European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/4484

22.7.2024

Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ġunju 2024 – Brasserie Nationale u Munhowen vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-289/24)

(C/2024/4484)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Brasserie Nationale (ex Brasseries Funck-Bricher u Bofferding) (Bascharage, il-Lussemburgu), Munhowen SA (Ehlerange, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: J.-L. Schiltz u G. Parleani, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara ammissibbli dan ir-rikors dirett imressaq kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-14 ta’ Marzu 2024 fil-kawża Munhowen-Brasserie Nationale vs Boissons Heintz, Nru C (2024) 1788 final,

tannulla fl-intier tagħha d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-14 ta’ Marzu 2024, fil-kawża Munhowen-Brasserie Nationale vs Boissons Heintz, Nru C (2024) 1788 finali, bil-konsegwenzi legali kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tmien motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tas-sistema tal-lingwi li tivvizzja l-proċedura ab initio.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ konformità mal-ewwel terminu previst fl-Artikolu 22 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru°139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 22(2), tar-Regolament Nru°139/2004 minħabba l-għoti tardiv ta’ informazzjoni lill-impriżi kkonċernati.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tat-termini proċedurali tal-Artikolu 22 tar-Regolament Nru°139/2004 minħabba komunikazzjoni tardiva tad-deċiżjoni– ukoll lill-impriżi kkonċernati.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ drittijiet tad-difiża, ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet, tal-lealtà tal-proċedura u tal-aspettativi leġittimi.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq l-assenza ta’ analiżi plawżibbli tal-effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq l-assenza ta’ analiżi plawżibbli ta’ theddida ta’ distorsjoni sinjifikattiva tal-kompetizzjoni. Fit-territorju tal-Lussemburgu.

8.

It-tmien motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kienet żbaljata meta aċċettat ir-rinviju minħabba n-nuqqas ta’ sistema ta’ kontroll tal-konċentrazzjonijiet fil-livell nazzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4484/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)