|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/4313 |
15.7.2024 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tallinna Halduskohus (l-Estonja) fil-15 ta’ Mejju 2024 – Elisa Eesti AS vs Vabariigi Valitsuse julgeolekukomisjoni küberjulgeoleku nõukogu, Tarbijakaitse ja Tehnilise Järelevalve Amet
(Kawża C-354/24, Elisa Eesti)
(C/2024/4313)
Lingwa tal-kawża: l-Estonjan
Qorti tar-rinviju
Tallinna Halduskohus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Elisa Eesti AS
Konvenuti: Vabariigi Valitsuse julgeolekukomisjoni küberjulgeoleku nõukogu; Tarbijakaitse ja Tehnilise Järelevalve Amet
Domandi preliminari
|
1.1. |
Dispożizzjonijiet legali nazzjonali relatati (f’dan il-każ l-Artikolu 873(2), (3), (6), (7) u (8), l-Artikolu 874(1) sa (4) kif ukoll l-Artikolu 1965(1) sa (4) tal-Elektroonilise side seadus (il-Liġi dwar il-Komunikazzjoni Elettronika, iktar ’il quddiem l-“ESS”)) li, minħabba l-protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali, jobbligaw lil impriża tal-komunikazzjoni tikseb awtorizzazzjoni għall-hardware u għas-software użat fin-network tal-komunikazzjoni tagħha, jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (1)? |
|
1.2. |
Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għad-domanda preċedenti: L-Artikolu 1(3)(c) tad-Direttiva 2018/1972, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 4(2) TUE, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-introduzzjoni ta’ tali limitazzjonijiet taqa’ fil-kompetenza esklużiva tal-Istati Membri u tikkostitwixxi miżura purament nazzjonali, b’tali mod li ma hijiex suġġetta għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2018/1972? |
|
1.3. |
Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għad-domanda preċedenti: Dispożizzjonijiet legali nazzjonali relatati (f’dan il-każ l-Artikolu 873(2), (3), (6), (7) u (8), l-Artikolu 874(1) sa (4) kif ukoll l-Artikolu 1965(1) sa (4) tal-ESS), li jipprekludu lil impriża tal-komunikazzjoni milli tuża hardware u software fin-network tal-komunikazzjoni tagħha jekk ma tkunx kisbet l-awtorizzazzjoni għall-użu ta’ dan il-hardware u software mingħand l-awtorità amministrattiva, jikkostitwixxu restrizzjoni tal-libertà li jiġu pprovduti network u servizzi ta’ komunikazzjoni, fis-sens tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2018/1972? |
|
1.4. |
Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għad-domanda preċedenti: tali dispożizzjonijiet legali nazzjonali għandhom jitħallew mhux applikati meta ma jkunux ġew ikkomunikati minn qabel lill-Kummissjoni Ewropea skont l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2018/1972? |
|
1.5. |
Fil-każ li tingħata risposta għad-domanda 1.2: Huwa kompatibbli mal-Artikolu 36 TFUE u mal-prinċipju ta’ proporzjonalità l-fatt li dispożizzjonijiet legali nazzjonali, minħabba l-protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali, jobbligaw lil impriża tal-komunikazzjoni tikseb awtorizzazzjoni għall-użu ta’ hardware u ta’ software fin-network tal-komunikazzjoni tagħha, filwaqt li ma jobbligawx lill-awtorità amministrattiva, meta tevalwa l-perikolu marbuta ma’ hardware u software b’riskju għoli, (a) teżamina jekk ir-riskji marbuta mal-manifattur humiex irrappreżentati wkoll mill-hardware u mis-software speċifiku inkwistjoni, (b) tevalwa l-funzjonalità, il-lokalizzazzjoni u r-rilevanza tal-hardware u tas-software speċifiku inkwistjoni fil-kuntest tal-provvista ta’ servizz ta’ komunikazzjoni, u (c), teżamina jekk il-problemi marbuta mal-Istat fejn huwa stabbilit il-manifattur humiex riflessi wkoll fil-manifattur stess? |
|
1.6. |
F’sitwazzjoni fejn l-użu ta’ hardware jew ta’ software, li kienu diġà preżenti fin-network ta’ komunikazzjoni u li kienu jintużaw b’mod attiv qabel l-introduzzjoni tal-obbligu ta’ awtorizzazzjoni, jiġi awtorizzat biss għal perijodu iqsar mill-perijodu ta’ użu ta’ dan il-hardware jew ta’ dan is-software, u fejn il-hardware jew is-software inkwistjoni kienu akkwistati legalment, jista’ jitqies li hemm ċaħda mill-proprjetà fis-sens tat-tieni sentenza tal-Artikolu 17(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea? |
(1) ĠU 2018, L 321, p. 36, rettifiki fil-ĠU 2019, L 334, p. 164, u fil-ĠU 2020, L 419, p. 36.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4313/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)