Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
C/2024/4468 |
22.7.2024 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ġunju 2024 – VEB.RF vs Il-Kunsill
(Kawża T-288/22) (1)
(Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tal-azzjonijiet li jikkompromettu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina - Iffriżar ta’ fondi - Lista tal-persuni, tal-entitajiet u tal-organi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Inklużjoni u żamma tal-isem tar-rikorrent fil-lista - Esklużjoni tas-servizzi SWIFT - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 2(1)(b) u (d) tad-Deċiżjoni 2014/145/PESK - Artikolu1e tad-Deċiżjoni 2014/512/PESK - Żball ta’ evalwazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament - Proporzjonalità - Dritt għall-proprjetà - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Użu ħażin ta’ poter)
(C/2024/4468)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: State Development Corporation “VEB.RF” (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: J. Iriarte Ángel, L. Rodríguez Jiménez, F. Rodríguez González u L. García López, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Saez Moreno, P. Mahnič u H. Marcos Fraile, aġenti)
Intervenjent insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Carpus Carcea u G. Luengo, aġenti)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament,fl-ewwel lok, l-ewwel nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/265 tat-23 ta’ Frar 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 42 I, p. 98, rettifika fil-ĠU 2022, L 55, p. 81), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/260 tat-23 ta’ Frar 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 42 I, p. 3), it-tieni nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1530 tal-14 ta’ Settembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 239, p. 149), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1529 tal-14 ta’ Settembru 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 239, p. 1), it-tielet nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/572 tat-13 ta’ Marzu 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2023, L 75 I, p. 134) u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/571 tat-13 ta’ Marzu 2023 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2023, L 75 I, p. 1), u, ir-raba’ nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2023/1767 tat-13 ta’ Settembru 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2023, L 226, p. 104), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1765 tat-13 ta’ Settembru 2023 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2023, L 226, p. 3) sa fejn dawn l-atti jikkonċernawha.
Fit-tieni lok, ir-rikorrenti titlob, essenzjalment, l-annullament, l-ewwel nett, tal-Artikolu 1e tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU 2014, L 229, p. 13, rettifika fil-ĠU 2014, L 263, p. 35), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/346 tal-1 ta’ Marzu 2022 (ĠU 2022, L 63, p. 5), moqri flimkien mal-Anness VIII tal-imsemmija deċiżjoni, kif ukoll tal-Artikolu 5h tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU 2013, L 229, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2014, L 246, p. 59 u fil-ĠU 2022, L 114, p. 214), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/345 tal-1 ta’ Marzu 2022 (ĠU 2022, L 63, p. 1), moqri flimkien mal-Anness XIV ta’ dan ir-regolament, it-tieni nett, tal-Artikolu 1e tad-Deċiżjoni 2014/512, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1313 tas-26 ta’ Lulju 2022 (ĠU 2022, L 198, p. 17, rettifika fil-ĠU 2022, L 204, p. 16), moqri flimkien mal-Anness VIII ta’ din id-deċiżjoni, kif ukoll tal-Artikolu 5h tar-Regolament Nru 833/2014, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/1269 tal-21 ta’ Lulju 2022 (ĠU 2022, L 193, p. 1), moqri flimkien mal-Anness XIV ta’ dan ir-regolament, it-tielet nett, tal-Artikolu 1e tad-Deċiżjoni 2014/512, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/191 tas-27 ta’ Jannar 2023 (ĠU 2023, L 26, p. 44), moqri flimkien mal-Anness VIII ta’ din id-deċiżjoni, kif ukoll tal-Artikolu 5h tar-Regolament Nru 833/2014, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2474 tas-16 ta’ Diċembru 2022 (ĠU 2022, L 322, p. 1, rettifika fil-ĠU 2023, L 48, p. 103), moqri flimkien mal-Anness XIV ta’ dan ir-regolament, u, ir-raba’ nett, tal-Artikolu 1e tad-Deċiżjoni 2014/512, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1517 tal-20 ta’ Lulju 2023 (ĠU 2023, L 184, p. 40), moqri flimkien mal-Anness VIII ta’ din id-deċiżjoni, kif ukoll tal-Artikolu 5h tar-Regolament Nru 833/2014, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/1214, tat-23 ta’ Ġunju 2023 (ĠU 2023, L 159, p. 1), moqri flimkien mal-Anness XIV ta’ dan ir-regolament u, fir-rigward tal-atti kollha li jikkonċernawha.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
State Development Corporation “VEB.RF” hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, l-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
3) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4468/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)