|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/4343 |
15.7.2024 |
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ġunju 2024 – Skechers USA vs EUIPO (JUST SLIP IN)
(Kawża T-295/24)
(C/2024/4343)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Skechers USA, Inc. II (Manhattan Beach, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: J. Bogatz, Y. Stone u J. Feigl, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea JUST SLIP IN – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 837 440
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ April 2024 fil-Każ R 67/2024-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
|
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
|
— |
Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni skont l-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
|
— |
Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza kif stabbilit fl-Artikolu 20 flimkien mal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”); |
|
— |
Ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba kif stabbilit fl-Artikolu 41(1) tal-Karta. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4343/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)