|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/4341 |
15.7.2024 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ġunju 2024 – Beauty Brands Concept vs EUIPO – dm-drogerie markt (EVELINE PROFESSIONAL)
(Kawża T-292/24)
(C/2024/4341)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Beauty Brands Concept sp. z o. o. (Lesznowola, il-Polonja) (rappreżentanti: S. Gogulski u M. Stępkowski, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: dm-drogerie markt GmbH & Co. KG (Karlsruhe, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva EVELINE PROFESSIONAL – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 981 948
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Marzu 2024 fil-Każ R 1086/2020-5
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż tagħhom u għal dawk tar-rikorrent, inklużi dawk stabbiliti fil-proċedimenti quddiem l-EUIPO |
Motivi invokati
|
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill moqri flimkien mal-Artikolu 41(2)(ċ) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4341/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)