European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/4311

15.7.2024

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Lecce (l-Italja) fis-16 ta’ April 2024 – ZT vs Ministero dell’Istruzione e del Merito

(Kawża C-268/24, Lalfi)  (1)

(C/2024/4311)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Lecce

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: ZT

Konvenut: Ministero dell’Istruzione e del Merito

Domandi preliminari

1)

Il-Klawżola 4 tal-Ftehim qafas anness mad-[Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP] (2) għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi limitazzjoni fil-ħruġ ta’ karta tal-għalliema msemmija fl-Artikolu 1(121) et seq. tal-legge n. 107 – Riforma del sistema nazionale di istruzione e formazione e delega per il riordino delle disposizioni legislative vigenti (il-Liġi Nru 107 – Ir-Riforma tas-Sistema Nazzjonali tal-Edukazzjoni u tat-Taħriġ u d-Delega għar-Riorganizzazzjoni tad-Dispożizzjonijiet Leġiżlattivi fis-Seħħ), tat-13 ta’ Lulju 2015 (GURI Nru 162, tal-15 ta’ Lulju 2015), ibbażata fuq it-tul tas-sostituzzjoni nnifisha?

2)

Fid-dawl tal-Klawżola 4 imsemmija iktar ’il fuq jistgħu jitqiesu li huma “bażi oġġettiva”, li jippermettu li tiġi eskluża diskriminazzjoni, it-tipi ta’ nuqqas ta’ persunal imsemmija fl-Artikolu 4(1), (2) jew (3) tal-Liġi 124/99 – li l-għalliem sostitut individwali jkun imsejjaħ biex “jimla”?

3)

Il-fatt li jkun għamel – matul l-istess sena skolastika – sostituzzjonijiet temporanji fi skejjel differenti fuq il-bażi ta’ diversi kuntratti ta’ sostituzzjoni temporanja differenti jista’ jitqies bħala bażi oġġettiva fis-sens tal-Klawżola 4 tal-Ftehim qafas anness mad-Direttiva 1999/70?

4)

Fi kwalunkwe każ, għandu jitqies li l-paragun bejn l-għalliema għal żmien fiss u l-għalliema permanenti għandu jsir ex ante, jew għandu jittieħed inkunsiderazzjoni t-tul attwali tal-attività ta’ sostituzzjoni mwettqa matul il-perijodu (pereżempju meta – għalkemm taħt diversi kuntratti – is-sostitut ikun ħadem għall-istess tul ta’ żmien bħal sostitut maħtur sabiex timtela pożizzjoni vakanti fil-lista tal-persunal de facto) ?


(1)  L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4311/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)