European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/4293

15.7.2024

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Mejju 2024 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio – l-Italja) – Expedia Inc. vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni

(Kawża C-663/22, Expedia)  (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (UE) 2019/1150 - Artikoli 1, 15, 16 u 18 - Għan - Applikazzjoni - Kontroll - Eżami mill-ġdid - Miżuri adottati minn Stat Membru - Obbligu li tiġi pprovduta informazzjoni dwar is-sitwazzjoni ekonomika ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni online)

(C/2024/4293)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Expedia Inc.

Konvenut: Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni

Dispożittiv

Ir-Regolament (UE) 2019/1150 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-promozzjoni tal-korrettezza u tat-trasparenza għall-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

ma jiġġustifikax, fid-dawl tal-applikazzjoni adegwata u effettiva ta’ dan ir-regolament, l-adozzjoni minn Stat Membru ta’ miżuri li abbażi tagħhom, taħt piena ta’ sanzjonijiet, il-fornituri ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni online huma suġġetti, sabiex jipprovdu s-servizzi tagħhom f’dan l-Istat Membru, għall-obbligu li jibagħtu perjodikament lil awtorità ta’ dan tal-aħħar dokument dwar is-sitwazzjoni ekonomika tagħhom, li fih għandha tiġi ddettaljata ħafna informazzjoni dwar b’mod partikolari d-dħul li għandhom dawn il-fornituri.


(1)   ĠU C 63, 20.2.2023.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4293/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)