European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/4308

15.7.2024

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fis-27 ta’ Marzu 2024 – Brose Prievidza spol. vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” – Sofia

(Kawża C-234/24, Brose Prievidza)

(C/2024/4308)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven administrativen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Brose Prievidza spol.

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” –Sofia

Domanda preliminari

Id-destinatarju jista’ jinvoka, taħt id-Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE tat-12 ta’ Frar 2008 li tistabbilixxi regoli dettaljati għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, prevista fid-Direttiva 2006/112/EC, għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru ta’ rifużjoni iżda stabbiliti fi Stat Membru ieħor (1), dritt għar-rimbors tal-VAT imħallsa fir-rigward ta’ kunsinna ta’ tagħmir (għodda), f’sitwazzjoni fejn is-suġġett tal-kunsinna ma jkunx ħareġ mit-territorju tal-Istat Membru tal-fornitur u fejn ikun biss b’mod artifiċjali li l-provvista tal-għodda ġiet mifruda mill-kunsinni intra-Komunitarji ta’ oġġetti ffabbrikati permezz ta’ dan it-tagħmir u indirizzati lill-istess destinatarju?


(1)   ĠU 2008, L 44, p. 23.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4308/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)