) |
Għall-kalkolu tal-intensità tal-għajnuna, jenħtieġ li jiġu inklużi biss il-kostijiet eliġibbli. L-identifikazzjoni tal-kostijiet eliġibbli jenħtieġ li tiġi appoġġata minn evidenza dokumentarja ċara, speċifika u aġġornata. Dan ir-Regolament ma jeżentax għajnuna li taqbeż l-intensità tal-għajnuna rilevanti. Iċ-ċifri kollha użati jenħtieġ li jittieħdu qabel kwalunkwe tnaqqis ta’ taxxa jew imposti oħrajn. L-għajnuna pagabbli f’diversi pagamenti parzjali jenħtieġ li tiġi skontata għall-valur tagħha fil-mument li tingħata. Il-kostijiet eliġibbli jenħtieġ ukoll li jiġu skontati għall-valur tagħhom fil-mument meta tingħata l-għajnuna. Ir-rata tal-imgħax li għandha tintuża għal skopijiet ta’ skont u għall-kalkolu tal-ammont ta’ għajnuna meta l-għajnuna ma tiħux il-forma ta’ għotja diretta jenħtieġ li tkun ir-rata ta’ skont u r-rata ta’ referenza applikabbli fiż-żmien tal-għotja, rispettivament. Dawk ir-rati huma stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu li jistabbilixxi r-rati ta’ referenza u ta’ skont (7). |
|
(19) |
Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura li l-għajnuna awtorizzata ma taffettwax il-kompetizzjoni u l-kummerċ sa punt li jipperikola l-interessi ġenerali tal-UE. Għalhekk, għajnuna favur benefiċjarju li jkun soġġett għal ordni ta’ rkupru pendenti wara deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni li tiddikjara għajnuna partikolari illegali u inkompatibbli mas-suq intern jenħtieġ li tkun eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
|
(20) |
L-għajnuna lil impriżi f’diffikultà jenħtieġ li tiġi eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, billi tali għajnuna jenħtieġ li tiġi vvalutata skont il-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi mhux finanzjarji f’diffikultà (8). |
|
(21) |
Dan ir-Regolament jikkonsolida l-esperjenza estensiva miksuba mill-Kummissjoni fil-valutazzjoni tal-għajnuna operattiva mfassla biex tnaqqas il-kostijiet esterni tat-trasport. Dik l-għajnuna jenħtieġ li tiġi kkwantifikata abbażi tal-kostijiet esterni evitati billi tiġi adottata soluzzjoni ta’ trasport aktar ekoloġika meta mqabbla ma’ mod tat-trasport li jniġġes aktar u li jikkompeti, bħat-trasport bit-triq biss. L-għajnuna tista’ tieħu l-forma ta’ tnaqqis fit-tariffi li l-impriżi ferrovjarji jħallsu biex jużaw l-infrastruttura tan-network ferrovjarju meta mqabbla mal-imposti li l-operaturi tat-toroq iħallsu biex jużaw l-infrastruttura tat-toroq. L-għajnuna operatorja biex jitnaqqsu l-kostijiet esterni tat-trasport jenħtieġ li tkun koperta minn dan ir-Regolament biss meta d-distorsjonijiet għall-kompetizzjoni u l-kummerċ ikunu limitati u soġġetti għal kundizzjonijiet definiti sew. Dan ikun il-każ meta l-kostijiet esterni evitati jiġu kkalkulati f’konformità mar-regoli u l-metodoloġija stabbiliti fil-Manwal tal-Kummissjoni dwar il-kostijiet esterni tat-trasport (9) u l-intensità tal-għajnuna tibqa’ taħt ċerti limiti. Dan jiżgura li tkun strettament limitata għall-kumpens għall-kostijiet esterni assoċjati mal-użu ta’ mod tat-trasport aktar sostenibbli. |
|
(22) |
Barra minn hekk, l-għajnuna operatorja biex tappoġġa lill-impriżi ferrovjarji jew lill-organizzaturi tat-trasport meta jniedu konnessjonijiet kummerċjali ġodda jenħtieġ li tkun koperta biss minn dan ir-Regolament meta d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u l-kummerċ ikunu limitati u soġġetti għal kundizzjonijiet definiti sew. Dan huwa l-każ ta’ (i) konnessjonijiet kummerċjali ġodda tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija u fuq passaġġi fuq l-ilma interni; u (ii) konnessjonijiet ferrovjarji kummerċjali ġodda għall-passiġġieri għal servizzi skedati tal-passiġġieri bejn terminali tat-trasport li jinsabu jew fi Stati Membri differenti (“servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri transfruntieri”) jew aktar minn 400 kilometru minn xulxin (“servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri fuq distanzi twal”). L-ammont tal-għajnuna jiġi kkalkulat fir-rigward tat-telf operatorju mġarrab mill-benefiċjarju matul l-ewwel 5 snin tal-operat tal-konnessjoni kummerċjali l-ġdida u l-intensità tal-għajnuna tibqa’ taħt ċertu limitu. |
|
(23) |
L-investiment fil-faċilitajiet tat-trasport unimodali u multimodali bil-ferrovija u fil-passaġġi fuq l-ilma interni u f’sidings privati madwar l-UE huwa essenzjali biex jiġu żgurati l-konnettività u l-funzjonament sostenibbli tal-ekonomija u l-koeżjoni fost l-Istati Membri. Investimenti bħal dawn jappoġġaw il-prijoritajiet tal-istrateġija tal-Kummissjoni għall-mobilità sostenibbli u intelliġenti tal-2020 (10) li tagħti prijorità lill-iżvilupp ta’ faċilitajiet tat-trasport multimodali. Dan ir-Regolament ikopri għajnuna għall-investiment għall-kostruzzjoni, il-modernizzazzjoni u r-rinnovazzjoni ta’ faċilitajiet ferrovjarji, il-faċilitajiet tal-passaġġi fuq l-ilma interni, il-faċilitajiet tat-trasport multimodali bil-ferrovija u fil-passaġġi fuq l-ilma interni u sidings privati. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, dan ir-Regolament japplika wkoll għall-għajnuna mill-Istat għal dawk il-faċilitajiet tat-trasport multimodali li jinsabu f’portijiet marittimi u li għandhom konnessjonijiet bil-ferrovija jew bil-passaġġi fuq l-ilma interni. Abbażi tal-esperjenza tal-Kummissjoni fil-valutazzjoni ta’ dak it-tip ta’ għajnuna, dan ir-Regolament għandu l-għan li jnaqqas il-piż amministrattiv ikkawżat min-notifika ta’ miżuri sempliċi ta’ għajnuna mill-Istat u jippermetti lill-Kummissjoni tiffoka fuq il-każijiet potenzjalment l-aktar distorsivi. Il-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni tal-għajnuna għall-investiment fil-faċilitajiet ferrovjarji, fil-faċilitajiet tal-passaġġi fuq l-ilma interni, fil-faċilitajiet tat-trasport multimodali bil-ferrovija u fil-passaġġi fuq l-ilma interni u fis-sidings privati mir-rekwiżit ta’ notifika jenħtieġ li jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u tal-kummerċ li jimminaw kundizzjonijiet ekwi fis-suq intern, b’mod partikolari billi jiżguraw il-proporzjonalità tal-għajnuna. |
|
(24) |
L-għajnuna għall-investiment għall-akkwist ta’ vetturi għat-trasport bil-ferrovija jew fil-passaġġi fuq l-ilma interni u ċerti kategoriji ta’ tagħmir użat fis-servizzi tat-trażbord inċidentali għat-trasport multimodali sostenibbli (jiġifieri Unitajiet tat-Tagħbija Intermodali u krejnijiet abbord il-bastimenti) jenħtieġ li tkun koperta minn dan ir-Regolament biss meta d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u tal-kummerċ ikunu limitati. Għall-akkwist ta’ vetturi għat-trasport bil-ferrovija jew bil-passaġġi fuq l-ilma interni, dan huwa l-każ meta l-għajnuna tieħu l-forma ta’ garanzija lix-xerrej tal-vettura soġġetta għal kundizzjonijiet definiti sew. Għall-akkwist ta’ ċerti tipi ta’ tagħmir għal trasport multimodali sostenibbli, dan huwa l-każ għal skemi ta’ għajnuna li jkopru krejnijiet abbord bastimenti u Unitajiet ta’ Tagħbija Intermodali u meta l-intensità tal-għajnuna tibqa’ taħt limiti definiti sew. |
|
(25) |
F’konformità mal-politiki tat-trasport u dawk diġitali tal-Unjoni, huma meħtieġa aktar sforzi biex jippermettu l-komunikazzjoni bejn sistemi differenti ta’ informazzjoni dwar it-trasport, il-koordinazzjoni tan-networks tat-trasport u l-kompetizzjoni transfruntiera u jtejbu s-sikurezza tat-trasport fl-UE. Dan huwa meħtieġ minħabba l-istandards differenti tan-networks tat-trasport u n-nuqqas ta’ armonizzazzjoni teknika, għodod u sistemi inkompatibbli għall-ġbir u l-kondiviżjoni tad-data u tħassib dwar is-sovranità tad-data. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tgħallmet mill-esperjenza tagħha fil-valutazzjoni tal-miżuri għall-appoġġ għall-interoperabbiltà nnotifikati lilha skont il-Linji Gwida adottati mill-Kummissjoni fl-2008 dwar l-għajnuna mill-Istat għall-impriżi ferrovjarji (11). Din l-esperjenza turi li jeżistu fallimenti akuti tas-suq minħabba nuqqasijiet fil-koordinazzjoni u l-iżvantaġġ ta’ min jidħol l-ewwel, fejn il-benefiċċji marbuta mal-adozzjoni ta’ teknoloġija jew standard speċifiċi jmorru lil hinn mill-interess kummerċjali tal-operaturi tat-trasport. |
|
(26) |
Dan huwa l-każ, pereżempju, tas-sistemi ta’ kontroll tal-ferroviji u tat-traffiku bħall-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS, European Railway Traffic Management System). L-ERTMS hija sistema unika Ewropea ta’ sinjalar u kontroll tal-veloċità li tiżgura l-interoperabbiltà tas-sistemi ferrovjarji nazzjonali, tnaqqas il-kostijiet tax-xiri u tal-manutenzjoni tas-sistemi ta’ sinjalar u żżid il-veloċità tal-ferroviji, il-kapaċità tal-infrastruttura u l-livell ta’ sikurezza fit-trasport ferrovjarju. L-ERTMS hija magħmula mis-Sistema Ewropea ta’ Kontroll tal-Ferroviji (ETCS, European Train Control System), jiġifieri sistema ta’ sinjalar bil-kejbil li tinkorpora l-protezzjoni awtomatika tal-ferrovija, ir-Radju Mobbli Ferrovjarju (RMR, Railway Mobile Radio), it-Tħaddim Awtomatiku tal-Ferroviji (ATO, Automated Train Operation) u r-regoli operattivi. Fid-dawl tal-effetti negattivi limitati fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ li l-għajnuna għall-interoperabbiltà għandha, u meta titqies l-esperjenza miksuba, tali għajnuna jenħtieġ li tkun koperta minn dan ir-Regolament taħt kundizzjonijiet definiti sew u meta l-vettura għat-trasport bil-ferrovija jew bil-passaġġi fuq l-ilma interni kkonċernata tibqa’ rreġistrata fir-reġistru nazzjonali rilevanti u/jew f’reġistru Ewropew tal-vetturi rilevanti għal 5 snin wara l-implimentazzjoni tal-investiment. |
|
(27) |
Sabiex titrawwem il-kompetittività tat-trasport bil-ferrovija u bil-passaġġi fuq l-ilma interni, huwa meħtieġ ukoll li jiġu promossi l-adattament tekniku u l-modernizzazzjoni tal-vetturi għat-trasport bil-ferrovija jew bil-passaġġi fuq l-ilma interni u ċerti kategoriji ta’ tagħmir għal trasport multimodali sostenibbli. L-appoġġ għal tali investimenti jenħtieġ li jkun soġġett għal kundizzjonijiet li jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u l-kummerċ li jimminaw kundizzjonijiet ekwi fis-suq intern. B’mod partikolari, jenħtieġ li jiżguraw in-neċessità u l-proporzjonalità tal-għajnuna u jinkludu salvagwardji dwar it-tip ta’ għajnuna, il-benefiċjarji eliġibbli u l-kostijiet eliġibbli. |
|
(28) |
L-għajnuna lill-impriżi biex jadattaw għall-istandards futuri tal-Unjoni tista’ tirriżulta fil-kisba aktar kmieni ta’ livell għoli ta’ armonizzazzjoni u standardizzazzjoni. L-għajnuna jenħtieġ li ma tingħatax meta l-investimenti jġibu lill-impriżi f’konformità mal-istandards tal-Unjoni li jkunu diġà ġew adottati. Madankollu, f’każijiet li fihom l-istandard rilevanti tal-UE jkun diġà ġie adottat iżda jkun għadu ma daħalx fis-seħħ, l-għajnuna jista’ jkollha effett ta’ inċentiv jekk tinċentiva l-investiment li għandu jiġi implimentat u ffinalizzat mill-inqas 12-il xahar qabel ma l-istandard jidħol fis-seħħ, jekk l-istandard ma japplikax b’mod retroattiv. Sabiex l-Istati Membri ma jiġux skoraġġuti milli jistabbilixxu standards nazzjonali obbligatorji li huma aktar stretti jew ambizzjużi mill-istandards korrispondenti tal-UE, il-miżuri ta’ għajnuna jista’ jkollhom effett ta’ inċentiv irrispettivament mill-preżenza ta’ tali standards nazzjonali. L-istess jgħodd għall-għajnuna mogħtija fil-preżenza ta’ standards nazzjonali obbligatorji adottati fin-nuqqas ta’ standards tal-UE. |
|
(29) |
Minħabba r-riskju ogħla ta’ distorsjonijiet bla bżonn tal-kompetizzjoni u l-kummerċ, ċerti kategoriji ta’ għajnuna jenħtieġ li jiġu vvalutati mill-Kummissjoni man-notifika meta dawn ikopru ammonti kbar ta’ għajnuna mogħtija għal kull proġett. Kwalunkwe għajnuna mogħtija ’il fuq minn dawk il-limiti jenħtieġ li tibqa’ soġġetta għar-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat. Jenħtieġ li l-limiti stabbiliti f’dan ir-Regolament ma jiġux evitati billi l-proġetti jinqasmu b’mod artifiċjali f’diversi proġetti b’karatteristiċi, objettivi jew benefiċjarji simili. |
|
(30) |
Fid-dawl tal-impatt potenzjali akbar ta’ skemi kbar ta’ għajnuna fuq il-kummerċ u l-kompetizzjoni, skemi ta’ għajnuna b’baġit li jaqbeż ċertu limitu fi kwalunkwe sena partikolari jew b’kollox ibbażati fuq valur assolut jenħtieġ li fil-prinċipju jkunu soġġetti għal evalwazzjoni tal-għajnuna mill-Istat. L-evalwazzjoni jenħtieġ li jkollha l-għan li tivverifika jekk is-suppożizzjonijiet u l-kundizzjonijiet sottostanti għall-kompatibbiltà tal-iskema ntlaħqux u l-effettività tal-miżura ta’ għajnuna fid-dawl tal-objettivi ġenerali u speċifiċi tagħha. Din jenħtieġ li tindika wkoll l-impatt tal-iskema fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ. Sabiex ikun żgurat trattament ugwali, evalwazzjoni tal-għajnuna mill-Istat jenħtieġ li ssir abbażi ta’ pjan ta’ evalwazzjoni approvat mill-Kummissjoni. Filwaqt li tali pjanijiet normalment jenħtieġ li jitfasslu fil-mument tat-tfassil tal-iskema u jiġu approvati fil-ħin biex l-iskema tidħol fis-seħħ, dan jista’ ma jkunx possibbli fil-każijiet kollha. Għalhekk, sabiex ma jkunx hemm dewmien fid-dħul fis-seħħ tagħhom, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika għal skemi bħal dawn għal perjodu massimu inizjali ta’ 6 xhur. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li testendi dan il-perjodu mal-approvazzjoni tal-pjan ta’ evalwazzjoni. Għal dak l-għan, il-pjan ta’ evalwazzjoni jenħtieġ li jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni fi żmien 20 jum tax-xogħol wara d-dħul fis-seħħ tal-iskema. Il-Kummissjoni tista’ wkoll tiddeċiedi b’mod eċċezzjonali li ma tkunx neċessarja evalwazzjoni minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tal-każ. |
|
(31) |
Il-Kummissjoni jenħtieġ li tirċievi l-informazzjoni meħtieġa mill-Istat Membru biex tkun tista’ tivvaluta l-pjan ta’ evalwazzjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li titlob ukoll informazzjoni addizzjonali mingħajr dewmien żejjed. Dan jippermetti lill-Istat Membru jipprovdi l-informazzjoni nieqsa sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tieħu deċiżjoni. L-alterazzjonijiet tal-iskemi soġġetti għal evalwazzjoni, għajr modifiki li ma jistgħux jaffettwaw il-kompatibbiltà tal-iskema ta’ għajnuna fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jew li ma jistgħux jaffettwaw b’mod sinifikanti l-kontenut tal-pjan ta’ evalwazzjoni approvat, jenħtieġ li jiġu vvalutati filwaqt li jitqies l-eżitu ta’ tali evalwazzjoni u jenħtieġ li jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Alterazzjonijiet bħal modifiki purament formali jew modifiki amministrattivi, inklużi dawk imwettqa fil-qafas tal-miżuri kofinanzjati mill-UE jenħtieġ li, fil-prinċipju, ma jitqisux li jaffettwaw b’mod sinifikanti l-kontenut tal-pjan ta’ evalwazzjoni approvat. |
|
(32) |
Sabiex jiġi ddeterminat jekk il-limiti ta’ notifika u l-intensitajiet massimi ta’ għajnuna stabbiliti f’dan ir-Regolament humiex irrispettati, jenħtieġ li jiġi kkunsidrat l-ammont totali ta’ miżuri ta’ għajnuna mill-Istat għall-attività jew għall-proġett megħjuna. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jispeċifika ċ-ċirkostanzi li taħthom jistgħu jiġu akkumulati kategoriji differenti ta’ għajnuna. L-għajnuna eżentata skont dan ir-Regolament u kwalunkwe għajnuna kompatibbli oħra eżentata skont regolamenti oħrajn jew approvata mill-Kummissjoni jistgħu jiġu akkumulati, sakemm dawk il-miżuri jkunu jikkonċernaw kostijiet eliġibbli identifikabbli differenti. Meta sorsi differenti tal-għajnuna jkunu relatati mal-istess kostijiet eliġibbli identifikabbli – li jikkoinċidu parzjalment jew kompletament – l-akkumulazzjoni sal-ogħla intensità tal-għajnuna jew sal-ogħla ammont tal-għajnuna applikabbli għal dik l-għajnuna skont dan ir-Regolament hija permessa. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jistabbilixxi wkoll regoli speċjali għall-akkumulazzjoni ta’ miżuri ta’ għajnuna b’kostijiet eliġibbli identifikabbli u mingħajrhom u għall-akkumulazzjoni ma’ għajnuna de minimis. L-għajnuna de minimis ħafna drabi ma tingħatax jew ma tiġix attribwita għal kostijiet eliġibbli identifikabbli speċifiċi. F’każijiet bħal dawn, jenħtieġ li jkun possibbli li l-għajnuna de minimis tiġi akkumulata b’mod ħieles bl-għajnuna mill-Istat eżentata skont dan ir-Regolament. Madankollu, meta l-għajnuna de minimis tingħata għall-istess kostijiet eliġibbli identifikabbli bħall-għajnuna mill-Istat eżentata skont dan ir-Regolament, l-akkumulazzjoni hija permessa biss sal-intensità massima tal-għajnuna kif stabbilit fil-Kapitolu II. |
|
(33) |
Il-finanzjament li huwa ġestit ċentralment mill-istituzzjonijiet, l-aġenziji, l-impriżi konġunti u korpi oħra tal-Unjoni, li ma huwiex direttament jew indirettament taħt il-kontroll tal-Istati Membri, ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat. Meta tali finanzjament tal-Unjoni jkun ikkombinat ma’ għajnuna mill-Istat, l-għajnuna mill-Istat biss jenħtieġ li titqies biex jiġi ddeterminat jekk il-limiti ta’ notifika u l-intensitajiet massimi tal-għajnuna humiex rispettati. Dan huwa soġġett għall-kundizzjoni li l-ammont totali ta’ finanzjament pubbliku mogħti fir-rigward tal-istess kostijiet eliġibbli ma jaqbiżx l-aktar rata ta’ finanzjament favorevoli stabbilita fir-regoli applikabbli tad-dritt tal-Unjoni. |
|
(34) |
It-trasparenza tal-għajnuna mill-Istat hija essenzjali għall-applikazzjoni korretta tar-regoli tat-Trattat u twassal għal konformità aħjar, akkontabilità akbar, rieżamijiet bejn il-pari u, fl-aħħar mill-aħħar, infiq pubbliku aktar effettiv. Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu siti web komprensivi dwar l-għajnuna mill-Istat, fil-livelli reġjonali jew nazzjonali, li jistabbilixxu informazzjoni fil-qosor dwar kull miżura ta’ għajnuna eżentata skont dan ir-Regolament. Skont il-prattika standard dwar il-pubblikazzjoni tal-informazzjoni mogħtija fid-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12), jenħtieġ li jintuża format standard li jippermetti li l-informazzjoni titfittex, titniżżel u tiġi ppubblikata faċilment fuq l-internet. Il-links għas-siti web tal-għajnuna mill-Istat tal-Istati Membri kollha jenħtieġ li jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-Kummissjoni. F’konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) 2022/2586, informazzjoni fil-qosor dwar kull miżura ta’ għajnuna eżentata skont dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi ppubblikata fuq is-sit web tal-Kummissjoni. |
|
(35) |
L-infurzar tal-għajnuna mill-Istat jiddependi ħafna mill-kooperazzjoni tal-Istati Membri. Għalhekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw il-konformità ma’ dan ir-Regolament, inkluża l-konformità tal-għajnuna individwali mogħtija taħt skemi ta’ eżenzjoni ta’ kategorija mal-kundizzjonijiet rilevanti kollha. |
|
(36) |
Sabiex jiġi żgurat monitoraġġ effettiv tal-miżuri ta’ għajnuna f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2586, huwa xieraq li jiġu stabbiliti rekwiżiti rigward ir-rappurtar mill-Istati Membri tal-miżuri ta’ għajnuna li ġew eżentati skont dan ir-Regolament. Barra minn hekk, huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli dwar ir-rekords li l-Istati Membri jenħtieġ li jżommu dwar l-għajnuna eżentata skont dan ir-Regolament fid-dawl tal-perjodu ta’ preskrizzjoni stabbilit fl-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 (13). |
|
(37) |
Sabiex tissaħħaħ l-effettività tal-kundizzjonijiet ta’ kompatibbiltà stabbiliti f’dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista’ tirtira l-benefiċċju tal-eżenzjoni ta’ kategorija għall-futur f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista’ tirrestrinġi l-irtirar tal-benefiċċju tal-eżenzjoni ta’ kategorija għal ċerti tipi ta’ għajnuna, ċerti benefiċjarji jew miżuri ta’ għajnuna adottati minn ċerti awtoritajiet fejn in-nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament jaffettwa biss grupp limitat ta’ miżuri jew ċerti awtoritajiet. Irtirar immirat bħal dan jenħtieġ li jipprovdi rimedju proporzjonat marbut direttament man-nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament identifikat. Meta għajnuna ma tiġix innotifikata u ma tissodisfax il-kundizzjonijiet kollha li għandhom jiġu eżentati min-notifika, din tikkostitwixxi għajnuna illegali, li l-Kummissjoni se teżamina fil-qafas tal-proċedura rilevanti kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2015/1589 għal għajnuna mhux notifikata. F’każ li l-kundizzjonijiet ta’ kompatibbiltà stabbiliti fil-Kapitoli I u II ma jiġux issodisfati, l-irtirar tal-benefiċċju tal-eżenzjoni ta’ kategorija fil-futur jenħtieġ li ma jaffettwax il-fatt li l-miżuri tal-passat li kienu jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament kienu ġew eżentati bħala kategorija. |
|
(38) |
Sabiex jiġu eliminati d-differenzi li jistgħu jwasslu għal distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u l-kummerċ u biex tiġi ffaċilitata l-koordinazzjoni bejn inizjattivi differenti tal-Unjoni u nazzjonali li jikkonċernaw l-SMEs, kif ukoll għal raġunijiet ta’ ċarezza amministrattiva u ċertezza legali, id-definizzjoni ta’ SME skont it-tifsira tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament hija bbażata fuq id-definizzjoni fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (14). |
|
(39) |
Il-politika dwar l-għajnuna mill-Istat jenħtieġ li tiġi riveduta fuq il-bażi tal-esperjenza tal-Kummissjoni f’dan il-qasam perjodikament. Huwa għalhekk li jenħtieġ li jiġi limitat il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Huwa xieraq li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet tranżizzjonali, inklużi r-regoli applikabbli għall-iskemi ta’ għajnuna eżentati lejn tmiem il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Tali regoli jenħtieġ li jagħtu żmien lill-Istati Membri biex jadattaw għal kwalunkwe reġim futur. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI
Artikolu 1
Kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament japplika għall-kategoriji ta’ għajnuna li ġejjin:
|
(a) |
skemi ta’ għajnuna operatorja biex jitnaqqsu l-kostijiet esterni tat-trasport; |
|
(b) |
skemi ta’ għajnuna operatorja għat-tnedija ta’ konnessjonijiet kummerċjali ġodda; |
|
(c) |
skemi ta’ għajnuna għall-investiment għall-kostruzzjoni, il-modernizzazzjoni u r-rinnovazzjoni ta’ faċilitajiet tat-trasport multimodali ferrovjarji u fil-passaġġi fuq l-ilma interni, faċilitajiet ferrovjarji jew faċilitajiet tal-passaġġi fuq l-ilma interni u kemm għajnuna ad hoc għall-investiment kif ukoll skemi ta’ għajnuna għall-investiment għall-kostruzzjoni, il-modernizzazzjoni u r-rinnovazzjoni ta’ terminali multimodali tal-merkanzija ferrovjarji u tal-passaġġi fuq l-ilma interni; |
|
(d) |
skemi ta’ għajnuna għall-investiment għall-kostruzzjoni, il-modernizzazzjoni u r-rinnovazzjoni ta’ sidings privati; |
|
(e) |
skemi ta’ għajnuna għall-investiment għall-akkwist ta’ vetturi għat-trasport bil-ferrovija jew bil-passaġġi fuq l-ilma interni; |
|
(f) |
skemi ta’ għajnuna għall-investiment għall-akkwist ta’ unitajiet ta’ tagħbija intermodali (ILUs) u krejnijiet abbord il-bastimenti; |
|
(g) |
skemi ta’ għajnuna għall-investiment għall-interoperabbiltà; |
|
(h) |
skemi ta’ għajnuna għall-investiment għall-adattament u l-modernizzazzjoni ta’ vetturi għat-trasport bil-ferrovija jew bil-passaġġi fuq l-ilma interni u ta’ tagħmir għal trasport multimodali sostenibbli. |
2. Dan ir-Regolament ma għandu japplika għall-ebda waħda mill-kategoriji ta’ għajnuna li ġejjin:
|
(a) |
skemi ta’ għajnuna li ma jeskludux b’mod espliċitu l-ħlas ta’ għajnuna individwali favur impriża li hija soġġetta għal ordni ta’ rkupru pendenti wara deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni li tiddikjara għajnuna mogħtija mill-istess Stat Membru illegali u inkompatibbli mas-suq intern; |
|
(b) |
għajnuna ad hoc favur impriża li tkun soġġetta għal ordni ta’ rkupru pendenti wara deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni li tiddikjara għajnuna mogħtija mill-istess Stat Membru illegali u inkompatibbli mas-suq intern; |
|
(c) |
għajnuna li tiddependi fuq l-użu ta’ prodotti domestiċi minflok prodotti importati; |
|
(d) |
għajnuna lil impriżi f’diffikultà; |
|
(e) |
Miżuri ta’ għajnuna mill-Istat li jinvolvu, sew jekk waħedhom, bil-kundizzjonijiet marbuta magħhom jew bil-metodu ta’ finanzjament tagħhom, ksur inseparabbli tad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari:
|
|
(f) |
Għajnuna mill-Istat għall-operat ta’ servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u b’modi oħra bbażati fuq il-binarji u bit-triq li hija koperta mir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 (15); |
|
(g) |
Għajnuna mill-Istat għall-operat ta’ servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri minn passaġġi fuq l-ilma interni meta l-Istati Membri jkunu ddeċidew li japplikaw ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) għal dawk is-servizzi; |
|
(h) |
Għajnuna mill-Istat għall-infrastruttura portwarja li tiġi vvalutata mill-Kummissjoni direttament skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat jekk ma tkunx koperta mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 (17), jew, jekk l-infrastruttura portwarja tkun meħtieġa għall-forniment ta’ SGEI u, tkun soġġetta għar-regoli stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/21/UE (18) u l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar qafas tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens għal servizz pubbliku; |
|
(i) |
skemi ta’ għajnuna msemmija fil-Kapitolu II jekk jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 20, minn 6 xhur wara d-dħul fis-seħħ tagħhom. Madankollu, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li dan ir-Regolament għandu jkompli japplika għal skema ta’ għajnuna għal aktar minn 6 xhur wara li tkun ivvalutat il-pjan ta’ evalwazzjoni rilevanti nnotifikat mill-Istat Membru lill-Kummissjoni. Meta jissottomettu l-pjanijiet ta’ evalwazzjoni, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw ukoll l-informazzjoni kollha meħtieġa biex il-Kummissjoni twettaq valutazzjoni tal-pjanijiet ta’ evalwazzjoni u tieħu deċiżjoni; |
|
(j) |
kull tibdil fl-iskemi msemmija fil-punt (i) minbarra l-modifiki li ma jaffettwawx il-kompatibbiltà tal-iskema ta’ għajnuna skont dan ir-Regolament jew ma jaffettwawx b’mod sinifikanti l-kontenut tal-pjan ta’ evalwazzjoni approvat. |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
“infrastruttura tal-aċċess” tfisser kwalunkwe tip ta’ infrastruttura meħtieġa biex jiġi żgurat l-aċċess u d-dħul mill-art jew mill-baħar u mix-xmajjar mill-utenti għal faċilità tat-trasport multimodali bil-ferrovija jew fil-passaġġi fuq l-ilma interni jew għall-ferroviji unimodali jew għal faċilità tal-passaġġi fuq l-ilma interni, bħat-toroq, il-binarji ferrovjarji, il-kanali u l-imgħalaq; |
|
(b) |
“għajnuna ad hoc” tfisser għajnuna mhux mogħtija abbażi ta’ skema ta’ għajnuna; |
|
(c) |
“intensità tal-għajnuna” tfisser l-ammont gross tal-għajnuna espress bħala perċentwal tal-kostijiet eliġibbli, qabel kull tnaqqis ta’ taxxa jew imposti oħra; |
|
(d) |
“skema ta’ għajnuna” tfisser kull att li fuq il-bażi tiegħu, mingħajr ma jkunu meħtieġa miżuri ta’ implimentazzjoni ulterjuri, jistgħu jingħataw għajnuniet individwali lill-impriżi li jkunu definiti fl-att b’mod ġenerali u astratt u kull att li fuq il-bażi tiegħu, għajnuna li ma tkunx marbuta ma’ proġett speċifiku tista’ tingħata lil impriża waħda jew bosta impriżi għal perjodu ta’ żmien indefinit u/jew għal ammont indefinit; |
|
(e) |
“infrastruttura ddedikata” tfisser infrastruttura li tinbena għal impriża/i identifikabbli ex ante u mfassla għall-ħtiġijiet tagħhom; |
|
(f) |
“tagħmir għal trasport multimodali sostenibbli” tfisser tagħmir użat f’servizzi ta’ trażbord marbutin ma’ trasport multimodali sostenibbli, bħal semitrejlers li jistgħu jinqabdu bi krejn, eskluż tagħmir terminali mobbli; |
|
(g) |
“reġistru Ewropew tal-vetturi” tfisser reġistru skont l-Artikolu 47(5) tad-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19) u l-Artikolu 19 tad-Direttiva (UE) 2016/1629 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20); |
|
(h) |
“pjan ta’ evalwazzjoni” tfisser dokument li fih mill-inqas l-elementi li ġejjin: l-objettivi tal-iskema ta’ għajnuna li għandha tiġi evalwata, il-mistoqsijiet tal-evalwazzjoni, l-indikaturi tar-riżultati, il-metodoloġija prevista biex titwettaq l-evalwazzjoni, ir-rekwiżiti tal-ġbir tad-data, iż-żmien propost tal-evalwazzjoni (inkluża d-data tas-sottomissjoni tar-rapporti ta’ evalwazzjoni interim u finali), id-deskrizzjoni tal-korp indipendenti li jwettaq l-evalwazzjoni jew il-kriterji li se jintużaw għall-għażla tiegħu u l-modalitajiet biex tiġi żgurata l-pubbliċità tal-evalwazzjoni; |
|
(i) |
“kostijiet esterni tat-trasport” tfisser kostijiet iġġenerati mill-utenti tat-trasport u mhux imġarrba minnhom iżda mis-soċjetà kollha kemm hi, b’mod partikolari relatati mal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, it-tniġġis tal-arja, il-korrimenti u l-imwiet, l-istorbju u l-konġestjoni; |
|
(j) |
“għajnuna individwali” tfisser (i) għajnuna ad hoc; u (ii) għotjiet ta’ għajnuna lil benefiċjarji individwali abbażi ta’ skema ta’ għajnuna; |
|
(k) |
“faċilità tal-passaġġi fuq l-ilma interni” tfisser kwalunkwe faċilità ta’ servizz (pereżempju, terminal jew faċilità ta’ manutenzjoni jew ħżin) u l-infrastruttura ta’ aċċess tagħha (inkluż it-tagħmir fiżiku jew diġitali meħtieġ għall-funzjonament tagħha) li tinsab fl-Unjoni u li tintuża biex jitwettaq trasport fil-passaġġi fuq l-ilma interni, esklużi l-faċilitajiet jew it-tagħmir li huma meħtieġa għat-twettiq ta’ attivitajiet mhux tat-trasport; |
|
(l) |
“bastiment tal-passaġġi fuq l-ilma interni” tfisser bastiment għat-trasport tal-passiġġieri jew tal-merkanzija maħsub biss jew prinċipalment għan-navigazzjoni fuq passaġġi fuq l-ilma interni jew f’ilmijiet ġewwa jew qrib ħafna ta’ ilmijiet kennija; |
|
(m) |
“unità ta’ tagħbija intermodali” (ILU) tfisser kontejner, kaxxa skambjabbli jew semitrejler/vettura tat-triq bil-mutur jew kombinazzjoni ta’ vetturi użati għat-trasport intermodali; |
|
(n) |
“trasport intermodali” tfisser il-moviment tal-merkanzija (fl-istess unità tat-tagħbija jew vettura waħda) b’modi suċċessivi tat-trasport mingħajr l-immaniġġar tal-oġġetti nfushom meta jinbidlu l-modi; |
|
(o) |
“interoperabbiltà” tfisser flussi tat-traffiku mingħajr interruzzjoni ta’ merkanzija jew passiġġieri, b’mod partikolari bejn Stati Membri jew modi tat-trasport; |
|
(p) |
“trasport multimodali” tfisser il-ġarr ta’ merkanzija jew passiġġieri b’mill-inqas żewġ modi ta’ trasport differenti; |
|
(q) |
“tagħmir terminali mobbli” tfisser tagħmir użat għat-tagħbija, għall-ħatt u għat-trażbord ta’ oġġetti u ta’ unitajiet tat-tagħbija intermodali, u għall-ġarr ta’ merkanzija f’żona tat-terminal; |
|
(r) |
“reġistru nazzjonali” tfisser reġistru miżmum minn Stat Membru skont l-Artikolu 47 tad-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew l-Artikolu 17 tad-Direttiva (UE) 2016/1629 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
|
(s) |
“konnessjoni kummerċjali ġdida tal-merkanzija fil-passaġġi fuq l-ilma interni” tfisser konnessjoni kummerċjali li tikkonċerna operazzjonijiet skedati ġodda tal-merkanzija fil-passaġġi fuq l-ilma interni bejn mill-inqas żewġ terminali li ma ġewx konnessi b’servizzi skedati tal-merkanzija għal mill-inqas 5 snin qabel il-bidu tal-operazzjonijiet fuq il-konnessjoni partikolari; |
|
(t) |
“konnessjoni kummerċjali ġdida tal-merkanzija bil-ferrovija” tfisser konnessjoni kummerċjali li tikkonċerna operazzjonijiet skedati ġodda tal-merkanzija bil-ferrovija bejn mill-inqas żewġ terminali li ma ġewx konnessi b’servizzi skedati tal-merkanzija għal mill-inqas 5 snin qabel il-bidu tal-operazzjonijiet fuq il-konnessjoni partikolari; |
|
(u) |
“konnessjoni kummerċjali ġdida għall-passiġġieri tal-ferrovija” tfisser konnessjoni kummerċjali li tikkonċerna operazzjonijiet ferrovjarji tal-passiġġieri skedati ġodda bejn mill-inqas żewġ terminali li ma ġewx konnessi b’servizzi skedati tal-passiġġieri għal mill-inqas 5 snin qabel il-bidu tal-operazzjonijiet fuq konnessjoni partikolari; |
|
(v) |
“parteċipant ġdid” tfisser impriża ferrovjarja skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21) li tissodisfa ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
(w) |
“attivitajiet mhux tat-trasport” tfisser servizzi kummerċjali lil impriżi tat-trasport jew utenti oħra ta’ faċilitajiet mhux relatati mat-trasport ferrovjarju, mal-passaġġi fuq l-ilma interni jew mat-trasport multimodali sostenibbli, inklużi servizzi anċillari għall-passiġġieri, l-ispedizjonieri jew fornituri oħra tas-servizzi, bħall-kiri ta’ uffiċċji, ħwienet, u lukandi; |
|
(x) |
“profitt operatorju” tfisser id-differenza bejn id-dħul skontat u l-kostijiet operatorji skontati matul il-ħajja ekonomika tal-investiment fejn din id-differenza hija pożittiva. Il-kostijiet operatorji jinkludu kostijiet bħal kostijiet tal-persunal, materjali, servizzi kuntrattati, komunikazzjoni, enerġija, manutenzjoni, kera, amministrazzjoni iżda jeskludu imposti ta’ deprezzament u l-kostijiet tal-finanzjament jekk dawn ikunu ġew koperti minn għajnuna għall-investiment. L-iskontar tad-dħul u tal-kostijiet operatorji bl-użu ta’ rata ta’ skont xierqa jippermetti li jsir profitt raġonevoli; |
|
(y) |
“siding privat” tfisser biċċa infrastruttura ferrovjarja privata u operata privatament (inklużi binarji ferrovjarji u kwalunkwe installazzjoni jew tagħmir ieħor meħtieġ biex issir funzjonali), li tikkonnettja man-network ferrovjarju pubbliku faċilitajiet tat-tagħbija li ma jikkwalifikawx bħala faċilitajiet ta’ servizz skont l-Anness II tad-Direttiva 2012/34/UE, kif ukoll kwalunkwe infrastruttura ddedikata li tkun ta’ servizz għal biċċa infrastruttura ferrovjarja privata u operata privatament; |
|
(z) |
“terminal multimodali tal-merkanzija bil-ferrovija u/jew fil-passaġġi fuq l-ilma interni” tfisser struttura mgħammra għat-trażbord bejn mill-inqas żewġ modi tat-trasport (li wieħed minnhom huwa l-ferroviji jew il-passaġġi fuq l-ilma interni) jew bejn żewġ sistemi ferrovjarji differenti, bħal terminali fil-portijiet interni jew marittimi, tul il-passaġġi fuq l-ilma interni jew fl-ajruporti) u pjattaformi loġistiċi multimodali; |
|
(aa) |
“faċilità tat-trasport multimodali bil-ferrovija u/jew bil-passaġġi fuq l-ilma interni” tfisser faċilità ta’ servizz u l-infrastruttura tal-aċċess tagħha (inkluż it-tagħmir fiżiku jew diġitali meħtieġ għall-funzjonament tagħha) li tinsab fl-UE u meħtieġa biex tipprovdi trasport bil-ferrovija jew fuq il-passaġġi fuq l-ilma interni flimkien ma’ modi oħra tat-trasport, esklużi l-faċilitajiet jew it-tagħmir meħtieġa għal attivitajiet mhux tat-trasport. Din id-definizzjoni tinkludi t-terminali multimodali tal-merkanzija ferrovjarji u tal-passaġġi fuq l-ilma interni; |
|
(bb) |
“faċilità ferrovjarja” tfisser kwalunkwe faċilità ta’ servizz (pereżempju terminali ferrovjarji tal-merkanzija jew faċilità ta’ manutenzjoni jew ħżin) u l-infrastruttura ta’ aċċess tagħha (inkluż it-tagħmir fiżiku jew diġitali meħtieġ għall-funzjonament tagħha) li tinsab fl-Unjoni, imsemmija fl-Anness II tad-Direttiva 2012/34/UE minbarra l-faċilitajiet jew it-tagħmir li huma meħtieġa biex jitwettqu attivitajiet mhux tat-trasport; |
|
(cc) |
“impriża ferrovjarja” tfisser kwalunkwe impriża pubblika jew privata msemmija fl-Artikolu 3(1)(1) tad-Direttiva 2012/34/UE; |
|
(dd) |
“pjattaforma RIS” tfisser pjattaforma elettronika b’punt ta’ aċċess uniku li tinkiseb minn informazzjoni dwar is-servizzi nazzjonali ta’ informazzjoni dwar ix-xmajjar u li tipprovdi għall-Kanali Navigabbli, Servizzi tal-Informazzjoni tax-Xmajjar-, Servizzi ta’ Informazzjoni għat-Traffiku u t-Trasport, inkluż l-ippjanar tar-rotot u tat-trasport, għall-utenti tal-RIS u li sservi għar-rapportar elettroniku skont il-prinċipju ta’ “darba biss” |
|
(ee) |
“materjal fuq ir-roti” tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
|
|
(ff) |
“trasport marittimu fuq distanzi qosra” tfisser il-moviment ta’ merkanzija u passiġġieri bil-baħar bejn portijiet li jinsabu fl-Ewropa ġeografika jew bejn dawk il-portijiet u portijiet li jinsabu f’pajjiżi mhux Ewropej li għandhom kosta fuq l-ibħra magħluqa li jmissu mal-Ewropa (22); |
|
(gg) |
“intrapriża żgħira u ta’ daqs medju” jew “SME” tfisser impriża li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament; |
|
(hh) |
“bidu tax-xogħlijiet” tfisser il-bidu tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni relatati mal-investiment, jew l-ewwel impenn legalment vinkolanti għall-ordni tat-tagħmir jew kwalunkwe impenn ieħor li jagħmel l-investiment irriversibbli, skont liema minnhom jiġi l-ewwel. Ix-xiri tal-art u x-xogħlijiet preparatorji, bħall-kisba tal-permessi u t-twettiq ta’ studji tal-fattibbiltà, ma humiex meqjusa bħala l-bidu tax-xogħlijiet. Għal akkwiżizzjonijiet, “bidu tax-xogħlijiet” tfisser il-mument tal-akkwist tal-assi marbuta direttament mal-istabbiliment akkwistat; |
|
(ii) |
“trasport multimodali sostenibbli” tfisser il-ġarr ta’ merkanzija jew passiġġieri b’mill-inqas żewġ modi differenti tat-trasport fejn mill-inqas wieħed mill-modi tat-trasport użati jkun bil-ferrovija jew bil-passaġġi fuq l-ilma interni, jew bit-triq jekk dan tal-aħħar ikun ikkombinat mat-trasport marittimu fuq distanzi qosra; |
|
(jj) |
“applikazzjonijiet telematiċi għas-servizzi tal-merkanzija” tfisser applikazzjonijiet bħal dawn is-sistemi ta’ informazzjoni (monitoraġġ f’ħin reali tal-merkanzija u l-ferroviji), sistemi ta’ tqassim u allokazzjoni, sistemi ta’ prenotazzjoni, ħlas u fatturazzjoni, ġestjoni ta’ konnessjonijiet ma’ modi oħra tat-trasport u produzzjoni ta’ dokumenti elettroniċi ta’ akkumpanjament; |
|
(kk) |
“operatur tat-trasport” tfisser kwalunkwe impriża li ġġorr passiġġieri u/jew merkanzija fis-setturi tat-trasport ferrovjarju, tal-passaġġi fuq l-ilma interni u/jew multimodali; |
|
(ll) |
“organizzatur tat-trasport” tfisser kwalunkwe impriża li torganizza t-trasport ta’ merkanzija u b’hekk tagħmel l-għażla bejn modi tat-trasport (bħal kumpaniji tal-loġistika, spedizjonieri, operaturi tat-trasport multimodali); |
|
(mm) |
“impriża f’diffikultà” tfisser impriża li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2, il-punt (18), tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014; |
|
(nn) |
“vettura għat-trasport bil-ferrovija jew bil-passaġġi tal-ilma interni” tfisser
|
Artikolu 3
Il-kundizzjonijiet għal eżenzjoni
Skemi ta’ għajnuna, għajnuna individwali mogħtija taħt skemi ta’ għajnuna u għajnuna ad hoc għandhom jitqiesu kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 93 tat-Trattat u għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat sakemm tali għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fil-Kapitolu I u l-kundizzjonijiet speċifiċi għall-kategorija rilevanti ta’ għajnuna stabbiliti fil-Kapitolu II.
Artikolu 4
Livelli limitu ta’ notifika
Dan ir-Regolament ma għandux japplika meta jinqabżu l-livelli limiti li ġejjin espressi f’termini ta’ ammonti massimi ta’ għajnuna:
|
(a) |
għal għajnuna operatorja individwali għat-tnedija ta’ konnessjonijiet kummerċjali ġodda mogħtija taħt skema: EUR 15-il miljun għal kull konnessjoni; |
|
(b) |
għal għajnuna individwali għall-investiment mogħtija taħt skema għall-kostruzzjoni, il-modernizzazzjoni u r-rinnovazzjoni ta’ faċilitajiet ferrovjarji, faċilitajiet tal-passaġġi fuq l-ilma interni u faċilitajiet tat-trasport multimodali bil-ferrovija u fil-passaġġi fuq l-ilma interni: EUR 20 miljun għal kull proġett; |
|
(c) |
għal għajnuna ad hoc għall-investiment għall-kostruzzjoni, il-modernizzazzjoni u r-rinnovazzjoni ta’ terminali multimodali tal-merkanzija ferrovjarji u tal-passaġġi fuq l-ilma interni: EUR 10 miljun għal kull proġett; |
|
(d) |
għal għajnuna għall-investiment individwali mogħtija taħt skema għal sidings privati: EUR 2 miljun għal kull proġett. |
Artikolu 5
Trasparenza tal-għajnuna
1. Dan ir-Regolament għandu japplika biss għal għajnuna trasparenti.
2. L-għajnuna għandha titqies bħala trasparenti jekk ikun possibbli li jiġi kkalkulat b’mod preċiż l-ekwivalenti ta’ għotja gross tal-għajnuna ex ante mingħajr il-ħtieġa li titwettaq valutazzjoni tar-riskju.
3. Għall-iskop ta’ dan ir-Regolament, il-kategoriji ta’ għajnuna li ġejjin għandhom jitqiesu bħala għajnuna trasparenti:
|
(a) |
għajnuna li tikkonsisti f’għotjiet u sussidji fuq ir-rati tal-imgħax; |
|
(b) |
għajnuna li tikkonsisti f’self, li fih l-għotja gross ekwivalenti tkun ġiet ikkalkolata abbażi tar-rata ta’ referenza prevalenti fiż-żmien tal-għotja; |
|
(c) |
għajnuna fil-forma ta’ vantaġġi u imposti fuq it-taxxa fejn il-miżura tipprevedi limitu li jiżgura li l-limitu applikabbli ma jinqabiżx; |
|
(d) |
għajnuna inkluża f’garanziji jekk tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
Artikolu 6
Effett ta’ inċentiv
1. Dan ir-Regolament għandu japplika biss għal għajnuna li għandha effett ta’ inċentiv.
2. L-għajnuna għandha titqies li għandha effett ta’ inċentiv jekk il-benefiċjarju jkun issottometta applikazzjoni bil-miktub għall-għajnuna lill-Istat Membru kkonċernat qabel ma jibda x-xogħol fuq il-proġett jew l-attività. L-applikazzjoni għall-għajnuna għandu jkun fiha mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
l-isem u d-daqs tal-impriża; |
|
(b) |
deskrizzjoni tal-proġett jew tal-attività, inklużi d-dati tal-bidu u tat-tmiem tagħhom; |
|
(c) |
il-post tal-proġett jew tal-attività; |
|
(d) |
lista tal-kostijiet tal-proġett jew tal-attività; |
|
(e) |
it-tip ta’ għajnuna (għotja, self, garanzija, self bil-quddiem li jitħallas lura, injezzjoni ta’ ekwità jew oħrajn) u l-ammont ta’ finanzjament pubbliku meħtieġ għall-proġett jew l-attività. |
3. Għajnuna ad hoc mogħtija lil intrapriżi kbar għandha titqies li għandha effett ta’ inċentiv jekk, minbarra li tiżgura li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 jiġu ssodisfati, l-Istat Membru jkun ivverifika, qabel ma jagħti l-għajnuna kkonċernata, li d-dokumentazzjoni mħejjija mill-benefiċjarju tistabbilixxi li l-għajnuna se tirriżulta f’waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
ikun hemm żieda materjali fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-proġett jew tal-attività minħabba l-għajnuna; |
|
(b) |
żieda materjali fl-ammont totali minfuq mill-benefiċjarju fuq il-proġett jew attività minħabba l-għajnuna; |
|
(c) |
żieda materjali fil-ħeffa tat-tlestija tal-proġett jew attività kkonċernata. |
4. B’deroga mill-paragrafi 2 u 3, il-miżuri fil-forma ta’ benefiċċji fuq it-taxxa għandhom jitqiesu li għandhom effett ta’ inċentiv jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:
|
(a) |
il-miżura tistabbilixxi dritt għall-għajnuna f’konformità ma’ kriterji oġġettivi u mingħajr eżerċizzju ulterjuri ta’ diskrezzjoni mill-Istat Membru; |
|
(b) |
il-miżura tkun ġiet adottata u tkun fis-seħħ qabel ma jkun beda x-xogħol fuq il-proġett jew l-attività megħjuna, ħlief fil-każ ta’ skemi ta’ għajnuna suċċessivi dment li l-attività kienet diġà koperta mill-iskemi simili li saru qabel fil-forma ta’ benefiċċji fuq it-taxxa. |
5. B’deroga mill-paragrafi 2, 3 u 4, l-għajnuna biex jitnaqqsu l-kostijiet esterni tat-trasport għandha titqies li għandha effett ta’ inċentiv meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10.
Artikolu 7
Intensità tal-għajnuna u kostijiet eliġibbli
1. Għall-finijiet tal-kalkolu tal-intensità tal-għajnuna u tal-kostijiet eliġibbli, għandhom jittieħdu ċ-ċifri użati kollha qabel kull tnaqqis fit-taxxa jew f’imposti oħra. Madankollu, it-taxxa fuq il-valur miżjud imposta fuq il-kostijiet jew l-ispejjeż eliġibbli li huma rimborżabbli skont il-liġi tat-taxxa nazzjonali applikabbli ma għandhiex titqies għall-kalkolu tal-intensità tal-għajnuna u tal-kostijiet eliġibbli. Il-kostijiet eleġibbli għandhom ikunu appoġġati minn evidenza dokumentarja li għandha tkun ċara, speċifika u kontemporanja. L-ammonti tal-kostijiet eleġibbli jistgħu jiġu kkalkolati f’konformità mal-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati, dment li operazzjoni tkun tal-anqas iffinanzjata parzjalment permezz ta’ fond tal-Unjoni li jippermetti li jintużaw l-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati u li l-kategorija ta’ kostijiet tkun eliġibbli skont id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament. F’każijiet bħal dawn, għandhom japplikaw l-għażliet tal-kostijiet issimplifikati previsti fir-regoli rilevanti li jirregolaw il-fond tal-Unjoni.
2. Barra minn hekk, għall-proġetti implimentati f’konformità mal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza kif approvati mill-Kunsill skont ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24), l-ammonti tal-kostijiet eliġibbli jistgħu jiġu kkalkolati wkoll f’konformità mal-għażliet tal-kostijiet simplifikati, dment li jintużaw l-għażliet tal-kostijiet issimplifikati stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25) jew fir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26).
3. Meta l-għajnuna tingħata f’forma oħra għajr għotja, l-ammont ta’ għajnuna għandu jkun l-għotja gross ekwivalenti tal-għajnuna.
4. L-għajnuna pagabbli fil-futur, inkluża għajnuna f’għadd ta’ pagamenti, għandha tiġi skontata għall-valur tagħha fil-mument li tingħata. Il-kostijiet eliġibbli għandhom jiġu skontati għall-valur tagħhom fil-mument li jingħataw. Ir-rata tal-imgħax li għandha tintuża għall-finijiet ta’ skontar għandha tkun ir-rata ta’ skont applikabbli fil-mument li tingħata l-għajnuna.
Artikolu 8
Kumulazzjoni
1. Meta jiġi ddeterminat jekk il-limiti ta’ notifika humiex konformi mal-limiti ta’ notifika stabbiliti fl-Artikolu 4 l-intensitajiet massimi ta’ għajnuna fil-Kapitolu II, għandu jitqies l-ammont totali ta’ għajnuna mill-Istat għall-attività jew il-proġett jew l-impriża megħjuna (skont it-tip ta’ għajnuna).
2. Meta l-finanzjament tal-Unjoni ġestit ċentralment mill-istituzzjonijiet, l-aġenziji, l-impriżi konġunti jew korpi oħra tal-Unjoni li ma jkunx direttament jew indirettament taħt il-kontroll tal-Istat Membru jiġi kkombinat ma’ għajnuna mill-Istat, l-għajnuna mill-Istat biss għandha titqies li tiddetermina jekk il-limiti ta’ notifika u l-intensitajiet massimi tal-għajnuna jew l-ammonti massimi ta’ għajnuna humiex rispettati, dment li l-ammont totali ta’ finanzjament pubbliku mogħti fir-rigward tal-istess kostijiet eliġibbli ma jaqbiżx ir-rata ta’ finanzjament l-aktar favorevoli stabbilita fid-dritt tal-Unjoni.
3. L-għajnuna b’kostijiet eliġibbli identifikabbli eżentati minn dan ir-Regolament tista’ tiġi akkumulata ma’:
|
(a) |
kwalunkwe għajnuna oħra mill-Istat sakemm dawk il-miżuri jikkonċernaw kostijiet eliġibbli identifikabbli differenti; |
|
(b) |
kwalunkwe għajnuna oħra mill-Istat, b’rabta mal-istess kostijiet eliġibbli, imrikkba parzjalment jew kompletament, dment li tali akkumulazzjoni ma twassalx biex jinqabżu l-ogħla intensità ta’ għajnuna jew l-ammont ta’ għajnuna applikabbli għal din l-għajnuna skont dan ir-Regolament; |
|
(c) |
kwalunkwe għajnuna de minimis fir-rigward tal-istess kostijiet eliġibbli sakemm tali akkumulazzjoni ma tirriżultax f’eċċess tal-ogħla intensità ta’ għajnuna jew ammont ta’ għajnuna applikabbli għal din l-għajnuna skont dan ir-Regolament. |
Artikolu 9
Pubblikazzjoni u informazzjoni
1. L-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura l-pubblikazzjoni fuq sit web komprensiv dwar l-għajnuna mill-Istat, fuq livell nazzjonali jew reġjonali:
|
(a) |
tal-informazzjoni fil-qosor imsemmija fl-Artikolu 19 fil-format standardizzat stipulat fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament jew link li tipprovdi aċċess għaliha; |
|
(b) |
tat-test sħiħ ta’ kull miżura ta’ għajnuna, kif imsemmi fl-Artikolu 19 jew link li tipprovdi aċċess għat-test sħiħ; |
|
(c) |
l-informazzjoni msemmija fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament dwar kull għotja ta’ għajnuna individwali li taqbeż il-EUR 100 000. |
2. Għal skemi ta’ għajnuna fil-forma ta’ benefiċċji fuq it-taxxa, il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 għandhom jitqiesu li ġew issodisfati jekk l-Istati Membri jippubblikaw l-informazzjoni meħtieġa dwar l-ammonti ta’ għajnuna individwali fil-meded li ġejjin f’miljuni ta’ EUR:
|
|
0,1- 0,5; |
|
|
0,5-1; |
|
|
1 sa 2; |
|
|
2 sa 5; |
|
|
5 sa 10; |
|
|
10 sa 15; |
|
|
15 u aktar. |
3. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (c), għandha tkun organizzata u aċċessibbli b’mod standardizzat kif deskritt fl-Anness III u għandha tipprovdi funzjonijiet effettivi ta’ tiftix u tniżżil. Din għandha tiġi ppubblikata fi żmien 6 xhur mid-data meta tkun ingħatat l-għajnuna jew, għall-għajnuna fil-forma ta’ benefiċċju fuq it-taxxa, fi żmien sena mid-data meta tkun dovuta d-dikjarazzjoni tat-taxxa. Għandha tkun disponibbli għal mill-inqas 10 snin mid-data li fiha tkun ingħatat l-għajnuna.
4. It-test sħiħ tal-iskema ta’ għajnuna jew tal-għajnuna ad hoc imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jinkludi, b’mod partikolari, referenza espliċita għal dan ir-Regolament billi jikkwota t-titolu tiegħu u referenza ta’ pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Kapitolu II ikkonċernati minn dik l-iskema ta’ għajnuna, jew fejn applikabbli, għal-liġi nazzjonali li tiżgura li jkun hemm konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament. L-iskema ta’ għajnuna jew l-għajnuna ad hoc għandha tkun akkumpanjata mid-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni tagħha u mill-emendi tagħha.
5. Il-Kummissjoni għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha:
|
(a) |
il-links għas-siti web dwar l-għajnuna mill-Istat imsemmijin fil-paragrafu 1; |
|
(b) |
l-informazzjoni fil-qosor imsemmija fl-Artikolu 19. |
KAPITOLU II
DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦAL KATEGORIJI DIFFERENTI TA’ GĦAJNUNA
TAQSIMA 1
Għajnuna operatorja
Artikolu 10
Għajnuna biex jitnaqqsu l-kostijiet esterni tat-trasport
1. L-iskemi ta’ għajnuna operatorja biex jitnaqqsu l-kostijiet esterni tat-trasport għandhom ikunu kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 93 tat-Trattat u jkunu eżentati mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.
2. Il-ferroviji, il-passaġġi fuq l-ilma interni u/jew l-operazzjonijiet multimodali sostenibbli tat-trasport tal-passiġġieri u tal-merkanzija jistgħu jkunu eliġibbli għall-appoġġ. L-għajnuna għandha tingħata lill-operaturi tat-trasport u/jew lill-organizzaturi tat-trasport li jagħżlu soluzzjonijiet sostenibbli tat-trasport fuq l-art.
3. Il-kostijiet eliġibbli huma l-parti tal-kostijiet esterni tat-trasport li l-użu unimodali jew multimodali tat-trasport bil-ferrovija, bil-passaġġi fuq l-ilma interni u/jew tat-trasport marittimu fuq distanzi qosra użati fil-kuntest tat-trasport multimodali sostenibbli jippermetti li jiġi evitat meta mqabbel ma’ modi tat-trasport kompetituri li jniġġsu aktar. Il-kostijiet esterni evitati għandhom jiġu kkalkolati f’konformità mar-regoli u l-metodoloġija stabbiliti fil-Manwal tal-Kummissjoni dwar il-kostijiet esterni tat-trasport, kif emendati jew sostitwiti (27). L-Istati Membri jistgħu jużaw il-metodoloġija tal-kostijiet esterni biex ikopru kwalunkwe kost operatorju, inklużi l-kostijiet operatorji relatati mal-użu tal-infrastruttura.
4. L-intensità tal-għajnuna m’għandhiex taqbeż il-[50] % tal-kostijiet eliġibbli.
5. L-intensità tal-għajnuna tista’ tiżdied b’[5-10]% punti perċentwali għall-għajnuna mogħtija għal operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat skont id-definizzjoni fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 92/106/KEE (28).
6. Għall-għajnuna mogħtija għall-operazzjonijiet tat-trasport fis-settur tal-merkanzija, id-distanza koperta mill-mod tat-trasport appoġġat mill-għajnuna ma għandhiex taqbeż:
|
(a) |
f’każijiet ta’ trasport multimodali:
|
|
(b) |
f’każijiet ta’ trasport unimodali:
|
7. Sabiex jiġi żgurat li l-għajnuna tingħata biss għal servizzi tat-trasport sostenibbli fuq l-art li fil-fatt jiġu pprovduti, l-għajnuna għandha tingħata abbażi tal-unitajiet effettivi tas-servizz tat-trasport ipprovdut, bħal kilometri tal-passiġġieri għal servizzi tat-trasport tal-passiġġieri, tunnellati-km jew vetturi-km għal servizzi tat-trasport tal-merkanzija jew, b’mod aktar ġenerali, l-unità tal-produzzjoni tas-servizz tat-trasport, u mhux fuq bażi ta’ somma f’daqqa.
8. L-għajnuna mogħtija lil impriża ferrovjarja u lil operaturi tal-passaġġi fuq l-ilma interni u tat-trasport marittimu fuq distanzi qosra għandu jkollha l-effett li żżomm jew iżżid il-bidla modali. Għal dan l-għan, l-impriżi ferrovjarji u l-passaġġi fuq l-ilma interni u l-operaturi tat-trasport marittimu fuq distanzi qosra għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku mill-inqas l-informazzjoni li ġejja dwar l-għajnuna riċevuta: l-awtorità tal-għoti, id-data tal-għoti tal-għajnuna, l-ammonti ta’ għajnuna riċevuti, il-perjodu u l-operazzjonijiet koperti mill-għajnuna.
Artikolu 11
Għajnuna għat-tnedija ta’ konnessjonijiet kummerċjali ġodda
1. L-iskemi ta’ għajnuna għat-tnedija ta’ konnessjonijiet kummerċjali ġodda tal-merkanzija bil-ferrovija u tal-passaġġi fuq l-ilma interni u konnessjonijiet kummerċjali ġodda tal-passiġġieri tal-ferrovija għandhom ikunu kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 93 tat-Trattat u għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.
2. L-għajnuna tingħata:
|
(a) |
lill-impriżi ferrovjarji u/jew lill-organizzaturi tat-trasport li jiġbru kemm hija d-domanda u jorganizzaw operazzjonijiet skedati tal-merkanzija bejn it-terminali tat-trasport biex iniedu konnessjonijiet kummerċjali ġodda tal-merkanzija bil-ferrovija u bil-passaġġi fuq l-ilma interni; u/jew |
|
(b) |
lill-impriżi ferrovjarji li jorganizzaw servizzi skedati għall-passiġġieri bejn terminali tat-trasport li jinsabu jew fi Stati Membri differenti (“servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri transfruntieri”) jew aktar minn 400 kilometru minn xulxin (“servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri fuq distanzi twal”). |
3. L-għajnuna tista’ tieħu l-forma ta’ għotjiet imħallsa fuq bażi perjodika għal perjodi li ma jaqbżux sena.
4. Il-kostijiet eliġibbli għandhom ikunu t-telf operatorju mġarrab fir-rigward tal-konnessjoni kkonċernata, għal massimu ta’ 5 snin mid-data meta l-benefiċjarju jibda jopera l-konnessjoni kummerċjali l-ġdida. Mingħajr preġudizzju għas-sentenza preċedenti, il-kostijiet operatorji relatati ma’ u qabel it-tnedija tal-konnessjoni l-ġdida jistgħu jitqiesu u jiġu riflessi fil-kwantifikazzjoni tal-kostijiet eliġibbli relatati mal-ewwel sena tal-operat tal-konnessjoni kummerċjali l-ġdida.
5. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, telf operatorju jfisser differenza negattiva bejn id-dħul u l-kostijiet operatorji mġarrba fir-rigward tal-konnessjoni kkonċernata, kif ukoll il-kostijiet operatorji tax-xogħlijiet relatati mat-tnedija tal-konnessjoni kummerċjali l-ġdida u ma’ qabel it-tnedija tagħha. L-intensità tal-għajnuna ma għandhiex taqbeż it-80 % tal-kostijiet eliġibbli fl-ewwel sena, 70 % tal-kostijiet eliġibbli fit-tieni sena, 60 % tal-kostijiet eliġibbli fit-tielet sena, 50 % tal-kostijiet eliġibbli fir-raba’ sena u 40 % tal-kostijiet eliġibbli fil-ħames sena.
6. Il-kostijiet allokati għall-konnessjoni kummerċjali l-ġdida jistgħu jkopru l-kostijiet operatorji diretti kollha mġarrba fl-operat tal-konnessjoni kummerċjali l-ġdida u kontribuzzjoni xierqa għall-kostijiet operatorji komuni kemm għall-konnessjoni kummerċjali l-ġdida kif ukoll għal attivitajiet oħra. Id-dħul li għandu jitqies għandu jinkludi d-dħul kollu miksub mill-konnessjoni kummerċjali l-ġdida.
7. Meta l-għajnuna titħallas bil-quddiem, il-kostijiet eliġibbli għandhom jiġu stmati ex ante fuq il-bażi ta’ projezzjonijiet raġonevoli, u għandhom jiġu skontati għall-valur tagħhom fil-mument tal-għoti. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmu ta’ monitoraġġ u ta’ rkupru biex jiżguraw li l-għajnuna ma taqbiżx l-intensità tal-għajnuna permessa.
TAQSIMA 2
Għajnuna għall-investiment
Artikolu 12
Għajnuna għall-kostruzzjoni, il-modernizzazzjoni u r-rinnovazzjoni ta’ faċilitajiet tat-trasport bil-ferrovija u bil-passaġġi fuq l-ilma interni unimodali u multimodali
1. L-għajnuna għall-kostruzzjoni, il-modernizzazzjoni jew ir-rinnovazzjoni (inkluża s-sostituzzjoni) ta’ faċilitajiet ferrovjarji, faċilitajiet tal-passaġġi fuq l-ilma interni u faċilitajiet tat-trasport multimodali bil-ferrovija u fil-passaġġi fuq l-ilma interni għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 93 tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.
2. L-għajnuna għandha tingħata lil kwalunkwe impriża li tibni, timmodernizza u/jew tirrinova il-faċilitajiet ferrovjarji, il-faċilitajiet tal-passaġġi fuq l-ilma interni u l-faċilitajiet tat-trasport multimodali bil-ferrovija u fil-passaġġi fuq l-ilma interni abbażi ta’ skemi, ħlief għall-għajnuna għall-kostruzzjoni, il-modernizzazzjoni u r-rinnovazzjoni ta’ terminali multimodali tal-merkanzija ferrovjarji u tal-passaġġi fuq l-ilma interni, li tista’ tingħata wkoll bħala għajnuna ad hoc. L-għajnuna ad hoc tista’ tingħata biss meta d-domanda potenzjali għall-kapaċità, tal-anqas fit-terminu medju, taqbeż il-kapaċità kkombinata attwali tal-faċilità megħjuna u ta’ faċilitajiet eżistenti jew diġà ppjanati oħra li jistgħu jservu b’mod raġonevoli bħala alternattivi għall-faċilità megħjuna.
3. Il-kostijiet eliġibbli għandhom ikunu l-kostijiet tal-investiment f’assi tanġibbli (fissi u mobbli) u intanġibbli relatati direttament mal-kostruzzjoni, il-modernizzazzjoni jew ir-rinnovazzjoni tal-faċilità rilevanti. L-investiment jista’ jinkludi arranġamenti tas-superfiċje (bħal dawk għall-ħżin), tagħmir fiss (bħal imħażen u bini terminali) u tagħmir terminali mobbli (bħal reach stackers) li jinsab fil-faċilità għall-forniment ta’ servizzi relatati mat-trasport. L-istudji ta’ fattibbiltà u topoloġiċi kif ukoll il-kostijiet tal-ippjanar u tal-installazzjoni għandhom ikunu eliġibbli wkoll.
4. Il-kostijiet relatati ma’ attivitajiet mhux tat-trasport ma għandhomx ikunu eliġibbli.
5. L-ammont tal-għajnuna ma għandux jaqbeż l-aktar limitu baxx minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
id-differenza bejn il-kostijiet eliġibbli u s-somma tal-profitt operatorju tal-investiment tul il-ħajja ekonomika tiegħu u l-valur terminali skontat ta’ dak l-investiment (valur residwu fi tmiem il-ħajja ekonomika tal-investiment). Il-profitt operatorju għandu jinkludi wkoll il-profitti netti operatorji inkrementali ġġenerati minn attivitajiet mhux tat-trasport konnessi mal-attivitajiet tat-trasport li għandhom jitwettqu fil-faċilità kkonċernata (bħall-kiri ta’ spazji kummerċjali li jinsabu fil-faċilità). Il-profitt operatorju u l-valur terminali għandhom jitnaqqsu mill-kostijiet eliġibbli ex ante, abbażi ta’ projezzjonijiet raġonevoli, jew ex post permezz ta’ mekkaniżmu ta’ rkupru; |
|
(b) |
50 % tal-kostijiet eliġibbli. |
6. Għal għajnuna li ma taqbiżx it-EUR 3 miljun għal kull proġett, l-ammont massimu tal-għajnuna jista’ jiġi stabbilit sa 50 % tal-kostijiet eliġibbli bħala alternattiva għall-applikazzjoni tal-metodu msemmi fil-paragrafu 5.
7. L-aċċess għall-faċilità megħjuna għandu jkun miftuħ, trasparenti u mhux diskriminatorju għall-utenti interessati kollha f’konformità mal-leġiżlazzjoni settorjali, inkluża d-Direttiva 2012/34/UE.
8. Kwalunkwe konċessjoni jew inkarigu ieħor lil parti terza biex tibni, taġġorna, topera jew tikri l-faċilità megħjuna għandha tiġi assenjata fuq bażi kompetittiva, trasparenti, mhux diskriminatorja u mingħajr kundizzjonijiet.
9. Meta s-sid, l-operatur u kwalunkwe utent finali proġettat tal-faċilità tat-trasport megħjuna jkunu parti mill-istess intrapriża jew ikunu intrapriżi assoċjati skont it-tifsira tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament, l-operat tal-faċilità għandu jingħata abbażi ta’ proċedura miftuħa, kompetittiva, trasparenti u mhux diskriminatorja (29).
Artikolu 13
Għajnuna għall-kostruzzjoni, il-modernizzazzjoni u r-rinnovazzjoni ta’ sidings privati
1. L-iskemi ta’ għajnuna għall-kostruzzjoni, il-modernizzazzjoni u r-rinnovazzjoni (inkluża s-sostituzzjoni) ta’ sidings privati għandhom ikunu kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 93 tat-Trattat u għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.
2. L-għajnuna għandha tingħata lil kwalunkwe impriża li tibni, timmodernizza u tirrinova s-sidings privati.
3. Il-kostijiet eliġibbli għandhom ikunu l-kostijiet tal-investiment f’assi tanġibbli (fissi u mobbli) u intanġibbli relatati direttament mal-kostruzzjoni, il-modernizzazzjoni u r-rinnovazzjoni ta’ siding privat. Il-kostijiet tal-investiment jistgħu jinkludu l-fattibbiltà u l-istudji topoloġiċi u l-kostijiet tal-ippjanar u tal-installazzjoni. Il-pjattaformi u t-tagħmir tat-tagħbija/tal-ħatt użati għat-tagħbija/ħatt tal-ferroviji fuq is-sit tal-utent(i) dedikat(i) ma għandhomx jiġu inklużi fil-kostijiet eliġibbli.
4. L-ammont tal-għajnuna ma għandux jaqbeż l-aktar livell limitu baxx minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
Id-differenza bejn il-kostijiet eliġibbli u s-somma tal-profitt operatorju tal-investiment tul il-ħajja ekonomika tiegħu u l-valur terminali skontat ta’ dak l-investiment (valur residwu fi tmiem il-ħajja ekonomika tal-investiment). Il-profitt operatorju u l-valur terminali għandhom jitnaqqsu mill-kostijiet eliġibbli ex ante, abbażi ta’ projezzjonijiet raġonevoli, jew ex post permezz ta’ mekkaniżmu ta’ rkupru; |
|
(b) |
50 % tal-kostijiet eliġibbli. |
5. Għal għajnuna li ma taqbiżx il-EUR 500 000 għal kull proġett, l-ammont massimu tal-għajnuna jista’ jiġi stabbilit sa 50 % tal-kostijiet eliġibbli bħala alternattiva għall-applikazzjoni tal-metodu msemmi fil-paragrafu 4.
Artikolu 14
Għajnuna għall-akkwist ta’ vetturi għat-trasport bil-ferrovija jew bil-passaġġi fuq l-ilma interni
1. L-iskemi ta’ għajnuna għall-investiment li jappoġġaw l-akkwist ta’ vetturi għat-trasport bil-ferrovija jew bil-passaġġi fuq l-ilma interni għandhom ikunu kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 93 tat-Trattat u għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.
2. Il-kostijiet eliġibbli għandhom ikunu l-kostijiet kollha tal-investiment marbuta mal-akkwist ta’ vetturi ġodda jew użati għat-trasport bil-ferrovija jew bil-passaġġi fuq l-ilma interni. Dawn il-kostijiet jistgħu jinkludu, b’mod partikolari, il-prezz tal-vettura u l-kostijiet tal-konsenja. Il-kostijiet ta’ studji ta’ disinn, konsulenza jew inġinerija jistgħu jkunu eliġibbli sakemm ikunu marbuta ma’ u parti mill-investimenti msemmija f’dan l-Artikolu.
3. L-għajnuna għandha tingħata lil:
|
(a) |
parteċipanti ġodda fis-settur ferrovjarju; |
|
(b) |
impriżi ferrovjarji, operaturi tat-trasport fil-passaġġi fuq l-ilma interni jew operaturi tal-kiri fis-setturi tal-ferroviji u tal-passaġġi fuq l-ilma interni – meta jikkwalifikaw bħala SMEs. |
4. L-għajnuna għandha tieħu l-forma ta’ garanzija għax-xerrej tal-vettura għat-trasport bil-ferrovija jew bil-passaġġi fuq l-ilma interni. Il-garanziji jistgħu jiġu pprovduti direttament lill-benefiċjarji finali jew lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji oħra bħala intermedjarji finanzjarji (sakemm il-benefiċjarju jżomm l-għażla libera tal-intermedjarju finanzjarju). L-intermedjarju finanzjarju jrid ikun kapaċi juri li jopera mekkaniżmu li jiżgura li l-vantaġġi jingħaddew kemm jista’ jkun lill-benefiċjarji finali fil-forma ta’ volumi ogħla ta’ finanzjament, portafolli aktar riskjużi, rekwiżiti ta’ kollateral aktar baxxi, jew rati tal-imgħax aktar baxxi milli mingħajr tali garanziji pubbliċi.
5. Il-garanzija għandha tiġi pprovduta fuq self individwali ġdid għall-akkwist ta’ vetturi għat-trasport bil-ferrovija jew bil-passaġġi fuq l-ilma interni. L-ammont nominali tas-self sottostanti ma għandux jaqbeż il-kostijiet eliġibbli. Il-kopertura tal-garanzija ma għandhiex taqbeż it-80 % tas-self sottostanti. Għandhom jiġu pprovduti garanziji pubbliċi bi ħlas ta’ mill-inqas 50 punt bażi jekk il-klassifikazzjoni tal-kreditu sovrana tal-Istat Membru tal-għoti tkun ugwali għal AAA-A.
6. It-tul ta’ żmien tal-garanzija għandu jkun limitat għal massimu ta’ 15-il sena.
7. L-għajnuna għall-akkwist ta’ vetturi għat-trasport bil-ferrovija jew bil-passaġġi fuq l-ilma interni tista’ tiġi akkumulata ma’ għajnuna għall-interoperabbiltà u/jew għajnuna għal adattament tekniku u modernizzazzjoni jekk il-kostijiet żejda netti għall-interoperabbiltà, kif definit fl-Artikolu 16(6) u/jew investimenti ta’ modernizzazzjoni u adattament tekniku, kif definit fl-Artikolu 17(6), ikunu esklużi mill-kostijiet eliġibbli stabbiliti fil-paragrafu 2.
Artikolu 15
Għajnuna għall-akkwist ta’ unitajiet tat-tagħbija intermodali u krejnijiet abbord il-bastimenti
1. L-iskemi ta’ għajnuna għall-investiment għall-akkwist ta’ unitajiet tat-tagħbija intermodali ġodda jew użati u/jew krejnijiet abbord bastimenti għandhom ikunu kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 93 tat-Trattat u għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.
2. L-għajnuna għandha tingħata lil kwalunkwe impriża li tinvesti fl-akkwist ta’ unitajiet tat-tagħbija intermodali u krejnijiet abbord il-bastimenti.
3. Il-kostijiet eliġibbli għandhom jammontaw għal:
|
(a) |
għall-unitajiet ta’ tagħbija intermodali (ILUs): id-differenza fil-kostijiet bejn l-unitajiet tat-trasport użati esklużivament għat-trasport bit-triq u l-ILUs li jistgħu jiġu ttrasbordati għall-finijiet ta’ trasport multimodali sostenibbli; |
|
(b) |
għall-krejnijiet abbord il-bastimenti: il-prezz sħiħ tal-akkwist. |
4. Il-kostijiet eliġibbli jistgħu jinkludu studji ta’ fattibbiltà u kostijiet tal-ippjanar u tal-installazzjoni.
5. L-ammont tal-għajnuna ma għandux jaqbeż intensità tal-għajnuna ta’ 30 % tal-kostijiet eliġibbli fis-sitwazzjoni stabbilita fil-paragrafu 3, il-punt (a) u 20 % tal-kostijiet eliġibbli fis-sitwazzjoni stabbilita fil-paragrafu 3, il-punt (b).
Artikolu 16
Għajnuna għall-interoperabbiltà
1. Skemi ta’ għajnuna għall-investiment li jappoġġaw l-investiment f’assi tanġibbli u intanġibbli li jikkontribwixxu għal flussi tat-traffiku mingħajr interruzzjoni bejn l-Istati Membri jew modi tat-trasport ikunu kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 93 tat-Trattat u jkunu eżentati mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.
2. L-għajnuna għandha tingħata lil kwalunkwe impriża li twettaq investimenti fl-introduzzjoni tat-teknoloġiji tal-interoperabbiltà msemmija fil-paragrafu 3.
3. Il-proġetti ta’ investiment eliġibbli għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
(a) |
Is-Sistema Ewropea ta’ Kontroll tal-Ferroviji (ETCS), is-Sistema ta’ Komunikazzjoni Mobbli Ferrovjarja Futura (FRMCS) u t-Tħaddim Awtomatiku tal-Ferroviji (ATO) bħala parti mis-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS) kif deskritti fil-leġiżlazzjoni sekondarja tal-Unjoni (30); |
|
(b) |
akkoppjament awtomatiku diġitali (DAC) (31); |
|
(c) |
l-adattament tal-materjal fuq ir-roti għal sistemi elettriċi differenti; |
|
(d) |
l-adattament tal-materjal fuq ir-roti għal gauges tal-binarji differenti; |
|
(e) |
l-adattament ta’ bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni biex iservu l-portijiet tal-baħar; |
|
(f) |
l-adattament tal-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni għall-kundizzjonijiet ta’ navigabbiltà li jinbidlu, inklużi l-kundizzjonijiet tal-ilma baxx; |
|
(g) |
l-awtomatizzazzjoni tal-materjal fuq ir-roti u tal-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni; |
|
(h) |
l-adattament tal-vetturi għat-trasport tal-ILUs; |
|
(i) |
teknoloġiji ewlenin meħtieġa għall-implimentazzjoni tas-servizzi tal-informazzjoni tax-xmajjar, bħall-Pjattaforma RIS , is-Sistema Elettronika ta’ Viżwalizzazzjoni ta’ Mapep u ta’ Informazzjoni għan-Navigazzjoni Interna, l-avviżi lill-kaptani, is-Sistema ta’ Identifikazzjoni Awtomatika għan-Navigazzjoni Interna u r-Rapportaġġ Elettroniku Internazzjonali; |
|
(j) |
applikazzjonijiet telematiċi tal-merkanzija u software ieħor tal-merkanzija sa fejn dawn jikkontribwixxu għal flussi tat-traffiku mingħajr interruzzjoni, b’mod partikolari sistemi ta’ identifikazzjoni, traċċar u traċċabbiltà intermodali, u pjattaformi intermodali għall-iskambju tad-data. Investimenti f’applikazzjonijiet għal servizzi tal-passiġġieri bħal sistemi li jipprovdu lill-passiġġieri b’informazzjoni qabel u matul il-vjaġġ, sistemi ta’ prenotazzjoni u ħlas tal-passiġġieri, il-ġestjoni tal-bagalji u l-ġestjoni tal-konnessjonijiet bejn ferroviji tal-passiġġieri u ma’ modi oħra tat-trasport tal-passiġġieri ma humiex eliġibbli għall-appoġġ. |
4. Il-kostijiet eliġibbli għandhom ikunu l-kostijiet kollha meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-investimenti eliġibbli. Tali kostijiet jistgħu jinkludu, b’mod partikolari, il-kostijiet neċessarji għax-xiri u l-installazzjoni tat-teknoloġija rilevanti, il-kostijiet tal-ġestjoni tal-proġetti, u l-kostijiet tal-konsenja. Il-kostijiet tal-manutenzjoni ma humiex eliġibbli għall-appoġġ. Il-kostijiet relatati ma’ studji, ittestjar u approvazzjoni, u installazzjonijiet pilota u prototipi għandhom ikunu eliġibbli għall-appoġġ. L-assi ffinanzjati b’għajnuna għall-interoperabbiltà jistgħu jkunu ġodda jew użati. Fir-rigward tal-investimenti fl-interoperabbiltà relatati mal-ERTMS, il-kostijiet relatati mal-integrazzjoni tal-funzjonijiet tas-Sistema Globali Ewropea ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (EGNSS) fi ħdan l-ERTMS jenħtieġ li jkunu eliġibbli għall-appoġġ. Il-kostijiet relatati mal-GSM-R ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-appoġġ.
5. L-intensità tal-għajnuna ma għandhiex taqbeż:
|
(a) |
it-80 % tal-kostijiet eliġibbli għall-proġetti ta’ investiment li jaqgħu taħt il-paragrafu 3, il-punti (a) u (b), |
|
(b) |
il-50 % tal-kostijiet eliġibbli għall-proġetti ta’ investiment li jaqgħu taħt il-paragrafu 3, il-punti (c) sa (j). |
6. Fir-rigward tal-investimenti fl-interoperabbiltà f’vetturi għat-trasport bil-ferrovija jew fil-passaġġi fuq l-ilma interni jew f’unità ta’ tagħbija intermodali jew krejn abbord bastimenti li l-akkwist tagħhom huwa ppjanat, il-kostijiet eliġibbli jridu jkunu limitati għall-kostijiet żejda netti għall-interoperabbiltà, dment li tali kostijiet ma jkunux diġà koperti minn kwalunkwe forma oħra ta’ għajnuna, b’mod partikolari għajnuna skont l-Artikoli 14 u 15. Il-kostijiet żejda netti għall-interoperabbiltà jiġu kkalkolati bħala d-differenza bejn, minn naħa waħda, il-kost totali tax-xiri tal-vettura għat-trasport bil-ferrovija jew bil-passaġġi fuq l-ilma interni jew l-unità tat-tagħbija intermodali jew il-krejn abbord bastimenti li l-akkwist tagħhom huwa ppjanat u li huwa mgħammar b’tali investimenti, u, min-naħa l-oħra, il-kost totali tax-xiri tal-istess vettura jew unità tat-tagħbija intermodali jew krejn abbord bastimenti jew waħda simili mingħajr investimenti fl-interoperabbiltà fix-xenarju kontrofattwali.
7. Għal mill-inqas 5 snin wara l-għoti tal-għajnuna, l-arranġamenti kuntrattwali għat-trasferiment jew l-użu bi ħlas (bħal lokazzjoni) ta’ assi ffinanzjati b’għajnuna għall-interoperabbiltà għandhom jinkludu klawżola li tispeċifika li l-investiment li jiżgura l-interoperabbiltà tal-assi kkonċernat kien iffinanzjat bl-għajnuna mill-Istat. Għandha tispeċifika wkoll l-obbligi korrispondenti stabbiliti fil-paragrafu 9 u tindika l-ammont tal-għajnuna.
8. L-investiment għandu jiġi implimentat u ffinalizzat mill-inqas sena qabel id-data li fiha l-investiment appoġġat isir obbligatorju fil-livell tal-UE.
9. Il-vetturi għat-trasport bil-ferrovija jew bil-passaġġi fuq l-ilma interni li jibbenefikaw mill-investiment appoġġat għandhom jibqgħu rreġistrati fir-reġistru nazzjonali rilevanti ta’ kwalunkwe Stat Membru jew f’reġistru Ewropew rilevanti għal mill-inqas 5 snin wara l-implimentazzjoni tal-investiment.
Artikolu 17
Għajnuna għall-adattament tekniku u l-modernizzazzjoni ta’ vetturi għat-trasport bil-ferrovija jew bil-passaġġi fuq l-ilma interni u tagħmir għal trasport multimodali sostenibbli
1. Skemi ta’ għajnuna għall-investiment li jappoġġaw investimenti f’assi tanġibbli u intanġibbli li jikkontribwixxu għall-adattament tekniku u l-modernizzazzjoni ta’ vetturi għat-trasport bil-ferrovija jew bil-passaġġi fuq l-ilma interni u ta’ tagħmir għal trasport multimodali sostenibbli għandhom ikunu kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 93 tat-Trattat u għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.
2. L-għajnuna għandha tingħata lil kwalunkwe impriża li twettaq investimenti għall-adattament tekniku u l-modernizzazzjoni tal-vetturi għat-trasport bil-ferrovija jew bil-passaġġi fuq l-ilma interni u ta’ tagħmir għal trasport multimodali sostenibbli, imsemmija fil-paragrafu 3.
3. L-investimenti eliġibbli għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
(a) |
il-modifika retroattiva u/jew ir-rinnovazzjoni tal-materjal fuq ir-roti; |
|
(b) |
il-modifika retroattiva u/jew ir-rinnovazzjoni ta’ bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni, pereżempju, biex jittejbu l-idrodinamika u l-effiċjenza; |
|
(c) |
il-modifika retroattiva u/jew ir-rinnovazzjoni ta’ tagħmir għal trasport multimodali sostenibbli; |
|
(d) |
l-adattament tekniku tal-bastimenti għal tipi ġodda ta’ merkanzija; |
|
(e) |
applikazzjonijiet telematiċi tal-merkanzija u software ieħor tal-merkanzija li ma jaqgħux taħt l-Artikolu 16, bħal sistemi li jipprovdu informazzjoni esklużivament f’mod tat-trasport wieħed jew sistemi diġitali ta’ prenotazzjoni u ta’ ħlas li ma jikkontribwixxux għal flussi tat-traffiku mingħajr interruzzjoni. Investimenti f’applikazzjonijiet għal servizzi tal-passiġġieri bħal sistemi li jipprovdu lill-passiġġieri b’informazzjoni qabel u matul il-vjaġġ, sistemi ta’ prenotazzjoni u ħlas tal-passiġġieri, il-ġestjoni tal-bagalji u l-ġestjoni tal-konnessjonijiet bejn ferroviji tal-passiġġieri u ma’ modi oħra tat-trasport tal-passiġġieri ma humiex eliġibbli għall-appoġġ; |
|
(f) |
sistemi loġistiċi, bħal software għall-ottimizzazzjoni tat-tagħbija; |
|
(g) |
software għat-tbassir tat-traffiku (Stima tal-Ħin tat-Tluq/Ħin Stmat tal-Wasla) u software għall-ottimizzazzjoni tar-rotta. |
4. Il-kostijiet eliġibbli għandhom ikunu l-kostijiet kollha meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-investimenti eliġibbli. Tali kostijiet jistgħu jinkludu, b’mod partikolari, il-kostijiet neċessarji għax-xiri u l-installazzjoni tat-teknoloġija rilevanti, il-kostijiet relatati mal-aġġornamenti ta’ teknoloġija installata eżistenti, il-kostijiet tal-ġestjoni tal-proġetti u l-kostijiet tal-konsenja. Il-kostijiet relatati ma’ studji, ittestjar u approvazzjoni, u installazzjonijiet pilota u prototipi għandhom ikunu eliġibbli għall-għajnuna.
5. L-intensità tal-għajnuna ma għandhiex taqbeż l-20 % tal-kostijiet eliġibbli.
6. Fir-rigward ta’ investimenti f’vetturi għat-trasport bil-ferrovija jew bil-passaġġi fuq l-ilma interni li l-akkwist tagħhom huwa ppjanat, il-kostijiet eliġibbli jridu jkunu limitati għall-kostijiet żejda netti għall-adattament tekniku u l-modernizzazzjoni, dment li dawn il-kostijiet ma jkunux diġà koperti minn xi forma oħra ta’ għajnuna, b’mod partikolari għajnuna skont l-Artikoli 14 u 15. Il-kostijiet żejda netti għall-adattament tekniku u l-modernizzazzjoni huma kkalkolati bħala d-differenza bejn, minn naħa waħda, il-kost totali tax-xiri tal-vettura għat-trasport bil-ferrovija jew bil-passaġġi fuq l-ilma interni li l-akkwist tagħha huwa ppjanat u li huwa mgħammar b’tali investimenti, u, min-naħa l-oħra, il-kost totali tax-xiri tal-istess vettura jew waħda simili li teħtieġ adattament tekniku u modernizzazzjoni fix-xenarju kontrofattwali.
7. Għal mill-inqas 5 snin wara l-għoti tal-għajnuna, l-arranġamenti kuntrattwali għat-trasferiment jew l-użu bi ħlas (bħal lokazzjoni) ta’ assi ffinanzjati bl-għajnuna għall-adattament tekniku u l-modernizzazzjoni ta’ vetturi u tagħmir għal trasport multimodali sostenibbli għandhom jinkludu klawżola li tiddikjara li l-adattament jew il-modernizzazzjoni tal-assi kkonċernat kien iffinanzjat bl-għajnuna mill-Istat u li tispeċifika l-ammont tal-għajnuna.
8. L-investiment għandu jiġi implimentat u ffinalizzat mill-inqas sena qabel id-data li fiha l-investiment appoġġat isir obbligatorju fil-livell tal-UE.
KAPITOLU III
MONITORAĠĠ
Artikolu 18
Irtirar tal-benefiċċju tal-eżenzjoni ta’ kategorija
Meta Stat Membru jagħti għajnuna li hija allegatament eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika skont dan ir-Regolament mingħajr ma jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitoli I sa II, il-Kummissjoni tista’, wara li tkun ipprovdiet lill-Istat Membru kkonċernat bil-possibbiltà li jesprimi l-fehmiet tiegħu, tadotta deċiżjoni li tiddikjara li l-miżuri ta’ għajnuna futuri kollha jew uħud minnhom adottati mill-Istat Membru kkonċernat, li altrimenti jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 108(3) tat-Trattat. Il-miżuri li għandhom jiġu nnotifikati jistgħu jkunu limitati għall-miżuri li jagħtu ċerti tipi ta’ għajnuna jew favur ċerti benefiċjari jew ċerti miżuri ta’ għajnuna adottati minn ċerti awtoritajiet tal-Istat Membru kkonċernat.
Artikolu 19
Rapportar
L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni:
|
(a) |
permezz tas-sistema ta’ notifika elettronika tal-Kummissjoni, l-informazzjoni fil-qosor dwar kull miżura ta’ għajnuna eżentata skont dan ir-Regolament fil-format standardizzat stabbilit fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament, flimkien ma’ link li tipprovdi aċċess għat-test sħiħ tal-miżura ta’ għajnuna, inklużi l-emendi tagħha, fi żmien 20 jum tax-xogħol wara d-dħul fis-seħħ tiegħu; |
|
(b) |
rapport annwali, kif imsemmi fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (32), f’forma elettronika dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, li jkun fih l-informazzjoni indikata fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 fir-rigward ta’ kull sena sħiħa jew ta’ kull parti tas-sena li matulha japplika dan ir-Regolament. |
Artikolu 20
Evalwazzjoni
1. L-iskemi ta’ għajnuna msemmija fl-Artikolu 1(2), il-punti (i) u (j), għandhom ikunu soġġetti għal evalwazzjoni ex post jekk ikollhom baġit għall-għajnuna mill-Istat jew nefqiet kontabbilizzati ta’ aktar minn EUR 150 miljun fi kwalunkwe sena partikolari jew EUR 750 miljun tul iż-żmien totali tagħhom. It-tul ta’ żmien totali huwa t-tul ikkombinat tal-iskema u kwalunkwe skema preċedenti li tkopri objettiv u żona ġeografika simili li tibda minn XXX. Minħabba l-objettivi tal-evalwazzjoni u biex jiġi evitat li jitqiegħed piż sproporzjonat fuq l-Istati Membri, l-evalwazzjonijiet ex post għandhom ikunu meħtieġa biss għal skemi ta’ għajnuna li t-tul ta’ żmien totali tagħhom jaqbeż it-3 snin li jibdew minn XXX.
2. Ir-rekwiżit ta’ evalwazzjoni ex post jista’ jiġi rinunzjat għal skemi ta’ għajnuna li huma suċċessur immedjat ta’ skema li tkopri objettiv u żona ġeografika simili li kienet soġġetta għal evalwazzjoni. Dan jiddependi fuq rapport ta’ evalwazzjoni finali li jkun ġie prodott f’konformità mal-pjan ta’ evalwazzjoni approvat mill-Kummissjoni u li ma kien ipproduċa l-ebda sejba negattiva. Meta r-rapport ta’ evalwazzjoni finali ta’ skema ma jkunx konformi mal-pjan ta’ evalwazzjoni approvat, dik l-iskema għandha tiġi sospiża b’effett immedjat. Kwalunkwe suċċessur ta’ tali skema sospiża, li tkopri objettiv u żona ġeografika simili, ma għandux igawdi l-benefiċċju tal-eżenzjoni ta’ kategorija.
3. L-għan tal-evalwazzjoni għandu jkun li jiġi verifikat jekk is-suppożizzjonijiet u l-kundizzjonijiet sottostanti għall-kompatibbiltà tal-iskema ntlaħqux, b’mod partikolari l-ħtieġa u l-effettività tal-miżura ta’ għajnuna fid-dawl tal-objettivi ġenerali u speċifiċi tagħha. L-evalwazzjoni għandha tivvaluta wkoll l-impatt tal-iskema fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ.
4. Għal skemi ta’ għajnuna soġġetti għar-rekwiżit ta’ evalwazzjoni skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw abbozz ta’ pjan ta’ evalwazzjoni kif ġej:
|
(a) |
fi żmien 20 jum ta’ xogħol mid-dħul fis-seħħ tal-iskema jekk il-baġit tal-għajnuna mill-Istat tal-iskema jaqbeż il-EUR 150 miljun fi kwalunkwe sena partikolari jew is-EUR 750 miljun tul iż-żmien totali tagħha; |
|
(b) |
fi żmien 30 jum ta’ xogħol wara bidla sinifikanti li permezz tagħha l-baġit tal-iskema jiżdied għal aktar minn EUR 150 miljun f’xi sena partikolari jew EUR 750 miljun tul iiż-żmien kollha tal-iskema; |
|
(c) |
fi żmien 30 jum ta’ xogħol wara r-reġistrazzjoni tan-nefqa fil-kontijiet uffiċjali taħt l-iskema li taqbeż il-EUR 150 miljun f’xi sena partikolari. |
5. L-abbozz tal-pjan ta’ evalwazzjoni għandu jkun f’konformità mal-metodoloġija komuni għall-evalwazzjoni tal-għajnuna mill-Istat adottata mill-Kummissjoni. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw il-pjan ta’ evalwazzjoni approvat mill-Kummissjoni.
6. L-evalwazzjoni ex post għandha ssir minn espert li jkun indipendenti mill-awtorità tal-għoti tal-għajnuna fuq il-bażi tal-pjan ta’ evalwazzjoni. Kull evalwazzjoni għandha tinkludi tal-inqas rapport ta’ evalwazzjoni interim wieħed u wieħed finali. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw iż-żewġ rapporti.
7. Ir-rapport ta’ evalwazzjoni finali għandu jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn 9 xhur qabel l-iskadenza tal-iskema eżentata. Dak il-perjodu jista’ jitnaqqas għal skemi li jiskattaw ir-rekwiżit ta’ evalwazzjoni fl-aħħar sentejn tal-implimentazzjoni tagħhom. L-ambitu preċiż għal kull evalwazzjoni u l-arranġamenti għalihom għandhom jiġu stabbiliti fid-deċiżjoni li tapprova l-pjan ta’ evalwazzjoni. In-notifika ta’ kwalunkwe miżura ta’ għajnuna sussegwenti b’objettiv simili għandha tiddeskrivi b’liema mod tqiesu r-riżultati tal-evalwazzjoni.
Artikolu 21
Monitoraġġ
1. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ timmonitorja l-għajnuna eżentata min-notifika skont dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom iżommu rekords dettaljati bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni ta’ sostenn meħtieġa biex jiddeterminaw li l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti f’dan ir-Regolament huma ssodisfati. Tali rekords għandhom jinżammu għal 10 snin mid-data meta tkun ingħatat l-għajnuna ad hoc jew meta tkun ingħatat l-aħħar għajnuna individwali taħt l-iskema.
2. Fil-każ ta’ skemi li bihom għajnuna fiskali tingħata b’mod awtomatiku, bħal dawk ibbażati fuq dikjarazzjonijiet tat-taxxa tal-benefiċjarji, u meta ma jkun hemm l-ebda verifika ex ante li l-kundizzjonijiet kollha ta’ kompatibbiltà jiġu ssodisfati għal kull benefiċjarju, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw regolarment, tal-anqas ex post u fuq bażi ta’ kampjun, li l-kundizzjonijiet kollha ta’ kompatibbiltà jiġu ssodisfati, u jisiltu l-konklużjonijiet neċessarji. L-Istati Membri għandhom iżommu rekords dettaljati tal-verifiki għal mill-inqas 10 snin mid-data tal-kontrolli.
3. Il-Kummissjoni tista’ titlob mingħand kull Stat Membru l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni ta’ sostenn kollha li l-Kummissjoni tqis neċessarji biex timmonitorja l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inkluża l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2. L-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni mitluba u d-dokumenti ta’ sostenn fi żmien 20 jum ta’ xogħol minn meta jirċievi t-talba jew f’limitu ta’ żmien itwal minn dak f’konformità mat-talba.
KAPITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 22
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
1. Dan ir-Regolament japplika għal għajnuna individwali mogħtija qabel id-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet rispettivi ta’ dan ir-Regolament, meta l-għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti f’dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 9.
2. Kwalunkwe għajnuna mhux eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat skont dan ir-Regolament għandha tiġi vvalutata mill-Kummissjoni f’konformità mal-oqfsa, il-linji gwida, il-komunikazzjonijiet u l-avviżi rilevanti.
3. Fi tmiem il-perjodu ta’ validità ta’ dan ir-Regolament, kwalunkwe skema ta’ għajnuna eżentata skont dan ir-Regolament għandha tibqa’ eżentata matul perjodu ta’ aġġustament ta’ 6 xhur.
Artikolu 23
1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fi XXX.
2. Għandu japplika sa XXX.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
ANNESS I
Definizzjoni ta’ SME
Artikolu 1
Intrapriża
Intrapriża hija meqjusa bħala kwalunkwe entità involuta f’attività ekonomika, irrispettivament mill-forma ġuridika tagħha. Din tinkludi, b’mod partikolari, persuni li jaħdmu għal rashom u negozji tal-familja involuti fi snajja’ jew attivitajiet oħrajn, u sħubijiet jew assoċjazzjonijiet involuti regolarment f’attività ekonomika.
Artikolu 2
L-għadd ta’ persunal u l-limiti finanzjarji li jiddeterminaw il-kategoriji tal-intrapriżi
1. Il-kategorija ta’ mikrointrapriżi u intrapriżi żgħar u medji (“SMEs”) hija magħmula minn intrapriżi li jimpjegaw inqas minn 250 persuna u li għandhom fatturat annwali ta’ mhux aktar minn EUR 50 miljun u/jew total annwali tal-karta tal-bilanċ ta’ mhux aktar minn EUR 43 miljun.
2. Fil-kategorija tal-SMEs, intrapriża żgħira hija definita bħala intrapriża li timpjega inqas minn 50 persuna u li għandha fatturat annwali u/jew total annwali tal-karta tal-bilanċ ta’ mhux aktar minn EUR 10 miljun.
3. Fil-kategorija tal-SMEs, mikrointrapriża hija definita bħala intrapriża li timpjega inqas minn 10 persuni u li għandha fatturat annwali u/jew total annwali tal-karta tal-bilanċ ta’ mhux aktar minn EUR 2 miljun.
Artikolu 3
Tipi ta’ intrapriżi meqjusin fil-kalkolu tal-għadd ta’ impjegati u tal-ammonti finanzjarji
1. “Intrapriża awtonoma” hija kwalunkwe intrapriża li ma hijiex ikklassifikata bħala intrapriża sieħba skont it-tifsira tal-paragrafu 2 jew bħala intrapriża assoċjata skont it-tifsira tal-paragrafu 3.
2. “Intrapriżi sħab” huma l-intrapriżi kollha li ma humiex ikklassifikati bħala intrapriżi assoċjati skont it-tifsira tal-paragrafu 3 u li bejniethom hemm ir-relazzjoni li ġejja: intrapriża (intrapriża upstream) ikollha, waħedha jew flimkien ma’ intrapriża assoċjata waħda oħra jew aktar, skont it-tifsira tal-paragrafu 3, 25 % jew aktar mill-kapital jew mid-drittijiet tal-vot ta’ intrapriża oħra (intrapriża downstream).
Madankollu, intrapriża tista’ tiġi kklassifikata bħala awtonoma u, b’hekk, ma għandha l-ebda intrapriża sieħba, anke jekk il-limitu ta’ 25 % jintlaħaq jew jinqabeż mill-investituri segwenti, sakemm dawk l-investituri ma jkunux assoċjati, skont it-tifsira tal-paragrafu 3, individwalment jew flimkien mal-intrapriża inkwistjoni:
|
a) |
il-korporazzjonijiet ta’ investiment pubbliku, il-kumpaniji b’kapital ta’ riskju, l-individwi jew il-gruppi ta’ individwi b’attività regolari ta’ investiment f’kapital ta’ riskju li jinvestu l-kapital ta’ ekwità f’negozji mhux ikkwotati (investituri informali), sakemm l-investiment totali ta’ dawk l-investituri informali fl-istess intrapriża jkun ta’ inqas minn EUR 1 250 000; |
|
b) |
universitajiet jew ċentri ta’ riċerka mingħajr skop ta’ qligħ; |
|
c) |
investituri istituzzjonali, inklużi l-fondi għall-iżvilupp reġjonali; |
|
d) |
awtoritajiet lokali awtonomi b’baġit annwali ta’ inqas minn EUR 10 miljun u ta’ inqas minn 5 000 abitant. |
3. “Intrapriżi assoċjati” huma intrapriżi li għandhom xi waħda mir-relazzjonijiet li ġejjin bejniethom:
|
a) |
intrapriża jkollha l-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot tal-azzjonisti jew tal-membri f’intrapriża oħra; |
|
b) |
intrapriża jkollha d-dritt li taħtar jew tneħħi maġġoranza mill-membri tal-korp amministrattiv, ta’ ġestjoni jew ta’ sorveljanza ta’ intrapriża oħra; |
|
c) |
intrapriża jkollha d-dritt li teżerċita influwenza dominanti fuq intrapriża oħra skont kuntratt li tkun ikkonkludiet ma’ dik l-intrapriża jew skont dispożizzjoni fil-memorandum jew statut ta’ assoċjazzjoni tagħha; |
|
d) |
intrapriża li tkun azzjonista f’intrapriża oħra jew membru tagħha, tikkontrolla weħidha, skont ftehim ma’ azzjonisti oħrajn f’dik l-intrapriża jew membri tagħha, maġġoranza tad-drittijiet tal-voti tal-azzjonisti jew tal-membri f’dik l-intrapriża. |
Hemm preżunzjoni li ma teżisti l-ebda influwenza dominanti jekk l-investituri elenkati fit-tieni subparagrafu tal-punt 2 ma jinvolvux ruħhom direttament jew indirettament fil-ġestjoni tal-intrapriża inkwistjoni, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tagħhom bħala azzjonisti.
Intrapriżi li għandhom xi waħda mir-relazzjonijiet deskritti fl-ewwel subparagrafu permezz ta’ intrapriża waħda jew aktar, jew kwalunkwe wieħed mill-investituri msemmija fil-paragrafu 2, huma meqjusa wkoll bħala assoċjati.
L-intrapriżi li għandhom xi waħda minn dawn ir-relazzjonijiet jew aktar permezz ta’ persuna fiżika jew ta’ grupp ta’ persuni fiżiċi li jaġixxu flimkien ukoll huma meqjusa bħala intrapriżi assoċjati jekk iwettqu l-attività tagħhom jew parti mill-attività tagħhom fl-istess suq rilevanti jew fi swieq qrib.
“Suq qrib” huwa meqjus bħala s-suq għal prodott jew servizz li jinsab direttament upstream jew downstream mis-suq rilevanti.
4. Ħlief fil-każijiet stabbiliti fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu, intrapriża ma tistax titqies bħala SME jekk 25 % jew aktar mill-kapital jew mid-drittijiet tal-vot tagħha jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati, flimkien jew individwalment, minn korp pubbliku wieħed jew aktar.
5. L-intrapriżi jistgħu jiddikjaraw l-istatus tagħhom bħala intrapriża awtonoma, intrapriża sieħba jew intrapriża assoċjata, inkluża d-data rigward il-limiti stabbiliti fl-Artikolu 2. Id-dikjarazzjoni tista’ ssir anke jekk il-kapital ikun mifrux b’tali mod li ma jkunx possibbli li jiġi ddeterminat eżattament f’idejn min jinsab, f’liema każ l-intrapriża tista’ tiddikjara in bona fide li hija tista’ leġittimament tippreżumi li ma hijiex il-proprjetà b’25 % jew aktar ta’ intrapriża waħda, jew b’mod konġunt minn intrapriżi assoċjati ma’ xulxin. Tali dikjarazzjonijiet isiru mingħajr preġudizzju għall-kontrolli u l-investigazzjonijiet previsti mir-regoli nazzjonali jew tal-Unjoni.
Artikolu 4
Id-data użata għall-għadd ta’ persunal u l-ammonti finanzjarji u l-perjodu ta’ referenza
1. Id-data li għandha tiġi applikata għall-kalkolu tal-għadd ta’ persunal u tal-ammonti finanzjarji hija dik li tirrigwarda l-aħħar perjodu kontabilistiku approvat u din tiġi kkalkolata fuq bażi annwali. Din tiġi kkunsidrata mid-data tal-għeluq tal-kontijiet. L-ammont magħżul għall-fatturat jiġi kkalkolat billi jiġu esklużi t-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) u taxxi indiretti oħrajn.
2. Meta, fid-data tal-għeluq tal-kontijiet, intrapriża ssib li, fuq bażi annwali, hija tkun qabżet il-limiti tal-għadd ta’ persunal jew tal-limiti finanzjarji ddikjarati fl-Artikolu 2, jew tkun niżlet taħthom, dan ma jirriżultax fit-telf jew fl-akkwiżizzjoni tal-istatus ta’ mikrointrapriża jew ta’ intrapriża ta’ daqs medju jew żgħir, sakemm dawk il-limiti ma jinqabżux fuq żewġ perjodi kontabilistiċi konsekuttivi.
3. Fil-każ ta’ intrapriżi li jkunu għadhom kif ġew stabbiliti u li l-kontijiet tagħhom ikunu għadhom ma ġewx approvati, id-data li għandha tiġi applikata għandha tinkiseb minn stima magħmula in bona fide matul is-sena finanzjarja.
Artikolu 5
L-għadd tal-persunal
1. L-għadd ta’ persunal jikkorrispondi għall-għadd ta’ unitajiet ta’ xogħol annwali (AWU), jiġifieri l-għadd ta’ persuni li ħadmu full-time fl-intrapriża inkwistjoni jew f’isimha matul is-sena ta’ referenza sħiħa li tkun qed tiġi kkunsidrata. Ix-xogħol tal-persuni li ma jkunux ħadmu s-sena kollha, ix-xogħol ta’ dawk li jkunu ħadmu part-time, irrispettivament minn kemm ħadmu, u x-xogħol tal-ħaddiema staġunali jingħaddu bħala frazzjonijiet tal-AWU. Il-persunal jikkonsisti f’dawn li ġejjin:
|
a) |
impjegati; |
|
b) |
il-persuni li jaħdmu għall-intrapriża li jaqgħu taħtha u li jitqiesu bħala impjegati tagħha skont il-liġi nazzjonali; |
|
c) |
sidien li huma wkoll maniġers; |
|
d) |
is-sħab li jwettqu attività regolari fl-intrapriża u li jibbenefikaw minn vantaġġi finanzjarji mill-intrapriża. |
2. L-apprendisti jew l-istudenti li jkunu qed jagħmlu taħriġ vokazzjonali skont kuntratt ta’ apprendistat jew ta’ taħriġ vokazzjonali ma humiex inklużi bħala parti mill-persunal. It-tul ta’ żmien tal-liv tal-maternità jew tal-ġenituri ma jingħaddx.
Artikolu 6
Kif tiġi stabbilita d-data ta’ intrapriża
1. Fil-każ ta’ intrapriża awtonoma, id-data, inkluż l-għadd ta’ persunal, tiġi ddeterminata esklussivament abbażi tal-kontijiet ta’ dik l-intrapriża.
2. Id-data, inkluż l-għadd ta’ persunal, ta’ intrapriża li għandha intrapriżi sħab jew intrapriżi assoċjati, tiġi ddeterminata abbażi tal-kontijiet u ta’ data oħra tal-intrapriża jew, fejn ikunu jeżistu, abbażi tal-kontijiet konsolidati tal-intrapriża, jew tal-kontijiet konsolidati li fihom l-intrapriża tkun inkluża permezz ta’ konsolidazzjoni.
Mad-data msemmija fl-ewwel subparagrafu tiżdied id-data ta’ kwalunkwe intrapriża sieħba mal-intrapriża inkwistjoni li tkun tinsab immedjatament upstream jew downstream minnha. L-aggregazzjoni ssir b’mod proporzjonat mal-persentaġġ tal-parteċipazzjoni fil-kapital jew fid-drittijiet tal-vot (skont liema minnhom ikun l-akbar). Fil-każ ta’ parteċipazzjonijiet inkroċjati, għandu japplika l-akbar persentaġġ minn fost dawn it-tnejn.
Mad-data msemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafu tiżdied 100 % id-data ta’ kwalunkwe intrapriża li tkun assoċjata direttament jew indirettament mal-intrapriża inkwistjoni, meta d-data ma tkunx ġiet inkluża diġà permezz ta’ konsolidazzjoni fil-kontijiet.
3. Għall-applikazzjoni tal-paragrafu 2, id-data tal-intrapriżi sieħba tal-intrapriża inkwistjoni tittieħed mill-kontijiet tagħhom u mid-data l-oħra tagħhom, ikkonsolidata jekk din tkun teżisti. Ma’ din id-data tiżdied 100 % id-data tal-intrapriżi li jkunu assoċjati ma’ dawn l-intrapriżi sieħba, sakemm id-data tal-kontijiet tagħhom ma tkunx ġiet inkluża diġà permezz ta’ konsolidazzjoni.
Għall-applikazzjoni tal-istess paragrafu 2, id-data tal-intrapriżi li jkunu assoċjati mal-intrapriża kkonċernata għandha tittieħed mill-kontijiet u mid-data l-oħra tagħhom, ikkonsolidata jekk din tkun teżisti. Ma’ din id-data tiżdied, pro rata, id-data ta’ kwalunkwe intrapriża sieħba possibbli ta’ dik l-intrapriża assoċjata, li tkun tinsab immedjatament upstream jew downstream minnha, sakemm ma tkunx ġiet inkluża diġà fil-kontijiet konsolidati b’perċentwal li jkun mill-inqas proporzjonat għall-perċentwal identifikat taħt it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2.
4. Meta fil-kontijiet konsolidati ma tkun tidher l-ebda data dwar il-persunal għal intrapriża partikolari, iċ-ċifri tal-persunal jiġu kkalkolati billi tiġi aggregata b’mod proporzjonat id-data mill-intrapriżi sħab tagħha u billi tiżdied id-data mill-intrapriżi li magħhom l-intrapriża inkwistjoni tkun assoċjata.
ANNESS II
Miżuri koperti mit-TBER u miżuri li għandhom jiġu nnotifikati skont il-Linji Gwida dwar it-Trasport fuq l-Art u Multimodali (“Linji Gwida LMT”)
|
Objettiv Primarju |
TBER |
Linji Gwida LMT |
|||
|
|
Miżura |
Intensità permessa |
Miżura |
Intensità permessa |
|
|
Għajnuna operatorja biex jitnaqqsu l-kostijiet esterni tat-trasport |
Skemi ta’ għajnuna |
50 % tal-kostijiet eliġibbli [60] % tal-kostijiet eliġibbli għall-għajnuna mogħtija għall-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat |
Għajnuna ad hoc Skemi ta’ għajnuna b’intensitajiet ogħla minn dawk awtorizzati skont it-TBER Skemi ta’ għajnuna li ma jużawx il-Manwal tal-Kummissjoni |
75 % tal-kostijiet eliġibbli |
|
|
Għajnuna operatorja għat-tnedija ta’ konnessjonijiet kummerċjali ġodda |
Skemi ta’ għajnuna Ammont ta’ għajnuna individwali mogħti taħt skema għal kull proġett < EUR 15-il miljun |
80 % tal-kostijiet eliġibbli għall-ewwel sena ta’ operazzjoni, 70 % għat-tieni sena, 60 % għat-tielet sena, 50 % għar-raba’ sena, u 40 % għall-ħames sena |
Għajnuna ad hoc Ammont ta’ għajnuna individwali mogħti taħt skema għal kull proġett ≥ EUR 15-il miljun |
80 % tal-kostijiet eliġibbli għall-ewwel sena ta’ operazzjoni, 70 % għat-tieni sena, 60 % għat-tielet sena, 50 % għar-raba’ sena, u 40 % għall-ħames sena |
|
|
Għajnuna għall-investiment għall-kostruzzjoni, il-modernizzazzjoni u r-rinnovazzjoni ta’ faċilitajiet tat-trasport bil-ferrovija jew bil-passaġġi fuq l-ilma interni unimodali jew multimodali |
Skemi ta’ għajnuna Ammont ta’ għajnuna individwali mogħti taħt skema għal kull proġett < EUR 20 miljun Għajnuna ad hoc għal terminali multimodali sostenibbli tal-merkanzija < EUR 10 miljun |
50 % tal-kostijiet eliġibbli jekk l-għajnuna tkun < EUR 3 miljun għal kull proġett 50 % tal-kostijiet eliġibbli iżda fil-limitu tad-differenza bejn il-kostijiet eliġibbli u l-profitt operatorju tal-investiment tul il-ħajja tiegħu u l-valur terminali tiegħu jekk l-għajnuna tkun ≥ EUR 3 miljun għal kull proġett |
Għajnuna ad hoc Għajnuna ad hoc għal terminali multimodali sostenibbli tal-merkanzija ≥ EUR 10 miljun Ammont ta’ għajnuna individwali mogħti taħt skema għal kull proġett ≥ EUR 20 miljun Skemi ta’ għajnuna b’intensitajiet ogħla minn dawk awtorizzati skont it-TBER |
Diskrepanza fil-finanzjament limitata għal 100 % tal-kostijiet eliġibbli L-ebda limitu jekk għajnuna ad hoc tingħata permezz ta’ proċess kompetittiv ta’ offerti |
|
|
Għajnuna għall-investiment għall-kostruzzjoni, il-modernizzazzjoni u r-rinnovazzjoni ta’ sidings privati |
Skemi ta’ għajnuna Ammont ta’ għajnuna individwali mogħti taħt skema għal kull proġett < EUR 2 miljun |
50 % tal-kostijiet eliġibbli jekk l-għajnuna tkun < EUR 500 000 għal kull proġett 50 % tal-kostijiet eliġibbli iżda fil-limitu tad-differenza bejn il-kostijiet eliġibbli u l-qligħ operatorju tal-investiment tul il-ħajja tiegħu u l-valur terminali tiegħu jekk l-għajnuna tkun ≥ EUR 500 000 għal kull proġett |
Għajnuna ad hoc Ammont ta’ għajnuna individwali mogħti taħt skema għal kull proġett ≥ EUR 2 miljun Skemi ta’ għajnuna b’intensitajiet ogħla minn dawk awtorizzati skont it-TBER |
Diskrepanza fil-finanzjament limitata għal 100 % tal-kostijiet eliġibbli |
|
|
Għajnuna għall-investiment għall-akkwist ta’ vetturi għat-trasport bil-ferrovija jew bil-passaġġi fuq l-ilma interni |
Skemi ta’ għajnuna |
Ammont nominali tas-self sottostanti ≤ il-kostijiet eliġibbli. Kopertura tal-garanzija ≤ 80 % tas-self sottostanti |
Għajnuna ad hoc Skemi ta’ għajnuna b’intensitajiet ogħla minn dawk awtorizzati skont it-TBER |
Ammont nominali tas-self sottostanti ≤ il-kostijiet eliġibbli. Kopertura tal-garanzija ≤ 90 % tas-self sottostanti |
|
|
Għajnuna għall-investiment għall-akkwist ta’ ILUs u krejnijiet abbord bastimenti |
Skemi ta’ għajnuna |
30 % tal-kostijiet eliġibbli (għall-ILUs) 20 % tal-kostijiet eliġibbli (għal krejnijiet abbord il-bastimenti) |
Mhux Applikabbli |
||
|
Għajnuna għall-investiment għall-interoperabbiltà |
Skemi ta’ għajnuna |
50 % tal-kostijiet eliġibbli 80 % tal-kostijiet eliġibbli (għall-ERTMS u d-DAC) |
Għajnuna ad hoc Skemi ta’ għajnuna b’intensitajiet ogħla minn dawk awtorizzati skont it-TBER jew għal investimenti mhux inklużi fil-lista koperta mit-TBER |
50 % tal-kostijiet eliġibbli 80 % tal-kostijiet eliġibbli (għall-ERTMS u d-DAC) Diskrepanza fil-finanzjament limitata għal 100 % tal-kostijiet eliġibbli |
|
|
Għajnuna għall-investiment għall-adattament tekniku u l-modernizzazzjoni ta’ vetturi u tagħmir għal trasport multimodali sostenibbli |
Skemi ta’ għajnuna |
20 % tal-kostijiet eliġibbli |
Għajnuna ad hoc Skemi ta’ għajnuna b’intensitajiet ogħla minn dawk awtorizzati skont it-TBER jew għal investimenti mhux inklużi fil-lista koperta mit-TBER |
20 % tal-kostijiet eliġibbli Diskrepanza fil-finanzjament limitata għal 100 % tal-kostijiet eliġibbli |
|
ANNESS III
INFORMAZZJONI DWAR GĦAJNUNA MILL-ISTAT EŻENTATA SKONT IL-KUNDIZZJONIJIET TA’ DAN IR-REGOLAMENT
PARTI I - li għandha tiġi pprovduta permezz tas-sistema elettronika stabbilita ta’ notifika tal-Kummissjoni kif stabbilit fl-Artikolu 19
Parti II - li għandha tiġi pprovduta permezz tas-sistema ta’ notifika elettronika stabbilita tal-Kummissjoni kif stipulat fl-Artikolu 19
Jekk jogħġbok indika taħt liema dispożizzjoni tat-TBER qed tiġi implimentata l-miżura ta’ għajnuna.
|
Objettiv Primarju |
Intensità massima tal-għajnuna f’% tal-kostijiet eliġibbli |
Baġit totali |
|
Skema ta’ għajnuna operatorja biex jitnaqqsu l-kostijiet esterni (l-Artikolu 10) |
… % |
... munita nazzjonali (għal kull skema fis-sena) |
|
Skema ta’ għajnuna operatorja għat-tnedija ta’ konnessjonijiet kummerċjali ġodda (Artikolu 11) |
… % |
... munita nazzjonali |
|
Skema ta’ għajnuna għall-investiment għall-faċilitajiet (Artikolu 12) |
… % |
... munita nazzjonali |
|
Għajnuna ad hoc għall-investiment għal terminali multimodali sostenibbli tal-merkanzija (Artikolu 12) |
… % |
... munita nazzjonali (għal kull proġett) |
|
Skema ta’ għajnuna għall-investiment għal sidings privati (Artikolu 13) |
… % |
... munita nazzjonali |
|
Skema ta’ għajnuna għall-investiment għall-akkwist ta’ vetturi għat-trasport bil-ferrovija u bil-passaġġi fuq l-ilma interni (Artikolu 14) |
… % |
... munita nazzjonali |
|
Skema ta’ għajnuna għall-investiment għall-akkwist ta’ ILUs u krejnijiet abbord bastimenti (Artikolu 15) |
… % |
... munita nazzjonali |
|
Skema ta’ għajnuna għall-investiment għall-interoperabbiltà (Artikolu 16) |
… % |
... munita nazzjonali |
|
Skema ta’ għajnuna għall-investiment għall-adattament tekniku u l-modernizzazzjoni (Artikolu 17) |
… % |
... munita nazzjonali |
ANNESS IV
Dispożizzjonijiet għall-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni kif stabbilita fl-Artikolu 9
L-Istati Membri għandhom jorganizzaw is-siti web komprensivi tagħhom dwar l-għajnuna mill-Istat, li fuqhom trid tiġi ppubblikata l-informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 7, b’tali mod li l-informazzjoni tkun tista’ tiġi aċċessata faċilment. L-informazzjoni għandha tiġi ppubblikata f’format ta’ data fi spreadsheet, li jippermetti li d-data tkun tista’ titfittex, tiġi estratta u ppubblikata faċilment fuq l-internet, pereżempju, f’format CSV jew XML. L-aċċess għas-sit web għandu jingħata lil kwalunkwe parti interessata mingħajr restrizzjonijiet. Ma għandha tkun meħtieġa l-ebda reġistrazzjoni minn qabel tal-utenti biex jiġi aċċessat is-sit web.
L-informazzjoni li ġejja dwar għotjiet individwali kif stabbilita fl-Artikolu 9(1)(c) għandha tiġi ppubblikata:
|
a) |
L-isem tal-benefiċjarju |
|
b) |
L-identifikatur tal-benefiċjarju |
|
c) |
It-tip ta’ intrapriża (SME/kbira) fiż-żmien tal-għoti |
|
d) |
Ir-reġjun li fih jinsab il-benefiċjarju, fil-livell NUTS II (33) |
|
e) |
Is-settur ta’ attività fil-livell tal-grupp NACE (34) |
|
f) |
L-element tal-għajnuna, espress bħala ammont sħiħ fil-munita nazzjonali (35) |
|
g) |
L-istrument tal-għajnuna (36) (Għotja/Sussidju tar-rata tal-imgħax, Self/Self bil-quddiem li jitħallas lura/Għotja rimborsabbli, Garanzija, Vantaġġ fiskali jew eżenzjoni mit-taxxa, Finanzjament ta’ riskju, Oħrajn (jekk jogħġbok speċifika)) |
|
h) |
Id-data tal-għotja |
|
i) |
L-objettiv tal-għajnuna |
|
j) |
L-awtorità tal-għoti |
|
k) |
Ir-referenza tal-miżura ta’ għajnuna (37). |
(1) ĠU L 338, 30.12.2022, p. 35, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2586/oj.
(2) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew” (COM(2019) 640 final).
(3) COM(2020) 789 final.
(4) COM(2012) 209, 8.5.2012.
(5) Id-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ottubru 2020 – Il-Kontroll tal-Idoneità tal-pakkett ta’ modernizzazzjoni tal-għajnuna mill-Istat tal-2012, il-linji gwida ferrovjarji u l-assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni fuq terminu qasir (SWD(2020) 257 final).
(6) ĠU C 155, 20.6.2008, p. 10.
(8) ĠU C 249, 31.7.2014, p. 1.
(9) Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Mobilità u t-Trasport, Essen, H., Fiorello, D., El Beyrouty, K. et al., Handbook on the external costs of transport – Verżjoni 2019 – 1.1, Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, 2020, https://data.europa.eu/doi/10.2832/51388.
(10) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, “ Strateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti – inqiegħdu t-trasport Ewropew fit-triq it-tajba għall-futur ”, COM(2020) 789 final, 9.12.2020
(11) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, Linji gwida Komunitarji dwar l-għajnuniet mill-Istat għall-impriżi ferrovjarji (ĠU C 184, 22.7.2008, p. 13).
(12) Id-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar id-data miftuħa u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (riformulazzjoni) (ĠU L 172, 26.6.2019, p. 56).
(13) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/1589/2015-09-24).
(14) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36, ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2003/361/oj).
(15) Ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1370/2017-12-24).
(16) Ara l-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007.
(17) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/651/2023-07-01).
(18) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/21/UE tal-20 ta’ Diċembru 2011 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta’ kumpens għas-servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 7, 11/01/2012, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/21(1)/oj).
(19) Id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (riformulazzjoni) (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 44).
(20) Id-Direttiva (UE) 2016/1629 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2016 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni, li temenda d-Direttiva 2009/100/KE u li tħassar id-Direttiva 2006/87/KE (ĠU L 252, 16.9.2016, p. 118, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2016/1629/oj).
(21) Id-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (ĠU L 343, l-14 ta’ Diċembru 2012, p. 32, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2012/34/2019-01-01) li tikkonsolida u tħassar b’effett mis-17 ta’ Ġunju 2015 id-Direttiva 91/440/KEE, kif emendata bid-Direttiva 2001/12/KE u d-Direttiva 2004/51/KE, u d-Direttiva 2007/58/KE.
(22) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – “L-Iżvilupp tat-Trasport Marittimu fuq Distanzi Qasira fl-Ewropa: Alternattiva dinamika f’katina tat-trasport sostenibbli - It-tieni rapport ta’ progress ta’ kull sentejn”, COM (1999) 317 final, 29.6.1999.
(23) L-avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ garanziji (ĠU C 155, 20.6.2008, p. 10).
(24) Ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/241/2023-03-01).
(25) Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1303/2023-03-01).
(26) Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1060/2023-03-01).
(27) Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Mobilità u t-Trasport, Essen, H., Fiorello, D., El Beyrouty, K.et al., Handbook on the external costs of transport – Verżjoni 2019 – 1.1, L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, 2020, https://data.europa.eu/doi/10.2832/51388.
(28) ĠU L 368, 17.12.1992, p. 38 [wara l-adozzjoni tal-emenda tad-Direttiva 92/106/KEE (2023/0396 (COD)) għandha tiġi ssostitwita b’“konformi mal-Artikolu 1c(2) tad-Direttiva 92/106/KEE”]
(29) L-intrapriżi relatati inkwistjoni jitħallew jipparteċipaw fil-proċedura.
(30) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1695 tal-10 ta’ Awwissu 2023 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistemi tal-kontroll-kmand u sinjalazzjoni tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni Ewropea u li jħassar ir-Regolament (UE) 2016/919 (ĠU L 222, 8.9.2023, p. 380).
(31) Id-DAC huwa komponent interoperabbli biex awtomatikament jiġi akkoppjat u diżakkoppjat il-materjal fuq ir-roti f’ferrovija tal-merkanzija kemm fiżikament (eż. konnessjoni mekkanika u linja tal-arja għall-ibbrejkjar) kif ukoll b’mod diġitali (eż. potenza elettrika u konnessjoni tad-data). Id-DAC huwa faċilitatur għall-ħolqien ta’ trasport ferrovjarju tal-merkanzija Ewropew modern u diġitali. Dan mhux biss se jżid l-effiċjenza bis-saħħa tal-proċessi ta’ awtomatizzazzjoni, iżda se jiżgura wkoll provvista tal-enerġija suffiċjenti għall-applikazzjonijiet telematiċi, kif ukoll komunikazzjoni sikura tad-data fil-ferrovija kollha. [Għandha tiddaħħal referenza għal-leġiżlazzjoni sekondarja rilevanti tal-UE ladarba tiġi adottata]
(32) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/794/2016-12-22).
(33) NUTS – Klassifikazzjoni Komuni ta’ Unitajiet Territorjali għall-Istatistika. Tipikament, ir-reġjun ikun speċifikat fil-livell 2.
(34) Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).
(35) Għall-għajnuna operatorja, l-ammont annwali ta’ għajnuna għal kull benefiċjarju. Għall-għajnuna għall-investiment, l-ammont tal-investiment. Għal miżuri skont l-Artikolu 12, l-ekwivalenti ta’ għotja gross.
(36) Jekk l-għajnuna tingħata permezz ta’ diversi strumenti ta’ għajnuna, għandu jiġi pprovdut l-ammont ta’ għajnuna skont l-istrument.
(37) Kif mogħtija mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-proċedura elettronika msemmija fl-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4539/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)