European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/4461

22.7.2024

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ġunju 2024 – Deutsche Bank et vs BĊE

(Kawża T-182/22)  (1)

(Politika ekonomika u monetarja - Superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu - Kompiti speċifiċi ta’ superviżjoni fdati lil BĊE - Stabbiliment ta’ rekwiżiti prudenzjali - Impenji ta’ pagamenti irrevokabbli - Rikors għal annullament - Assenza ta’ interess ġuridiku - Inammissibbiltà parzjali - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Proporzjonalità)

(C/2024/4461)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Bank AG (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) BHW Bausparkasse AG (Hamelin, il-Ġermanja), norisbank GmbH (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Berger u M. Weber, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: K. Lackhoff, M. Prokop u F. Bonnard, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, minn naħa, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ECB-SSM-2022-DEDEB-6 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), tat-2 ta’ Frar 2022, li tistabbilixxi rekwiżiti prudenzjali, inklużi l-Annessi I u II tagħha, f’dak li jikkonċerna r-rekwiżiti li ġew imposti fuqhom u, min-naħa l-oħra, Deutsche Bank u BHW Bausparkasse jitolbu l-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ECB-SSM-2022-DEDEB-44 tal-BĊE, tal-21 ta’ Diċembru 2022, li tistabbilixxi rekwiżiti prudenzjali, inklużi l-Annessi I u II tagħha, f’dak li jikkonċerna r-rekwiżiti li ġew imposti fuqhom.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors ippreżentat minn Deutsche Bank AG u intiż għall-annullament ta’ miżuri imposti fuq bażi individwali skont il-punt 1.3 tad-Deċiżjoni ECB-SSM-2022-DEDEB-6 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), tat- 2 ta’ Frar 2022, huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ir-rikors ippreżentat minn norisbank GmbH u intiż għall-annullament ta’ miżuri imposti fuq bażi individwali skont il-punt 1.3 tad-Deċiżjoni ECB-SSM-2022-DEDEB-6 tal-BĊE, tat- 2 ta’ Frar 2022, huwa miċħud bħala inammissibbli.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud bħala infondat.

4)

Deutsche Bank, BHW Bausparkasse AG u norisbank huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)   ĠU C 244, 27.6.2022.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4461/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)