European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/4331

15.7.2024

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ġunju 2024 – Hofstede Insights vs EUIPO – Geert Hofstede (HOFSTEDE INSIGHTS)

(Kawża T-429/23)  (1)

(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea hofstede insights - Trade mark verbali preċedenti nazzjonali u isem kummerċjali preċedenti nazzjonali HOFSTEDE INSIGHTS - Isem kummerċjali preċedenti nazzjonali u isem soċjali preċedenti nazzjonali Hofstede Insights - Isem kummerċjali preċedenti nazzjonali u isem soċjali preċedenti nazzjonali Hofstede Insights Group - Isem tad-dominju ‘hofstede-insights.com’ - Isem tad-dominju ‘hofstede-insights.net’ - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Raġunijiet superfluwi - Motiv ineffettiv)

(C/2024/4331)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Hofstede Insights Oy (Ħelsinki, il-Finlandja) (rappreżentant: A. Sevillano Orbegozo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Stoyanova-Valchanova, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Geert Hofstede BV (Velp, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: L. van der Veer, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-28 ta’ April 2023 (Każ R 2128/2022-5).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Hofstede Insights Oy hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti minn Geert Hofstede BV.

3)

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.


(1)   ĠU C 321, 11.9.2023.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4331/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)