|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/4274 |
1.7.2024 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/385, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/1837, u bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2024/386, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/1838 dwar miżuri restrittivi kontra dawk li jappoġġaw, jiffaċilitaw jew jippermettu azzjonijiet vjolenti mill-Ħamas u l-Ġiħad Iżlamika tal-Palestina
(C/2024/4274)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni, entitajiet u korpi li jidhru fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/385 (1), kif emendat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/1837 (2), u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru. 2024/386 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/1838 (4) dwar miżuri restrittivi kontra dawk li jappoġġaw, jiffaċilitaw jew jippermettu azzjonijiet vjolenti mill-Ħamas u l-Ġiħad Iżlamika tal-Palestina.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li dawk il-persuni, entitajiet u korpi għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, gruppi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2024/385, u fir-Regolament (UE) Nru. 2024/386 dwar miżuri restrittivi kontra dawk li jappoġġaw, jiffaċilitaw jew jippermettu azzjonijiet vjolenti mill-Ħamas u l-Ġiħad Iżlamika tal-Palestina. Ir-raġunijiet li ddeterminaw id-deżinjazzjoni ta' dawk il-persuni, entitajiet u korpi jidhru fl-entrati rilevanti f'dawk l-Annessi.
Qed tinġibed l-attenzjoni ta' dawk il-persuni, entitajiet u korpi għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti web fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2024/386, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw il-fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 4 tar-Regolament).
Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej qabel it-30 ta' Awwissu 2024.
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
Segretarjat Ġenerali |
|
RELEX.1 |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
|
posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu |
L-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li tiġi kkontestata d-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L, 2024/385, 19.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/385/oj.
(2) ĠU L, 2024/1837, 28.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1837/oj.
(3) ĠU L, 2024/386, 19.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/386/oj.
(4) ĠU L, 2024/1838, 28.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1838/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4274/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)