European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/4233

24.7.2024

P9_TA(2023)0400

Regoli komuni għall-promozzjoni tat-tiswija ta’ oġġetti

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fil-21 ta’ Novembru 2023 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-promozzjoni tat-tiswija ta’ oġġetti u li temenda r-Regolament (UE) 2017/2394, id-Direttivi (UE) 2019/771 u (UE) 2020/1828 (COM(2023)0155 – C9-0117/2023 – 2023/0083(COD))  (1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(C/2024/4233)

Emenda 1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)

Id-Direttiva (UE) 2019/771 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) għandha l-għan li ttejjeb il-funzjonament tas-suq intern, filwaqt li tikseb livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur. Fil-kuntest tat-tranżizzjoni ekoloġika, din id-Direttiva ssegwi l-objettiv li ttejjeb il-funzjonament tas-suq intern, filwaqt li tippromwovi konsum aktar sostenibbli, u b’hekk tikkomplementa l-objettiv tad-Direttiva (UE) 2019/771.

(1)

Id-Direttiva (UE) 2019/771 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) għandha l-għan li ttejjeb il-funzjonament tas-suq intern, filwaqt li tikseb livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur kif ukoll aktar ċirkolarità fl-ekonomija . Fil-kuntest tat-tranżizzjoni ekoloġika, din id-Direttiva ssegwi l-objettiv li ttejjeb il-funzjonament tas-suq intern, filwaqt li tippromwovi konsum aktar sostenibbli, u b’hekk tikkomplementa l-objettiv tad-Direttiva (UE) 2019/771.

Emenda 2

Proposta għal direttiva

Premessa 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)

Sabiex jitnaqqas ir-rimi prematur ta’ oġġetti vijabbli mixtrija mill-konsumaturi u biex il-konsumaturi jiġu mħeġġa jużaw l-oġġetti tagħhom għal aktar żmien, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar it-tiswija ta’ dawn l-oġġetti . It-tiswija jenħtieġ li tirriżulta f’konsum aktar sostenibbli, peress li x’aktarx tiġġenera ammont anqas ta’ skart ikkawżat minn oġġetti mormija, inqas domanda għar-riżorsi, inkluża l-enerġija, ikkawżata mill-proċess tal-manifattura u l-bejgħ ta’ oġġetti ġodda li jissostitwixxu oġġetti difettużi, kif ukoll livelli aktar baxxi ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra. Din id-Direttiva tippromwovi konsum sostenibbli bil-ħsieb li jinkisbu benefiċċji għall-ambjent filwaqt li tipproduċi wkoll benefiċċji għall-konsumaturi billi tevita kostijiet assoċjati ma’ xiri ġdid fuq medda qasira ta’ żmien.

(3)

Sabiex jitnaqqas ir-rimi prematur ta’ oġġetti vijabbli mixtrija mill-konsumaturi u biex il-konsumaturi jiġu mħeġġa jużaw l-oġġetti tagħhom għal aktar żmien, huwa meħtieġ li jissaħħaħ id-dritt għat-tiswija tal-konsumaturi, fejn il-konsumaturi jkunu jistgħu jfittxu tiswija ta’ kwalità u bi prezz raġonevoli mill-fornitur tal-għażla tagħhom . It-tiswija jenħtieġ li tirriżulta f’konsum sostenibbli, b’rispett tal-limiti planetarji , peress li x’aktarx tiġġenera ammont anqas ta’ skart ikkawżat minn oġġetti mormija, inqas domanda għar-riżorsi, inkluża l-enerġija, ikkawżata mill-proċess tal-manifattura u l-bejgħ ta’ oġġetti ġodda li jissostitwixxu oġġetti difettużi, kif ukoll livelli aktar baxxi ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra. Din id-Direttiva tippromwovi konsum sostenibbli bil-ħsieb li jinkisbu benefiċċji għall-ambjent , billi tippromwovi ċiklu tal-ħajja ta’ prodotti li jinkludu l-użu mill-ġdid, it-tiswija u r-rinnovazzjoni, filwaqt li tipproduċi wkoll benefiċċji għall-konsumaturi billi tevita kostijiet assoċjati ma’ xiri ġdid fuq medda qasira ta’ żmien.

Emenda 3

Proposta għal direttiva

Premessa 4a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)

L-imġiba tal-konsumatur tikkonsisti f’varjetà wiesgħa ta’ aspetti. Meta wieħed jiġi biex jagħżel bejn it-tiswija u x-xiri ta’ prodott ġdid, il-kriterji tad-deċiżjoni, bħall-konvenjenza ekonomika, id-durabbiltà, id-disponibbiltà u l-prossimità ta’ servizz ta’ tiswija, u l-ħin meħtieġ għat-tiswija għandhom rwol importanti. Diversi ostakli jistgħu wkoll jipprevjenu lill-konsumaturi milli jagħżlu t-tiswija, bħan-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ informazzjoni dwar il-possibbiltà ta’ tiswija ta’ prodott meta jixtru oġġett, in-nuqqas ta’ aċċess għall-partijiet ta’ rikambju, in-nuqqas ta’ informazzjoni dwar is-servizzi ta’ tiswija, u l-kostijiet tat-tiswija. Minbarra d-dispożizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva, il-miżuri ta’ sensibilizzazzjoni għall-promozzjoni ta’ kultura ta’ tiswija, it-titjib tal-għarfien tal-konsumaturi dwar il-manutenzjoni u l-attenzjoni xierqa tal-prodotti u l-għarfien tad-drittijiet eżistenti tagħhom inkluż f’termini ta’ garanzija legali, kif ukoll inċentivi finanzjarji għall-konsumaturi, il-produtturi u s-sewwejja jenħtieġ li jiġu promossi u mrawma b’mod ekwivalenti.

Emenda 4

Proposta għal direttiva

Premessa 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)

Ir-rekwiżiti ta’ tiswija jenħtieġ li jinkludu r-rekwiżiti kollha skont l-atti legali tal-Unjoni li jiżguraw li l-oġġetti jkunu jistgħu jissewwew, inklużi, iżda mhux limitati, għar-rekwiżiti skont il-qafas tal-ekodisinn imsemmi fir-Regolament [dwar l-Ekodisinn għal Prodotti Sostenibbli], biex ikopru firxa wiesgħa ta’ prodotti kif ukoll żviluppi futuri fi kwalunkwe qasam ieħor tad-dritt tal-Unjoni .

(6)

Ir-rekwiżiti tat-tiswija jenħtieġ li jinkludu r-rekwiżiti kollha skont l-atti legali tal-Unjoni li jiżguraw li l-oġġetti jkunu jistgħu jissewwew, inklużi, iżda mhux limitati, għar-rekwiżiti skont il-qafas tal-ekodisinn imsemmi fir-Regolament [dwar l-Ekodisinn għal Prodotti Sostenibbli], biex ikopru firxa wiesgħa ta’ prodotti kif ukoll żviluppi futuri.

Emenda 5

Proposta għal direttiva

Premessa 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)

Sabiex il-konsumaturi jiġu megħjuna jidentifikaw u jagħżlu servizzi ta’ tiswija xierqa, il-konsumaturi jenħtieġ li jirċievu informazzjoni ewlenija dwar is-servizzi ta’ tiswija. Il-formola Ewropea ta’ Informazzjoni dwar it-Tiswija jenħtieġ li tistabbilixxi parametri ewlenin li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet tal-konsumaturi dwar meta jikkunsidraw jekk isewwux oġġetti difettużi jew le. Din id-Direttiva jenħtieġ li tistabbilixxi mudell ta’ format standardizzat. Format standardizzat għall-preżentazzjoni ta’ servizzi ta’ tiswija jenħtieġ li jippermetti li l-konsumaturi jivvalutaw u jqabblu s-servizzi ta’ tiswija faċilment. Tali format standardizzat jenħtieġ li jiffaċilita wkoll il-proċess tal-għoti ta’ informazzjoni dwar is-servizzi tat-tiswija, b’mod partikolari għan-negozji mikro, żgħar u ta’ daqs medju li jipprovdu servizzi tat-tiswija. Sabiex jiġu evitati piżijiet addizzjonali minħabba rekwiżiti ta’ informazzjoni prekuntrattwali li jikkoinċidu, jenħtieġ li sewwej jitqies li jkun issodisfa r-rekwiżiti ta’ informazzjoni korrispondenti tal-atti legali rilevanti tal-UE fejn applikabbli, jekk il-Formola Ewropea ta’ Informazzjoni dwar it-Tiswija tkun imtliet b’mod korrett u tkun ingħatat lill-konsumatur. L-informazzjoni fil-Formola Ewropea ta’ Informazzjoni dwar it-Tiswija jenħtieġ li tingħata lill-konsumaturi b’mod ċar u li jinftiehem u f’konformità mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà tad-Direttiva 2019/882/UE (14).

(7)

Sabiex il-konsumaturi jiġu megħjuna jidentifikaw u jagħżlu servizzi ta’ tiswija xierqa, il-konsumaturi jenħtieġ li jirċievu informazzjoni ewlenija dwar is-servizzi ta’ tiswija. Il-formola Ewropea ta’ Informazzjoni dwar it-Tiswija jenħtieġ li tistabbilixxi parametri ewlenin li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet tal-konsumaturi dwar meta jikkunsidraw jekk isewwux oġġetti difettużi jew le. Din id-Direttiva jenħtieġ li tistabbilixxi mudell ta’ format standardizzat. Format standardizzat għall-preżentazzjoni ta’ servizzi ta’ tiswija jenħtieġ li jippermetti li l-konsumaturi jivvalutaw u jqabblu s-servizzi ta’ tiswija faċilment. Tali format standardizzat jenħtieġ li jiffaċilita wkoll il-proċess tal-għoti ta’ informazzjoni dwar is-servizzi tat-tiswija, b’mod partikolari għan-negozji mikro, żgħar u ta’ daqs medju li jipprovdu servizzi tat-tiswija. L-informazzjoni fil-Formola Ewropea ta’ Informazzjoni dwar it-Tiswija jenħtieġ li tingħata lill-konsumaturi b’mod ċar u li jinftiehem u f’konformità mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà tad-Direttiva 2019/882/UE (14).

Emenda 6

Proposta għal direttiva

Premessa 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)

L-għażla libera tal-konsumatur li jiddeċiedi minn min għandu jsewwi l-oġġetti tiegħu jenħtieġ li tiġi ffaċilitata billi l-Formola Ewropea ta’ Informazzjoni dwar it-Tiswija tintalab mhux biss mingħand il-produttur , iżda wkoll mingħand il-bejjiegħ tal-oġġetti inkwistjoni jew sewwejja indipendenti, fejn applikabbli. Is-sewwejja jenħtieġ li jipprovdu l-Formola Ewropea ta’ Informazzjoni dwar it-Tiswija meta l-konsumatur jitlob dik il-formola u s-sewwej ikollu l-intenzjoni li jipprovdi s-servizz ta’ tiswija, jew ikun obbligat li jsewwi, biss. Konsumatur jista’ jagħżel ukoll li ma jitlobx il-Formola Ewropea ta’ Informazzjoni dwar it-Tiswija u jikkonkludi kuntratt dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ tiswija ma’ sewwej skont informazzjoni prekuntrattwali pprovduta b’mezzi oħra skont id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. (15)

(8)

L-għażla libera tal-konsumatur li jiddeċiedi minn min għandu jsewwi l-oġġetti tiegħu jenħtieġ li tiġi ffaċilitata b’forniment volontarju tal-Formola Ewropea ta’ Informazzjoni dwar it-Tiswija mhux biss mill-produttur , iżda wkoll mingħand il-bejjiegħ tal-oġġetti inkwistjoni jew sewwejja indipendenti, fejn applikabbli. Is-sewwejja jenħtieġ li jipprovdu l-Formola Ewropea ta’ Informazzjoni dwar it-Tiswija b’mod volontarju biss. Konsumatur jista’ jikkonkludi kuntratt dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ tiswija ma’ sewwej skont informazzjoni prekuntrattwali pprovduta b’mezzi oħra skont id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. (15)

Emenda 7

Proposta għal direttiva

Premessa 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)

Hemm sitwazzjonijiet li fihom sewwej iġarrab il-kostijiet neċessarji biex jipprovdi l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-prezz inklużi fil-Formola Ewropea ta’ Informazzjoni dwar it-Tiswija. Pereżempju, is-sewwej jista’ jkollu bżonn jispezzjona l-oġġetti biex ikun jista’ jiddetermina d-difett jew it-tip ta’ tiswija li tkun meħtieġa, inkluża l-ħtieġa għal partijiet ta’ rikambju, u biex jagħti stima tal-prezz tat-tiswija. F’dawn il-każijiet, is-sewwej ikun jista’ biss jitlob lill-konsumatur iħallas il-kostijiet meħtieġa li jġarrab is-sewwej biex jipprovdi l-informazzjoni inkluża fil-Formola Ewropea ta’ Informazzjoni dwar it-Tiswija. F’konformità mal-informazzjoni prekuntrattwali u rekwiżiti oħra stabbiliti fid-Direttiva 2011/83/UE, jenħtieġ li s-sewwej jinforma lill-konsumatur dwar tali kostijiet qabel ma l-konsumatur jitlob il-forniment tal-Formola Ewropea ta’ Informazzjoni dwar it-Tiswija. Il-konsumaturi jistgħu ma jitolbux l-Formola Ewropea ta’ Informazzjoni dwar it-Tiswija meta jqisu li l-kostijiet tal-formola jkunu għoljin wisq.

(9)

Hemm sitwazzjonijiet li fihom sewwej iġarrab il-kostijiet neċessarji biex jipprovdi l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-prezz inklużi fil-Formola Ewropea ta’ Informazzjoni dwar it-Tiswija. Il-ħlas ta’ dawk il-kostijet jenħtieġ li jkun limitat għall-każijiet fejn is-sewwej jista’ jkollu bżonn jispezzjona l-oġġetti biex ikun jista’ jiddetermina d-difett jew it-tip ta’ tiswija li tkun meħtieġa, inkluża l-ħtieġa għal partijiet ta’ rikambju, u biex jagħti stima tal-prezz tat-tiswija. F’dawn il-każijiet, is-sewwej ikun jista’ biss jitlob lill-konsumatur iħallas il-kostijiet meħtieġa li jġarrab is-sewwej biex jipprovdi din l-informazzjoni inkluża fil-Formola Ewropea ta’ Informazzjoni dwar it-Tiswija. Dawn il-kostijiet ma jridu bl-ebda mod jikkostitwixxu ostaklu għall-bqija tal-proċess tat-tiswija u lanqas ma għandu jkollhom effett dissważiv fuq it-tiswija b’mod ġenerali. F’konformità mal-informazzjoni prekuntrattwali u rekwiżiti oħra stabbiliti fid-Direttiva 2011/83/UE, jenħtieġ li s-sewwej jinforma lill-konsumatur dwar tali kostijiet qabel ma l-konsumatur jitlob il-forniment tal-Formola Ewropea ta’ Informazzjoni dwar it-Tiswija. Il-konsumaturi jistgħu jirrinunzjaw li jirċievu l-Formola Ewropea ta’ Informazzjoni dwar it-Tiswija meta jqisu li l-kostijiet tal-formola jkunu għoljin wisq.

Emenda 8

Proposta għal direttiva

Premessa 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)

Id-Direttiva (UE) 2019/771 timponi obbligu fuq il-bejjiegħa biex isewwu oġġetti f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità li kien jeżisti fiż-żmien meta l-oġġetti ġew ikkunsinnati u li joħorġu fid-dieher fil-perjodu ta’ responsabbiltà. Skont dik id-Direttiva, il-konsumaturi mhumiex intitolati li għat-tiswija ta’ difetti li jaqgħu barra minn dak l-obbligu. B’konsegwenza ta’ dan, għadd kbir ta’ oġġetti difettużi iżda altrimenti vijabbli jitwarrbu qabel iż-żmien. Sabiex il-konsumaturi jiġu mħeġġa jsewwu l-oġġett tagħhom f’sitwazzjonijiet bħal dawn, din id-Direttiva jenħtieġ li timponi obbligu fuq il-produtturi biex isewwu oġġetti li għalihom japplikaw ir-rekwiżiti ta’ tiswija imposti mill-atti legali tal-Unjoni . Dak l-obbligu ta’ tiswija jenħtieġ li jiġi impost, fuq talba tal-konsumatur, fuq il-produtturi ta’ tali oġġetti, peress li huma d-destinatarji ta’ dawk ir-rekwiżiti ta’ tiswija. Dak l-obbligu jenħtieġ li japplika għall-produtturi stabbiliti kemm ġewwa kif ukoll barra l-Unjoni fir-rigward ta’ oġġetti li jkunu tqiegħdu fis-suq tal-Unjoni.

(11)

Id-Direttiva (UE) 2019/771 timponi obbligu fuq il-bejjiegħa biex isewwu oġġetti f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità li kien jeżisti fiż-żmien meta l-oġġetti ġew ikkunsinnati u li joħorġu fid-dieher fil-perjodu ta’ responsabbiltà. Skont dik id-Direttiva, il-konsumaturi mhumiex intitolati li għat-tiswija ta’ difetti li jaqgħu barra minn dak l-obbligu. B’konsegwenza ta’ dan, għadd kbir ta’ oġġetti difettużi iżda altrimenti vijabbli jitwarrbu qabel iż-żmien. Sabiex il-konsumaturi jiġu mħeġġa jsewwu l-oġġett tagħhom f’tali sitwazzjonijiet, din id-Direttiva jenħtieġ li timponi obbligu fuq il-produtturi biex isewwu oġġetti li huma elenkati fl-Anness II ta’ din id-Direttiva . Dak l-obbligu ta’ tiswija jenħtieġ li jiġi impost, fuq talba tal-konsumatur, fuq il-produtturi ta’ tali oġġetti, peress li huma d-destinatarji ta’ dawk ir-rekwiżiti ta’ tiswija. Dak l-obbligu jenħtieġ li japplika għall-produtturi stabbiliti kemm ġewwa kif ukoll barra l-Unjoni fir-rigward ta’ oġġetti li jkunu tqiegħdu fis-suq tal-Unjoni. Madankollu, l-obbligu għat-tiswija jenħtieġ li jkun proporzjonat u jqis id-disponibbiltà tal-partijiet ta’ rikambju għat-tul tal-ħajja tal-prodott. Il-partijiet ta’ rikambju jenħtieġ li tal-inqas ikunu disponibbli għall-perjodu ta’ żmien stabbilit fl-atti tal-Unjoni. Barra minn hekk, din id-Direttiva jenħtieġ li ma tpoġġix f’dubju l-libertà ekonomika tal-għażla għall-produtturi li jwaqqfu l-manifattura ta’ prodott.

Emenda 9

Proposta għal direttiva

Premessa 12

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)

Peress li l-obbligu ta’ tiswija impost fuq il-produtturi skont din id-Direttiva jkopri difetti li mhumiex dovuti għan-nuqqas ta’ konformità tal-oġġetti ma’ kuntratt ta’ bejgħ, il-produtturi jistgħu jipprovdu tiswija għal prezz li jitħallas mill-konsumatur, għal kwalunkwe tip ta’ kunsiderazzjoni oħra jew b’xejn. Il-ħlas ta’ prezz jenħtieġ li jħeġġeġ lill-produtturi jiżviluppaw mudelli ta’ negozju sostenibbli, inkluż il-forniment ta’ servizzi ta’ tiswija. Prezz bħal dan jista’ jqis, pereżempju, il-kostijiet lavorattivi, il-kostijiet tal-partijiet ta’ rikambju, il-kostijiet tal-operat tal-faċilità tat-tiswija u l-marġni abitwali. Il-prezz u l-kundizzjonijiet tat-tiswija għandhom jiġu miftiehma f’kuntratt bejn il-konsumatur u l-produttur u l-konsumatur jenħtieġ li jibqa’ liberu li jiddeċiedi jekk dak il-prezz u dawk il-kundizzjonijiet ikunux aċċettabbli. Il-ħtieġa għal kuntratt bħal dan u l-pressjoni kompetittiva minn sewwejja oħra jenħtieġ li jinkoraġġixxu lill-produtturi li huma obbligati li jsewwu biex iżommu l-prezz aċċettabbli għall-konsumatur. L-obbligu ta’ tiswija jista’ jitwettaq ukoll mingħajr ħlas meta d-difett ikun kopert minn garanzija kummerċjali, pereżempju fir-rigward tad-durabbiltà garantita tal-oġġetti.

(12)

Peress li l-obbligu ta’ tiswija impost fuq il-produtturi skont din id-Direttiva jkopri difetti li mhumiex dovuti għan-nuqqas ta’ konformità tal-oġġetti ma’ kuntratt ta’ bejgħ, il-produtturi jistgħu jipprovdu tiswija għal prezz li jitħallas mill-konsumatur, għal kwalunkwe tip ta’ kunsiderazzjoni oħra jew b’xejn. Il-ħlas ta’ prezz jenħtieġ li jħeġġeġ lill-produtturi jiżviluppaw mudelli ta’ negozju sostenibbli, inkluż il-forniment ta’ servizzi ta’ tiswija. Tali prezz jista’ jqis, pereżempju, il-kostijiet lavorattivi, il-kostijiet tal-partijiet ta’ rikambju, il-kostijiet tal-operat tal-faċilità tat-tiswija u l-marġni abitwali. Għal każijiet fejn dawk il-kostijiet ma jistgħux jiġu stmati qabel it-tiswija, l-informazzjoni dwar l-ogħla prezz mistenni jenħtieġ li tingħata lill-konsumaturi. Il-prezz u l-kundizzjonijiet tat-tiswija għandhom jiġu miftiehma f’kuntratt bejn il-konsumatur u l-produttur u jenħtieġ li l-konsumatur jibqa’ liberu li jiddeċiedi jekk dak il-prezz u dawk il-kundizzjonijiet ikunux aċċettabbli. Il-ħtieġa għal tali kuntratt u l-pressjoni kompetittiva minn sewwejja oħra jenħtieġ li jinkoraġġixxu lill-produtturi li huma obbligati li jsewwu biex iżommu l-prezz aċċettabbli għall-konsumatur. L-obbligu ta’ tiswija jista’ jitwettaq ukoll mingħajr ħlas meta d-difett ikun kopert minn garanzija kummerċjali, pereżempju fir-rigward tad-durabbiltà garantita tal-oġġetti. Biex il-konsumaturi jiġu inċentivati biex il-prodott tagħhom jissewwa barra mill-ambitu tal-garanzija legali, produttur jista’ joffri self ta’ oġġett ta’ sostituzzjoni jew oġġett rinnovat għat-tul ta’ żmien tat-tiswija, liema oġġett huwa mistenni li jiġi rritornat ladarba l-konsumatur jirċievi l-oġġett imsewwi.

Emenda 10

Proposta għal direttiva

Premessa 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)

Il-produtturi jistgħu jissodisfaw l-obbligu tagħhom li jagħmlu t-tiswija billi jissottokuntrattaw it-tiswija, pereżempju jekk il-produttur ma jkollux l-infrastruttura tat-tiswija jew jekk it-tiswija tkun tista’ titwettaq minn sewwej li jkun jinsab eqreb tal-konsumatur, fost l-oħrajn fejn il-produttur ikun stabbilit barra mill-Unjoni.

(13)

Il-produtturi jistgħu jissodisfaw l-obbligu tagħhom li jagħmlu t-tiswija billi jissottokuntrattaw it-tiswija, pereżempju jekk il-produttur ma jkollux l-infrastruttura tat-tiswija . Biex jiġu evitati kostijiet u emissjonijiet tat-trasport bla bżonn, it-tiswija jenħtieġ li ssir kemm jista’ jkun qrib il-konsumatur. Għalhekk, it-tiswija tkun tista’ titwettaq minn sewwej li jkun jinsab eqreb tal-konsumatur, b’mod partikolari f’dawk il-każijiet fejn il-produttur ikun stabbilit barra mill-Unjoni.

Emenda 11

Proposta għal direttiva

Premessa 14

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)

Japplikaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-atti delegati adottati skont ir-Regolament [dwar l-Ekodisinn għal Prodotti Sostenibbli] jew il-miżuri ta’ implimentazzjoni adottati skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16), li skonthom il-produtturi jenħtieġ li jipprovdu aċċess għal partijiet ta’ rikambju, informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni jew kwalunkwe għodda tas-software, firmware jew mezzi awżiljarji simili relatati mat-tiswija. Dawk ir-rekwiżiti jiżguraw il-fattibbiltà teknika tat-tiswija mhux biss min-naħa tal-produttur iżda wkoll min-naħa ta’ sewwejja oħra. Bħala konsegwenza , il-konsumatur jista’ jagħżel sewwej li jrid.

(14)

Japplikaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-atti delegati adottati skont ir-Regolament [dwar l-Ekodisinn għal Prodotti Sostenibbli] jew il-miżuri ta’ implimentazzjoni adottati skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16), li skonthom il-produtturi jenħtieġ li jipprovdu aċċess għal partijiet ta’ rikambju, informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni jew kwalunkwe għodda tas-software, firmware jew mezzi awżiljarji simili relatati mat-tiswija. Dawk ir-rekwiżiti jiżguraw il-fattibbiltà teknika tat-tiswija mhux biss min-naħa tal-produttur iżda wkoll min-naħa ta’ sewwejja oħra. Biex jiġu kkomplementati dawk il-miżuri, l-aċċess għas-sewwejja, il-manifatturi mill-ġdid u r-rinnovaturi indipendenti kif ukoll l-utenti aħħarin għall-partijiet ta’ rikambju, l-informazzjoni u l-għodod kollha relatati, inklużi l-għodod dijanjostiċi, jenħtieġ li jiġu pprovduti b’kost raġonevoli u b’mod nondiskriminatorju, għal perjodu li jikkorrispondi mill-inqas għat-tul tal-ħajja mistenni tal-prodott. Konsegwentement , dan jenħtieġ li jiżgura l-kompetizzjoni u jkun ta’ benefiċċju għall-konsumatur b’servizzi aħjar u prezzijiet aktar baxxi meta jagħżel sewwej li jrid jew meta jkun kapaċi jwettaq it-tiswija waħdu. Il-kumplessità u s-sikurezza tat-tiswija huma marbuta mat-tip ta’ apparat. Fejn jista’ jiġi previst b’mod raġonevoli li t-twettiq tat-tiswija mill-konsumatur medju jista’ jwassal għal periklu għas-sikurezza jew jirrikjedi għodod avvanzati, jenħtieġ li l-produtturi jwissu b’mod espliċitu lill-konsumatur.

Emenda 12

Proposta għal direttiva

Premessa 15

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)

L-obbligu ta’ tiswija jenħtieġ li jkun effettiv ukoll f’każijiet fejn il-produttur ikun stabbilit barra mill-Unjoni. Sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jwettqu dan l-obbligu billi jirrikorru għand operatur ekonomiku stabbilit fl-Unjoni, din id-Direttiva tipprevedi sekwenza ta’ operaturi ekonomiċi alternattivi bl-obbligu tat-tiswija tal-produttur f’każijiet bħal dawn. Dan jenħtieġ li jippermetti lill-produtturi li jinsabu barra mill-Unjoni jorganizzaw u jwettqu l-obbligu tagħhom li jsewwu fl-Unjoni.

(15)

L-obbligu ta’ tiswija jenħtieġ li jkun effettiv ukoll f’każijiet fejn il-produttur ikun stabbilit barra mill-Unjoni. Sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jwettqu dan l-obbligu billi jirrikorru għand operatur ekonomiku stabbilit fl-Unjoni, din id-Direttiva tipprevedi sekwenza ta’ operaturi ekonomiċi alternattivi bl-obbligu tat-tiswija tal-produttur f’każijiet bħal dawn. Minħabba r-rwol tagħhom fil-katina tal-provvista tal-prodotti lill-konsumaturi, il-fornituri tas-servizzi ta’ ġestjoni u l-pjattaformi online jenħtieġ li jkunu koperti wkoll minn din id-Direttiva. Dan jenħtieġ li jipprevjeni sitwazzjonijiet fejn ma jkun hemm ebda operatur ekonomiku stabbilit fl-Unjoni biex jissodisfa l-obbligu ta’ tiswija. Il-produtturi stabbiliti barra mill-Unjoni jenħtieġ li jorganizzaw u jwettqu l-obbligu tagħhom li jsewwu fl-Unjoni.

Emenda 13

Proposta għal direttiva

Premessa 16

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)

Sabiex jiġi evitat piż żejjed fuq il-produtturi u sabiex jiġi żgurat li huma kapaċi jwettqu l-obbligu tagħhom li jsewwu, dak l-obbligu jenħtieġ li jkun limitat għal dawk il-prodotti li għalihom kwalunkwe rekwiżit ta’ tiswija ikun previst fl-atti legali tal-Unjoni, u fil-limitu tagħhom. Ir-rekwiżiti ta’ tiswija ma jobbligawx lill-produtturi jsewwu oġġetti difettużi, iżda jiżguraw li l-oġġetti jkunu jistgħu jissewwew. Tali rekwiżiti ta’ tiswija jistgħu jiġu stabbiliti fl-atti legali rilevanti tal-Unjoni. Fost l-eżempji hemm atti delegati adottati skont ir-Regolament [dwar l-Ekodisinn għal Prodotti Sostenibbli] jew miżuri ta’ implimentazzjoni adottati skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17), li joħolqu qafas biex tittejjeb is-sostenibbiltà ambjentali tal-prodotti. Din il-limitazzjoni tal-obbligu ta’ tiswija tiżgura li dawk l-oġġetti li jistgħu jissewwew biss ikunu soġġetti għal tali obbligu. Ir-rekwiżiti rilevanti ta’ possibbiltà ta’ tiswija jinkludu rekwiżiti tad-disinn li jtejbu l-kapaċità li l-oġġetti jiġu żarmati u firxa ta’ partijiet ta’ rikambju li għandhom ikunu disponibbli għal perjodu minimu. L-obbligu ta’ tiswija jikkorrispondi mal-kamp ta’ applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ tiswija, pereżempju, ir-rekwiżiti tal-ekodisinn jistgħu japplikaw biss għal ċerti komponenti tal-oġġetti jew jista’ jiġi stabbilit perjodu speċifiku ta’ żmien biex il-partijiet ta’ rikambju jkunu disponibbli. L-obbligu ta’ tiswija skont din id-Direttiva, li jippermetti lill-konsumaturi jitolbu t-tiswija lill-produttur direttament fil-fażi ta’ wara l-bejgħ, jikkomplementa r-rekwiżiti relatati man-naħa tal-provvista dwar il-possibbiltà ta’ tiswija li huma stipulati fir-Regolament [dwar l-Ekodisinn għal Prodotti Sostenibbli], filwaqt li jinkoraġġixxi d-domanda tal-konsumatur għat-tiswija.

(16)

Sabiex jiġi evitat piż żejjed fuq il-produtturi u sabiex jiġi żgurat li huma kapaċi jwettqu l-obbligu tagħhom li jsewwu, dak l-obbligu jenħtieġ li jkun stabbilit għal dawk il-prodotti li għalihom kwalunkwe rekwiżit tat-tiswija ikun previst fl-atti legali tal-Unjoni, u fil-limitu tagħhom , kif ukoll għal prodotti oħra li jistgħu jissewwew inklużi r-roti . Ir-rekwiżiti ta’ tiswija ma jobbligawx lill-produtturi jsewwu oġġetti difettużi, iżda jiżguraw li l-oġġetti jkunu jistgħu jissewwew. Tali rekwiżiti ta’ tiswija jistgħu jiġu stabbiliti fl-atti legali rilevanti tal-Unjoni. Fost l-eżempji hemm atti delegati adottati skont ir-Regolament [dwar l-Ekodisinn għal Prodotti Sostenibbli] jew miżuri ta’ implimentazzjoni adottati skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17), li joħolqu qafas biex tittejjeb is-sostenibbiltà ambjentali tal-prodotti. Din il-limitazzjoni tal-obbligu ta’ tiswija tiżgura li dawk l-oġġetti li jistgħu jissewwew biss ikunu soġġetti għal tali obbligu. Ir-rekwiżiti rilevanti ta’ possibbiltà ta’ tiswija jinkludu rekwiżiti tad-disinn li jtejbu l-kapaċità li l-oġġetti jiġu żarmati u firxa ta’ partijiet ta’ rikambju li għandhom ikunu disponibbli għal perjodu minimu. L-obbligu ta’ tiswija jikkorrispondi mal-kamp ta’ applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ tiswija, pereżempju, ir-rekwiżiti tal-ekodisinn jistgħu japplikaw biss għal ċerti komponenti tal-oġġetti jew jista’ jiġi stabbilit perjodu speċifiku ta’ żmien biex il-partijiet ta’ rikambju jkunu disponibbli. L-obbligu ta’ tiswija skont din id-Direttiva, li jippermetti lill-konsumaturi jitolbu t-tiswija lill-produttur direttament fil-fażi ta’ wara l-bejgħ, jikkomplementa r-rekwiżiti relatati man-naħa tal-provvista dwar il-possibbiltà ta’ tiswija li huma stipulati fir-Regolament [dwar l-Ekodisinn għal Prodotti Sostenibbli], filwaqt li jinkoraġġixxi d-domanda tal-konsumatur għat-tiswija.

Emenda 14

Proposta għal direttiva

Premessa 16a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a)

Sa 5 snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni ta’ din id-Direttiva u tivvaluta l-kontribut tagħha, u b’mod partikolari l-Artikoli 5, 9a u 12, għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern, il-livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur u t-titjib tas-sostenibbiltà ambjentali tal-prodotti, kif ukoll l-impatt tagħhom fuq in-negozji, b’mod partikolari fuq l-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju. Fir-rigward tal-Artikolu 7 jenħtieġ li tevalwa u tivvaluta l-effettività tal-pjattaformi online għat-tiswija abbażi ta’ data mill-Istati Membri individwali, li jkun fiha informazzjoni dwar l-għadd ta’ fornituri attivi fis-servizz tat-tiswija, il-konsumaturi u l-għadd ta’ tranżazzjonijiet imwettqa. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tfassal rapport dwar is-sejbiet ewlenin u tissottomettih lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. L-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni meħtieġa għat-tħejjija ta’ dak ir-rapport. Ir-rapport jenħtieġ li jkun akkumpanjat, meta xieraq, minn proposta leġiżlattiva.

Emenda 15

Proposta għal direttiva

Premessa 17

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)

Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, din id-Direttiva telenka fl-Anness II gruppi ta’ prodotti rilevanti koperti minn tali rekwiżiti ta’ tiswija skont l-atti legali tal-Unjoni. Sabiex tiġi żgurata l-koerenza mar-rekwiżiti futuri ta’ possibbiltà ta’ tiswija skont l-atti legali tal-Unjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward, b’mod partikolari , taż-żieda ta’ gruppi ġodda ta’ prodotti fl-Anness II meta jiġu adottati rekwiżiti ġodda ta’ tiswija. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (18). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jenħtieġ li jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(17)

Biex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, din id-Direttiva telenka fl-Anness II gruppi ta’ prodotti rilevanti għall-obbligu ta’ tiswija skont din id-Direttiva jew li huma koperti minn rekwiżiti ta’ tiswija skont l-atti legali tal-Unjoni kif ukoll oġġetti oħra li jistgħu jissewwew, inklużi r-roti . Sabiex tiġi żgurata l-koerenza mal-iżviluppi futuri tas-suq u leġiżlattivi , jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea b’mod partikolari fir-rigward taż-żieda ta’ gruppi ġodda ta’ prodotti fl-Anness II , pereżempju meta jiġu adottati rekwiżiti ġodda ta’ tiswija. Meta żżid gruppi ta’ prodotti ġodda mal-Anness II, il-Kummissjoni jenħtieġ li twettaq valutazzjoni tal-impatt, b’mod partikolari meta ż-żieda ssir indipendentement minn atti oħra skont il-liġi tal-Unjoni. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (18). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jenħtieġ li jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom jenħtieġ li jkollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

Emenda 16

Proposta għal direttiva

Premessa 20

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)

Sabiex jiżdied l-għarfien tal-konsumatur dwar id-disponibbiltà tat-tiswija u b’hekk il-probabbiltà tagħha, il-produtturi jenħtieġ li jinfurmaw lill-konsumaturi bl-eżistenza ta’ dak l-obbligu. L-informazzjoni jenħtieġ li ssemmi l-oġġetti rilevanti koperti minn dak l-obbligu, flimkien ma’ spjegazzjoni li u sa fejn il-prodott ikun jista’ jissewwa, pereżempju permezz ta’ sottokuntratturi. Dik l-informazzjoni jenħtieġ li tkun faċilment aċċessibbli għall-konsumatur u tingħata b’mod ċar u li jinftiehem, mingħajr ma jkollha tintalab mill-konsumatur, u b’konformità mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà tad-Direttiva 2019/882/UE. Il-produttur huwa liberu li jiddetermina l-mezzi li bihom jinforma lill-konsumatur.

(20)

Sabiex jiżdied l-għarfien tal-konsumatur dwar id-disponibbiltà tat-tiswija u b’hekk il-probabbiltà tagħha, il-produtturi jew il-bejjiegħa jenħtieġ li jinfurmaw lill-konsumaturi bl-eżistenza ta’ dak l-obbligu. L-informazzjoni jenħtieġ li ssemmi l-oġġetti rilevanti koperti minn dak l-obbligu, flimkien ma’ spjegazzjoni li l-prodott ikun jista’ jissewwa u sa liema punt, pereżempju permezz ta’ sottokuntratturi. Dik l-informazzjoni jenħtieġ li tkun faċilment aċċessibbli għall-konsumatur u tingħata b’mod ċar u li jinftiehem, mingħajr ma jkollha tintalab mill-konsumatur, u b’konformità mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà tad-Direttiva 2019/882/UE. Il-produttur jew meta rilevanti l-bejjiegħ huma liberi li jiddeterminaw il-mezz li bih jinformaw lill-konsumatur , pereżempju permezz ta’ mezzi fil-punt tal-bejgħ b’mod viżibbli u prominenti .

Emenda 17

Proposta għal direttiva

Premessa 21

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)

Sabiex titħeġġeġ it-tiswija, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw l-eżistenza ta’ mill-anqas pjattaforma online waħda li tippermetti lill-konsumaturi jfittxu sewwejja xierqa fit-territorju tagħhom. Dik il-pjattaforma tista’ tkun pjattaforma eżistenti jew operata privatament, jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva. Dik il-pjattaforma jenħtieġ li tinkludi għodod ta’ paragun faċli għall-utent u indipendenti li jassistu lill-konsumaturi fil-valutazzjoni u t-tqabbil tal-merti ta’ fornituri differenti ta’ servizzi ta’ tiswija, biex b’hekk il-konsumaturi jiġu inċentivati jsewwu minflok jixtru oġġetti ġodda. Filwaqt li dik il-pjattaforma għandha l-għan li tiffaċilita t-tfittxija għal servizzi ta’ tiswija fir-relazzjonijiet bejn in-negozji u l-konsumaturi, l-Istati Membri huma liberi li jestendu l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha wkoll biex jinkludi relazzjonijiet bejn in-negozji kif ukoll inizjattivi ta’ tiswija mmexxija mill-komunità.

(21)

Sabiex titħeġġeġ it-tiswija, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw l-eżistenza ta’ mill-anqas pjattaforma online waħda li tippermetti lill-konsumaturi jfittxu sewwejja xierqa fit-territorju tagħhom. Dik il-pjattaforma tista’ tkun pjattaforma eżistenti jew operata privatament, jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva. Jekk tali pjattaforma online ma teżistix, l-Istati Membri jenħtieġ li jfittxu li joħolqu waħda f’kollaborazzjoni mal-operaturi ekonomiċi involuti. Dik il-pjattaforma jenħtieġ li tinkludi għodod ta’ paragun faċli għall-utent u indipendenti li jassistu lill-konsumaturi fil-valutazzjoni u t-tqabbil tal-merti ta’ fornituri differenti ta’ servizzi ta’ tiswija, biex b’hekk il-konsumaturi jiġu inċentivati jsewwu minflok jixtru oġġetti ġodda. Filwaqt li dik il-pjattaforma għandha l-għan li tiffaċilita t-tfittxija għal servizzi ta’ tiswija fir-relazzjonijiet bejn in-negozji u l-konsumaturi, l-Istati Membri huma liberi li jestendu l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha wkoll biex jinkludi relazzjonijiet bejn in-negozji kif ukoll inizjattivi ta’ tiswija mmexxija mill-komunità.

Emenda 18

Proposta għal direttiva

Premessa 25

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)

Sabiex tiġi ffaċilitata l-kisba tal-Formola Ewropea ta’ Informazzjoni dwar it-Tiswija, il-pjattaforma online jenħtieġ li tinkludi l-possibbiltà li l-konsumaturi jitolbu dik il-formola direttament mingħand is-sewwej permezz tal-pjattaforma online. Din il-possibbiltà jenħtieġ li tintwera b’mod prominenti fuq il-pjattaforma online. Biex titqajjem kuxjenza dwar il-pjattaformi nazzjonali ta’ tiswija online u biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għal tali pjattaformi madwar l-Unjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-pjattaformi online tagħhom ikunu aċċessibbli permezz ta’ paġni web nazzjonali rilevanti konnessi mal-Gateway Diġitali Unika stabbilita bir-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20). Biex titqajjem kuxjenza fost il-konsumaturi dwar il-pjattaforma online , l-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu passi xierqa , pereżempju jiffirmaw il-pjattaforma online fuq siti web nazzjonali relatati jew iwettqu kampanji ta’ komunikazzjoni .

(25)

Sabiex tiġi ffaċilitata l-kisba tal-Formola Ewropea ta’ Informazzjoni dwar it-Tiswija, il-pjattaforma online jenħtieġ li tinkludi l-possibbiltà li l-konsumaturi jitolbu dik il-formola direttament mingħand is-sewwej permezz tal-pjattaforma online. Din il-possibbiltà jenħtieġ li tintwera b’mod prominenti fuq il-pjattaforma online. Biex titqajjem kuxjenza dwar il-pjattaformi nazzjonali ta’ tiswija online u biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għal tali pjattaformi madwar l-Unjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-pjattaformi online tagħhom ikunu aċċessibbli permezz ta’ paġni web nazzjonali rilevanti konnessi mal-Gateway Diġitali Unika stabbilita bir-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20). L-Istati Membri jenħtieġ li jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-links tal-pjattaformi online eżistenti għat-tiswija fit-territorju tagħhom fi żmien 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva u l-link ta’ kull pjattaforma online ġdida għat-tiswija fi żmien 14-il jum tax-xogħol mit-tnedija tagħhom. Jenħtieġ li l-Kummissjoni żżomm bażi tad-data disponibbli għall-pubbliku, faċilment aċċessibbli u li tinqara mill-magni tal-pjattaformi online għat-tiswija rreġistrati fi ħdan l-Istati Membri.

Emenda 19

Proposta għal direttiva

Premessa 25a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(25a)

Biex titqajjem sensibilizzazzjoni tal-konsumatur dwar il-pjattaforma online għat-tiswija, jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu passi xierqa, pereżempju billi jindikaw il-pjattaforma online fuq is-siti web nazzjonali relatati jew billi jwettqu kampanji ta’ komunikazzjoni. L-operaturi ekonomiċi jew il-pjattaformi online li jippermettu kuntratti fuq distanzi twal jenħtieġ li jieħdu wkoll passi xierqa biex jinfurmaw lill-konsumaturi dwar il-pjattaforma online għat-tiswija, pereżempju, billi jibagħtu lill-konsumatur il-link jew jirreklamawha fil-ħwienet. Il-metodi biex titqajjem sensibilizzazzjoni għandhom iqisu l-konsumaturi b’livell baxx ta’ litteriżmu u ħiliet diġitali u jkunu aċċessibbli għalihom.

Emenda 20

Proposta għal direttiva

Premessa 26a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26a)

Peress li maġġoranza ċara ta’ ċittadini tal-Unjoni jippreferu li oġġett jissewwa minflok li jixtru wieħed ġdid  (1a) , jenħtieġ li l-konsumaturi kollha jkollhom il-mezzi biex l-oġġetti tagħhom jissewwew wara l-perjodu ta’ garanzija legali. Dan ma jappoġġax biss lit-Tranżizzjoni Ekoloġika iżda jappoġġa wkoll lin-negozji Ewropej. F’dan ir-rigward, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżviluppaw inċentivi finanzjarji biex jippromwovu t-tiswija. F’ħafna Stati Membri tali miżuri diġà jeżistu fil-forma ta’ fondi nazzjonali għat-tiswija jew vawċers għat-tiswija. Sabiex l-Istati Membri jiġu appoġġati aktar fil-promozzjoni tat-tiswija, il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkunsidra tipproponi emenda lill-Kunsill biex jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tal-punt (19) tal-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għal kategoriji oħra ta’ prodotti, tal-anqas għal dawk imsemmija fl-Anness II ta’ din id-Direttiva. Dan jista’ joħloq aktar koerenza bejn il-kategoriji ta’ prodotti previsti fl-Anness II ta’ din id-Direttiva u l-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE. Dan jista’ jippermetti lill-konsumaturi kollha li jsewwu l-oġġetti tagħhom minflok li jixtru oħrajn ta’ sostituzzjoni. Barra minn hekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jagħtu attenzjoni partikolari lill-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju peress li n-negozji tagħhom huma parti vitali mill-katina tat-tiswija. L-Istati Membri jenħtieġ li jirrapportaw lill-Kummissjoni l-miżuri meħuda, u l-Kummissjoni jenħtieġ li tagħmel il-miżuri disponibbli għall-pubbliku.

 

Emenda 21

Proposta għal direttiva

Premessa 26b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26b)

Hu meħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu penali għal ksur ta’ din id-Direttiva u jiżguraw li jiġu infurzati. Il-penali jenħtieġ li jkunu effettivi, proprozjonati u dissważivi.

Emenda 22

Proposta għal direttiva

Premessa 27

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)

Il-Kummissjoni jenħtieġ li tippermetti l-iżvilupp ta’ standard ta’ kwalità Ewropew volontarju għas-servizzi ta’ tiswija, pereżempju billi tinkoraġġixxi u tiffaċilita l-kooperazzjoni volontarja dwar standard bejn in-negozji, l-awtoritajiet pubbliċi u partijiet interessati oħra jew billi toħroġ talba ta’ standardizzazzjoni lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni. Standard Ewropew għas-servizzi ta’ tiswija jista’ jagħti spinta lill-fiduċja tal-konsumatur fis-servizzi tat-tiswija madwar l-Unjoni. Tali standard jista’ jinkludi aspetti li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet tal-konsumatur dwar it-tiswija, bħaż-żmien biex titlesta t-tiswija, id-disponibbiltà ta’ oġġetti ta’ sostituzzjoni temporanja, assigurazzjonijiet tal-kwalità bħal garanzija kummerċjali fuq it-tiswija, u d-disponibbiltà ta’ servizzi anċillari bħall-ġarr, l-installazzjoni u t-trasport offruti mis-sewwejja.

(27)

Il-Kummissjoni jenħtieġ li tippermetti l-iżvilupp ta’ standard ta’ kwalità Ewropew volontarju għas-servizzi ta’ tiswija, pereżempju billi tinkoraġġixxi u tiffaċilita l-kooperazzjoni volontarja dwar standard bejn in-negozji, l-awtoritajiet pubbliċi u partijiet ikkonċernati oħra , bħal fornituri ta’ tiswija indipendenti u tal-komunità, jew billi toħroġ talba ta’ standardizzazzjoni lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni. Standard Ewropew għas-servizzi ta’ tiswija jista’ jagħti spinta lill-fiduċja tal-konsumatur fis-servizzi tat-tiswija madwar l-Unjoni. Tali standard jista’ jinkludi aspetti li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet tal-konsumatur dwar it-tiswija, bħaż-żmien biex titlesta t-tiswija, id-disponibbiltà ta’ oġġetti ta’ sostituzzjoni temporanja, assigurazzjonijiet tal-kwalità bħal garanzija kummerċjali fuq it-tiswija, u d-disponibbiltà ta’ servizzi anċillari bħall-ġarr, l-installazzjoni u t-trasport offruti mis-sewwejja.

Emenda 23

Proposta għal direttiva

Premessa 28

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)

Sabiex tiġi promossa t-tiswija fir-responsabbiltà tal-bejjiegħ kif stabbilit fid-Direttiva (UE) 2019/771, jenħtieġ li jiġu adattati l-kundizzjonijiet armonizzati li taħthom tista’ tiġi eżerċitata l-għażla bejn ir-rimedji ta’ tiswija u sostituzzjoni. Jenħtieġ li jinżamm il-prinċipju stabbilit fid-Direttiva (UE) 2019/771 li jintuża l-kunsiderazzjoni dwar jekk ir-rimedju magħżul jimponix kostijiet fuq il-bejjiegħ li jkunu sproporzjonati meta mqabbla mar-rimedju l-ieħor, bħala wieħed mill-kriterji biex jiġi ddeterminat ir-rimedju applikabbli. Il-konsumatur jibqa’ intitolat li jagħżel it-tiswija minflok is-sostituzzjoni, sakemm it-tiswija ma tkunx impossibbli jew timponi kostijiet sproporzjonati fuq il-bejjiegħ meta mqabbla mas-sostituzzjoni . Madankollu, meta l-kostijiet tas-sostituzzjoni jkunu ogħla mill-kostijiet tat-tiswija, jenħtieġ li l-bejjiegħ dejjem isewwi l-oġġetti. Għaldaqstant , il-konsumatur ikun jista’ jagħżel is-sostituzzjoni bħala rimedju meta din tkun irħas mit-tiswija biss . Għalhekk, id-Direttiva (UE) 2019/771 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(28)

Sabiex tiġi promossa t-tiswija fir-responsabbiltà tal-bejjiegħ kif stabbilit fid-Direttiva (UE) 2019/771, jenħtieġ li jiġu adattati l-kundizzjonijiet armonizzati li taħthom tista’ tiġi eżerċitata l-għażla bejn ir-rimedji ta’ tiswija u sostituzzjoni. Jenħtieġ li jinżamm il-prinċipju stabbilit fid-Direttiva (UE) 2019/771 li jintuża l-kunsiderazzjoni dwar jekk ir-rimedju magħżul jimponix kostijiet fuq il-bejjiegħ li jkunu sproporzjonati meta mqabbla mar-rimedju l-ieħor, bħala wieħed mill-kriterji biex jiġi ddeterminat ir-rimedju applikabbli. Il-konsumatur jibqa’ intitolat li jagħżel it-tiswija minflok is-sostituzzjoni, sakemm it-tiswija ma tkunx fattwalment jew legalment impossibbli . Madankollu, meta l-kostijiet tas-sostituzzjoni jkunu ogħla mill-kostijiet tat-tiswija, jenħtieġ li l-bejjiegħ dejjem isewwi l-oġġetti , sakemm it-tiswija ma toħloqx inkonvenjenza sinifikanti għall-konsumatur . Sitwazzjonijiet fejn it-tiswija toħloq inkonvenjenza sinifikanti għall-konsumatur jenħtieġ li jitqiesu abbażi ta’ każ b’każ filwaqt li jitqiesu n-natura tal-oġġetti u l-iskop li għalih il-konsumatur kellu bżonn l-oġġetti. F’dak ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea stabbiliet li inkonvenjenza sinifikanti għall-konsumatur tista’ tinftiehem bħala piż li x’aktarx jiskoraġġixxi lill-konsumatur medju milli jasserixxi d-drittijiet tiegħu. F’dan il-kuntest, dan huwa speċjalment il-każ meta l-konsumatur għandu interess validu għall-użu mhux interrott tal-oġġetti, u sostituzzjoni temporanja ma tistax tiġi pprovduta jew ma tistax tiġi pprovduta fi żmien xieraq jew ma tkunx adegwata għall-ħtiġijiet tal-konsumatur, u b’hekk tiskoraġġixxi l-konsumatur milli jsewwi l-oġġetti. Inkonvenjenza sinifikanti tista’ tiġi preżunta wkoll meta l-oġġetti jkunu diġà soġġetti għall-miżuri ta’ tiswija biex jissodisfaw l-istandards tal-konformità u sussegwentement, wara perjodu qasir ta’ żmien, l-oġġetti jkunu jeħtieġu tiswija minħabba nuqqas ta’ konformità, biex b’hekk dan jagħmel ħsara lill-fiduċja fil-possibbiltà ta’ tiswija tal-oġġetti u jiskoraġġixxi lill-konsumatur milli jeżerċita d-dritt tiegħu għat-tiswija. Barra minn hekk, f’sitwazzjonijiet fejn tiswija ma twassalx biex l-oġġett ikun konformi, jenħtieġ li japplikaw il-prinċipji stabbiliti mid-Direttiva (UE) 2019/771. Dan jenħtieġ li jipprevjeni sitwazzjonijiet fejn konsumatur jiffaċċja tiswijiet konsekuttivi għall-istess difett tal-istess oġġett . Għalhekk, id-Direttiva (UE) 2019/771 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

Emenda 24

Proposta għal direttiva

Premessa 28a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(28a)

Biex il-konsumaturi jiġu appoġġati u tiġi inċentivata t-tiswija, jenħtieġ li l-bejjiegħ, skont l-ispeċifiċitajiet tal-kategorija tal-prodott rilevanti, isellef lill-konsumatur prodott ta’ sostituzzjoni, jekk it-tiswija ma tkunx tlestiet f’perjodu ta’ żmien raġonevoli. Dan il-prodott ta’ sostituzzjoni jista’ jkun ukoll oġġett rinnovat iżda jenħtieġ li jiġi misluf temporanjament lill-konsumatur mingħajr ħlas. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-bejjiegħ iwettaq it-tiswija f’perjodu ta’ żmien raġonevoli.

Emenda 25

Proposta għal direttiva

Premessa 28b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(28b)

Id-Direttiva (UE) 2019/771 timponi obbligu fuq il-bejjiegħa biex isewwu oġġetti f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità li kien jeżisti fiż-żmien meta l-oġġetti ġew ikkunsinnati u li joħorġu fid-dieher fil-perjodu ta’ responsabbiltà. Sabiex tiġi promossa t-tiswija fil-perjodu ta’ responsabbiltà, ladarba jagħżlu t-tiswija bħala rimedju biex oġġett isir konformi, jenħtieġ li l-konsumaturi jkunu jistgħu jibbenefikaw minn perjodu ta’ responsabbiltà estiż ta’ sena addizzjonali, li tibda mill-mument li l-oġġett jingħatalhom lura, imsewwi, dment li l-Istati Membri jkunu żammew jew introduċew limiti ta’ żmien għall-konformità tal-oġġett oriġinali f’konformità mal-Artikolu 10, il-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dik id-Direttiva. Din l-estensjoni tal-perjodu ta’ garanzija legali jenħtieġ li tapplika biss għall-ewwel tiswija skont id-Direttiva (UE) 2019/771. Għalhekk, id-Direttiva (UE) 2019/771 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

Emenda 26

Proposta għal direttiva

Premessa 28c (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(28c)

Il-konsumaturi li jagħżlu t-tiswija bħala r-rimedju biex l-oġġetti jinġiebu f’konformità jenħtieġ li jitħallew jagħżlu bejn il-bejjiegħ jew il-produttur biex l-oġġetti jinġiebu f’konformità. Meta l-konsumaturi jagħżlu li l-prodott jenħtieġ li jinġieb f’konformità mill-produttur, jenħtieġ li tiġi stabbilita responsabbiltà diretta tal-produttur għat-tiswija tal-prodotti. F’tali każ, jenħtieġ li l-produttur isewwi l-prodott biex jirrimedja n-nuqqas ta’ konformità. Jenħtieġ li l-produtturi jippruvaw jirreaġixxu malajr bil-valutazzjoni tagħhom jekk il-prodott jistax jissewwa. Jekk it-tiswija tkun impossibbli, jenħtieġ li l-produttur jivvaluta s-sitwazzjoni u jsolviha b’mod konvenjenti għall-konsumatur, pereżempju billi jikkuntattja lill-bejjiegħ inizjali u lill-konsumatur. Biex tiġi evitata l-istess tiswija għall-istess difett mill-bejjiegħ f’każ bħal dan, jenħtieġ li l-bejjiegħ jinħeles mir-responsabbiltà tiegħu għal dak id-difett u ladarba l-oġġett jissewwa b’suċċess mill-produttur, jenħtieġ li tali oġġett jitqies bħala konformi. Jenħtieġ li l-ebda dritt ieħor tal-konsumatur skont id-Direttiva (UE) 2019/771 ma jiġi affettwat minn din ir-responsabbiltà tal-produttur f’każ ta’ tiswija bħala rimedju għal nuqqas ta’ konformità.

Emenda 27

Proposta għal direttiva

Premessa 28d (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(28d)

Sabiex il-konsumaturi jiġu inċentivati jagħżlu t-tiswija, jenħtieġ li l-garanzija kummerċjali ma jkun fiha l-ebda terminu li jiskoraġġixxi lill-konsumaturi milli jagħmlu użu mid-dritt għat-tiswija ta’ oġġett li ma jkunx konformi.

Emenda 28

Proposta għal direttiva

Premessa 30

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)

Sabiex l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu jadattaw, jenħtieġ li jiġu introdotti dispożizzjonijiet tranżitorji dwar l-applikazzjoni ta’ uħud mill-Artikoli ta’ din id-Direttiva. Għalhekk, l-obbligi ta’ tiswija u ta’ għoti ta’ informazzjoni relatata dwar dan l-obbligu jenħtieġ li japplikaw għal kuntratti għall-forniment ta’ servizzi ta’ tiswija wara [ 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ]. L-emenda tad-Direttiva (UE) 2019/771 jenħtieġ li tapplika biss għal kuntratti ta’ bejgħ konklużi wara [ 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ] biex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali u biex il-bejjiegħa jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw għar-rimedji emendati ta’ tiswija u sostituzzjoni.

(30)

Sabiex l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu jadattaw, jenħtieġ li jiġu introdotti dispożizzjonijiet tranżitorji dwar l-applikazzjoni ta’ wħud mill-Artikoli ta’ din id-Direttiva. Għalhekk, l-obbligi ta’ tiswija u ta’ għoti ta’ informazzjoni relatata dwar dan l-obbligu jenħtieġ li japplikaw għal kuntratti għall-forniment ta’ servizzi ta’ tiswija wara ... [ 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ]. L-emenda tad-Direttiva (UE) 2019/771 jenħtieġ li tapplika biss għal kuntratti ta’ bejgħ konklużi wara ... [ 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ] biex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali u biex il-bejjiegħa jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw għar-rimedji emendati ta’ tiswija u sostituzzjoni.

Emenda 29

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli komuni li jippromwovu t-tiswija ta’ oġġetti, bil-ħsieb li tikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern, filwaqt li tipprevedi livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur u tal-ambjent.

1.   Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli komuni li jsaħħu d-dritt għat-tiswija ta’ oġġetti għall-konsumaturi , bil-ħsieb li tikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern, filwaqt li tipprevedi livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur u tal-ambjent.

Emenda 30

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.

“tiswija” tfisser li prodott difettuż jew skart jitreġġa’ lura f’kundizzjoni biex jissodisfa l-użu maħsub tiegħu;

Emenda 31

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.

“sewwej” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li, relatata mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni ta’ dik il-persuna, tipprovdi servizz ta’ tiswija, inklużi produtturi u bejjiegħa li jipprovdu servizzi ta’ tiswija u fornituri ta’ servizzi ta’ tiswija kemm jekk indipendenti kif ukoll jekk affiljati ma’ tali produtturi jew bejjiegħa;

2.

“sewwej” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li, relatata mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni ta’ dik il-persuna, tipprovdi servizz ta’ tiswija, inklużi produtturi u bejjiegħa li jipprovdu servizzi ta’ tiswija u fornituri ta’ servizzi ta’ tiswija kemm jekk sewwejja indipendenti , sewwejja professjonali kif ukoll jekk affiljati ma’ tali produtturi jew bejjiegħa;

Emenda 32

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.

“operatur indipendenti” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, għajr rappreżentant, negozjant jew sewwej awtorizzat, li tkun direttament jew indirettament involuta fit-tiswija u fil-manutenzjoni tal-oġġett, u inklużi s-sewwejja, il-manifatturi jew id-distributuri ta’ tagħmir tat-tiswija, għodod jew partijiet ta’ rikambju, kif ukoll il-pubblikaturi ta’ informazzjoni teknika, l-operaturi ta’ assistenza, l-operaturi li joffru servizzi ta’ spezzjoni u ttestjar, l-operaturi li joffru taħriġ għall-installaturi u l-fornituri ta’ servizzi remoti;

Emenda 33

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a.

“fornitur tas-servizzi ta’ eżekuzzjoni” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li toffri, waqt attività kummerċjali, mill-inqas tnejn mis-servizzi li ġejjin: il-ħażna, l-imballaġġ, l-indirizzar u d-dispaċċ ta’ prodott, mingħajr ma jkun hemm sjieda tal-prodott, bl-eċċezzjoni tas-“servizzi postali” kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (1), tad-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (1a) , tas-“servizzi tal-konsenja tal-pakketti” kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2018/644 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill  (1b) , u ta’ kwalunkwe servizz postali jew servizz ta’ trasport tal-merkanzija ieħor;

 

 

Emenda 34

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li qabel ma konsumatur jintrabat b’kuntratt għall-forniment ta’ servizzi ta’ tiswija, is-sewwej għandu jipprovdi lill-konsumatur, fuq talba , bil-Formola Ewropea ta’ Informazzjoni dwar it-Tiswija stabbilita fl-Anness I fuq mezz durabbli skont it-tifsira tal-Artikolu 2 (11) tad-Direttiva (UE) 2019/771.

1.    Is-sewwejja jistgħu jipprovdu lill-konsumatur, il-Formola Ewropea ta’ Informazzjoni dwar it-Tiswija stabbilita fl-Anness I ta’ din id-Direttiva fuq mezz durabbli skont it-tifsira tal-Artikolu 2(11) tad-Direttiva (UE) 2019/771. F’tali każijiet, il-produtturi jew l-operatur ekonomiku rilevanti skont l-Artikolu 5 ta’ din id-Direttiva għandhom jipprovdu lis-sewwej b’mod ċar l-informazzjoni meħtieġa għas-sewwej biex jimla l-Formola Ewropea ta’ Informazzjoni dwar it-Tiswija.

Emenda 35

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.     Is-sewwejja l-oħra li mhumiex obbligati li jsewwu bis-saħħa tal-Artikolu 5 ma għandhomx ikunu obbligati jipprovdu l-Formola Ewropea ta’ Informazzjoni dwar it-Tiswija meta ma jkollhomx l-intenzjoni li jipprovdu s-servizz ta’ tiswija.

imħassar

Emenda 36

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-sewwej jista’ jitlob lill-konsumatur iħallas l-ispejjeż meħtieġa li jġarrab is-sewwej biex jipprovdi l-informazzjoni inkluża fil-Formola Ewropea ta’ Informazzjoni dwar it-Tiswija .

Meta jkun meħtieġ eżami fiżiku inkluża valutazzjoni fuq il-post tal-prodott biex jiġi stmat il-prezz tat-tiswija, is-sewwej jista’ jitlob lill-konsumatur iħallas il-kostijiet meħtieġa involuti għal tali eżami fiżiku .

Emenda 37

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 4 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)

il-prezz jew, jekk il-prezz ma jistax jiġi kkalkulat raġonevolment bil-quddiem, il-mod li bih il-prezz għandu jiġi kkalkulat u l-prezz massimu għat-tiswija ;

(e)

il-prezz massimu mistenni għat-tiswija inkluż iżda mhux limitat għall-kostijiet għal partijiet ta’ rikambju, kostijiet lavorattivi, kostijiet għall-imposti fuq il-merkanzija, il-konsenja jew il-posta, jew, jekk il-prezz totali inkella kwalunkwe sottoparti tiegħu ma jistgħux jiġu kkalkulati raġonevolment bil-quddiem, il-mod li bih il-prezz għandu jiġi kkalkulat;

Emenda 38

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 4 – punt ia (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ia)

informazzjoni addizzjonali pprovduta volontarjament mis-sewwej.

Emenda 39

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fuq talba tal-konsumatur, il-produttur għandu jsewwi , bi ħlas, b’xejn jew għal kwalunkwe tip ta’ kunsiderazzjoni oħra , oġġetti li r-rekwiżiti ta’ tiswija tagħhom huma previsti fl-atti legali tal-Unjoni elenkati fl-Anness II . Il-produttur ma għandux ikun obbligat li jsewwi tali oġġetti meta t-tiswija tkun impossibbli. Il-produttur jista’ jissottokuntratta t-tiswija sabiex jissodisfa l-obbligu tiegħu li jsewwi.

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fuq talba tal-konsumatur, il-produttur għandu jsewwi l-oġġetti li huma elenkati fl-Anness II , irrispettivament jekk ir-rekwiżiti tat-tiswija għal dawk l-oġġetti huma previsti fl-atti legali tal-Unjoni jew mhumiex . Il-produttur ma għandux ikun obbligat li jsewwi tali oġġetti meta t-tiswija tkun fattwalment jew legalment impossibbli. Il-produttur ma għandux jirrifjuta t-talba tal-konsumatur purament minħabba kunsiderazzjonijiet ekonomiċi bħall-kostijiet. Il-produttur jista’ jissottokuntratta t-tiswija sabiex jissodisfa l-obbligu tiegħu li jsewwi. F’tali każijiet, il-produttur għandu jipprovdi lis-sewwej bl-informazzjoni rilevanti kollha biex jippermetti lis-sewwej jissodisfa l-obbligi tiegħu.

Emenda 40

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.

It-tiswija skont il-paragrafu 1 għandha titwettaq soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

 

(a)

għandha ssir jew mingħajr ħlas jew bi skambju ta’ kunsiderazzjoni;

 

(b)

għandha titwettaq fi żmien raġonevoli mill-mument li fih il-produttur ikollu l-pussess fiżiku tal-oġġett, ikun irċieva l-oġġett jew ikun ingħata aċċess għall-oġġett mill-konsumatur;

 

(c)

il-produttur jista’ jipprovdi b’self lill-konsumatur oġġett ta’ sostituzzjoni, b’xejn jew bi ħlas raġonevoli, għall-perjodu tat-tiswija; u

 

(d)

f’każijiet fejn it-tiswija tkun fattwalment jew legalment impossibbli, il-produttur jista’ jipprovdi lill-konsumatur bi prodott rinnovat li għandu mal-aċċettazzjoni mill-konsumatur jirrilaxxa lill-produttur mill-obbligu tat-tiswija skont dan l-Artikolu.

Emenda 41

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Meta l-produttur li jkun obbligat li jsewwi skont il-paragrafu 1 jkun stabbilit barra mill-Unjoni, ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu fl-Unjoni għandu jwettaq l-obbligu tal-produttur. Meta l-produttur ma jkollu l-ebda rappreżentant awtorizzat fl-Unjoni, l-importatur tal-oġġett ikkonċernat għandu jwettaq l-obbligu tal-produttur. Jekk ma jkun hemm l-ebda importatur, id-distributur tal-oġġett ikkonċernat għandu jwettaq l-obbligu tal-produttur.

2.   Meta l-produttur li jkun obbligat li jsewwi skont il-paragrafu 1 ikun stabbilit barra mill-Unjoni, huwa għandu jaħtar, permezz ta’ mandat bil-miktub, rappreżentant awtorizzat biex jiżgura l-konformità ma’ din id-Direttiva. Għandu jiżgura li r-rappreżentant awtorizzat tiegħu jkollu r-riżorsi u l-mandat biex jissodisfa l-obbligi stabbiliti f’din id-Direttiva .

 

Meta l-produttur ma jkollu l-ebda rappreżentant awtorizzat fl-Unjoni, l-importatur tal-oġġett ikkonċernat għandu jwettaq l-obbligu tal-produttur. Jekk ma jkun hemm l-ebda importatur, il-fornitur ta’ servizz ta’ eżekuzzjoni tal-oġġett ikkonċernat għandu jwettaq l-obbligu tal-produttur. Jekk ma jkun hemm l-ebda fornitur ta’ servizz ta’ eżekuzzjoni, id-distributur tal-oġġett ikkonċernat għandu jwettaq l-obbligu tal-produttur.

Emenda 42

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Il-produtturi għandhom jiżguraw li s-sewwejja indipendenti jkollhom aċċess għal partijiet ta’ rikambju u għal informazzjoni u għodod relatati mat-tiswija f’konformità mal-atti legali tal-Unjoni elenkati fl-Anness II .

3.    Għall-oġġetti kollha elenkati fl-Anness II ta’ din id-Direttiva, il-produtturi għandhom jiżguraw li s-sewwejja , il-manifatturi mill-ġdid u r-rinnovaturi indipendenti kif ukoll l-utenti aħħarin jkollhom aċċess għall-partijiet ta’ rikambju kollha u għall-informazzjoni u l-għodod kollha relatati mat-tiswija , inklużi l-għodod dijanjostiċi, b’kost raġonevoli u nondiskriminatorju għal perjodu li jikkorrispondi mill-inqas għal tul tal-ħajja mistenni tal-prodott. L-aċċess għall-għodod dijanjostiċi għandu jiġi pprovdut soġġett għar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali kif definit fl-Artikolu 2, il- punt (1), tad-Direttiva (UE) 2016/943 .

Emenda 43

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.     Il-produtturi għandhom jagħmlu disponibbli fuq is-siti web tagħhom l-informazzjoni kollha relatata mat-tiswija, bħall-prezzijiet tat-tiswija u l-prezzijiet tal-partijiet ta’ rikambju għall-oġġetti elenkati fl-Anness II.

Emenda 44

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 3b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b.     Il-produtturi ma għandhomx jimpedixxu t-tiswija permezz ta’ kwalunkwe teknika kuntrattwali, tal-hardware jew tas-software. Il-produtturi ma għandhomx jimpedixxu l-użu ta’ partijiet ta’ rikambju oriġinali jew użati, partijiet ta’ rikambju kompatibbli u partijiet ta’ rikambju maħruġa mill-istampar 3D, minn sewwejja indipendenti meta dawk il-partijiet ta’ rikambju jkunu konformi mar-rekwiżiti skont il-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni.

Emenda 45

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 - paragrafu 3c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3c.     Il-produtturi ma għandhomx jirrifjutaw li jagħmlu manutenzjoni ta’ apparat jew isewwu tali apparat li jkun inxtara jew issewwa minn qabel barra mis-servizz awtorizzat jew min-networks tad-distribuzzjoni tagħhom.

Emenda 46

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 15 biex temenda l-Anness II billi taġġorna l-lista ta’ atti legali tal-Unjoni li jistabbilixxu r-rekwiżiti ta’ tiswija fid-dawl tal-iżviluppi leġiżlattivi.

4.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 15 biex temenda l-Anness II billi żżid oġġetti ġodda li jistgħu jissewwew mal-lista fid-dawl tal-iżviluppi leġiżlattivi jew tas-suq .

Emenda 47

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-produtturi jinfurmaw lill-konsumaturi dwar l-obbligu tagħhom li jsewwu skont l-Artikolu 5 jipprovdu informazzjoni dwar is-servizzi ta’ tiswija b’mod faċilment aċċessibbli, ċar u li jinftiehem, pereżempju permezz tal-pjattaforma online msemmija fl-Artikolu 7.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-produtturi jew il-bejjiegħa jinfurmaw lill-konsumaturi dwar l-obbligu tagħhom li jsewwu skont l-Artikolu 5 u jipprovdu informazzjoni dwar is-servizzi ta’ tiswija mingħajr ħlas, b’mod faċilment aċċessibbli, ċar u li jinftiehem, pereżempju permezz tal-pjattaforma online msemmija fl-Artikolu 7 , is-siti web rilevanti tagħhom jew fil-punt tal-bejgħ .

Emenda 48

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tkun teżisti mill-anqas pjattaforma online waħda għat-territorju tagħhom li tippermetti lill-konsumaturi jsibu sewwejja . Dik il-pjattaforma għandha :

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tkun teżisti mill-anqas pjattaforma online waħda għat-territorju tagħhom . L-Istati Membri għandhom jippromwovu b’mod partikolari inizjattivi privati mmirati lejn l-istabbiliment ta’ tali pjattaformi online. Tali pjattaformi online għandhom jippermettu lill-konsumaturi jsibu sewwejja b’mod faċli, inklużi tiswija mmexxija mill-komunità u kafetteriji tat-tiswija u għandhom :

Emenda 49

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

jinkludu funzjonijiet ta’ tiftix fir-rigward ta’ oġġetti, il-post tas-servizzi ta’ tiswija, il-kundizzjonijiet tat-tiswija, inkluż il-ħin meħtieġ biex titlesta t-tiswija, id-disponibbiltà ta’ oġġetti ta’ sostituzzjoni temporanja u l-post fejn il-konsumatur jgħaddi l-oġġetti għat-tiswija, id-disponibbiltà u l-kundizzjonijiet ta’ servizzi anċillari, inklużi l-ġarr, l-installazzjoni u t-trasport, offruti mis-sewwejja, u l-istandards ta’ kwalità Ewropej jew nazzjonali applikabbli;

(a)

jinkludu funzjonijiet ta’ tiftix fir-rigward ta’ oġġetti, il-post tas-servizzi ta’ tiswija, inkluża funzjoni bbażata fuq il-mapep, il-possibbiltà ta’ forniment ta’ servizzi transfruntiera, il-kundizzjonijiet tat-tiswija, inkluż il-ħin meħtieġ biex titlesta t-tiswija, id-disponibbiltà ta’ oġġetti ta’ sostituzzjoni temporanja u l-post fejn il-konsumatur jgħaddi l-oġġetti għat-tiswija, id-disponibbiltà u l-kundizzjonijiet ta’ servizzi anċillari, inklużi l-ġarr, l-installazzjoni u t-trasport, offruti mis-sewwejja, u l-istandards ta’ kwalità Ewropej jew nazzjonali applikabbli;

Emenda 50

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)

jinformaw lill-konsumaturi dwar l-inċentivi finanzjarji u fiskali applikabbli biex jitnaqqsu l-kostijiet tat-tiswija;

Emenda 51

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)

jippermettu li l-konsumaturi jipprovdu rieżami jew klassifikazzjoni, li jirriflettu l-kwalità tax-xogħol tas-sewwejja;

Emenda 52

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Kull meta jkun hemm mill-inqas pjattaforma waħda fit-territorju ta’ Stat Membru bi sjieda privata li tissodisfa r-rekwiżiti elenkati fl-ewwel subparagrafu, l-obbligu f’dak is-subparagrafu jitqies li ġie ssodisfat mill-Istat Membru rispettiv.

Emenda 53

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Ir-reġistrazzjoni fuq il-pjattaforma online għas-sewwejja, kif ukoll għall-bejjiegħa ta’ oġġetti soġġetti għal rinnovazzjoni u għax-xerrejja ta’ oġġetti difettużi għar-rinnovazzjoni, għandha tkun volontarja. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-aċċess għall-pjattaforma f’konformità mad-dritt tal-Unjoni. L-użu tal-pjattaforma online għandu jkun mingħajr ħlas għall-konsumaturi.

3.   Ir-reġistrazzjoni fuq il-pjattaforma online għas-sewwejja, kif ukoll għall-inizjattivi ta’ tiswija mill-komunità bħall-kafetteriji tat-tiswija, għall-bejjiegħa ta’ oġġetti soġġetti għal rinnovazzjoni u għax-xerrejja ta’ oġġetti difettużi għar-rinnovazzjoni, għandha tkun volontarja. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-aċċess għall-pjattaforma f’konformità mal-liġi tal-Unjoni. L-użu tal-pjattaforma online għandu jkun mingħajr ħlas għall-konsumaturi.

Emenda 54

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pjattaformi online jkunu aċċessibbli, u jiżguraw li l-informazzjoni pprovduta tkun aġġornata, u ppreżentata b’mod faċli għall-konsumatur.

Emenda 55

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 3b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b.     L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-links tal-pjattaformi online eżistenti għat-tiswija fit-territorju tagħhom sa ... [12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva] u l-link ta’ kull pjattaforma online ġdida għat-tiswija fi żmien 14-il jum tax-xogħol mit-tnedija tagħha. Il-Kummissjoni għandha żżomm bażi tad-data disponibbli għall-pubbliku, faċilment aċċessibbli u li tinqara mill-magni tal-pjattaformi online għat-tiswija rreġistrati fi ħdan l-Istati Membri.

Emenda 56

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 3c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3c.     L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jinfurmaw lill-konsumaturi, lill-operaturi ekonomiċi rilevanti u lill-bejjiegħa dwar id-disponibbiltà tal-pjattaformi online stabbiliti skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u biex il-konsumaturi jkollhom aċċess faċli għalihom.

Emenda 57

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 3d (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3d.     L-operatur ekonomiku rilevanti jew pjattaforma online li tippermetti lill-konsumaturi jikkonkludu kuntratti mill-bogħod għandhom jipprovdu lill-konsumaturi b’informazzjoni dwar id-disponibbiltà tal-pjattaformi online, stabbiliti skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, fit-territorju tagħhom.

Emenda 58

Proposta għal direttiva

Artikolu 7a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 7a

 

Miżuri għall-Intrapriżi Mikro, Żgħar u ta’ Daqs Medju (MSMEs)

 

1.     L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jappoġġaw lill-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju skont it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE biex jikkonformaw mar-rekwiżiti u l-obbligi stabbiliti f’din id-Direttiva. Dawk il-miżuri għandhom mill-inqas jinkludu:

 

(a)

linji gwida jew miżuri simili għas-sensibilizzazzjoni dwar kif tintlaħaq il-konformità mar-rekwiżiti u l-obbligi stabbiliti f’din id-Direttiva;

 

(b)

taħriġ imfassal apposta għall-intraprendituri u l-impjegati tagħhom.

Emenda 59

Proposta għal direttiva

Artikolu 9a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 9a

 

Miżuri tal-Istati Membri li jippromwovu t-tiswija

 

1.     L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jippromwovu t-tiswija.

 

2.     Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu, pereżempju, jieħdu l-forma ta’ vawċers għat-tiswija, fondi nazzjonali għat-tiswija jew azzjonijiet u inċentivi oħra.

 

3.     L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni l-miżuri meħuda skont il-paragrafu 1. Sa ... [12-il xahar wara d-data tat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva], il-Kummissjoni għandha tagħmel dawk il-miżuri disponibbli għall-pubbliku. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar il-miżuri applikabbli sa ... [12-il xahar wara d-data tat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva].

 

4.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-libertajiet fundamentali li jiġu pprovduti servizzi u ta’ stabbiliment kif minquxa fit-Trattati japplikaw għall-fornituri ta’ servizzi ta’ tiswija, inkluż f’konformità mad-Direttiva (UE) 2018/958, kif applikabbli. Barra minn hekk, l-Istati Membri ma għandhomx jintroduċu fil-liġijiet nazzjonali tagħhom rekwiżiti ta’ kwalifika mhux ġustifikati għal servizzi ta’ tiswija professjonali u lanqas ma għandhom iwettqu kontrolli, spezzjonijiet jew investigazzjonijiet li mhumiex ġustifikati fid-dawl ta’ dawk il-libertajiet fundamentali.

 

5.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornitur ta’ tiswija għandu jkun responsabbli għal kwalunkwe nuqqas ta’ konformità għall-parti jew il-partijiet, l-aspetti jew il-karatteristika msewwija tal-oġġett, li jkun jeżisti fiż-żmien meta l-konsumatur ikun irċieva l-oġġett imsewwi u li joħroġ fid-dieher f’perjodu minimu ta’ mill-inqas 12-il xahar minn dak iż-żmien.

 

6.     L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu prattiki li jimpedixxu lill-konsumaturi milli jeżerċitaw id-dritt tagħhom għat-tiswija, inkluż iżda mhumiex limitat għal:

 

(a)

projbizzjoni ta’ prattiki li jwasslu l-konsumaturi jaħsbu li l-oġġett tagħhom ma jistax jissewwa minħabba tiswija jew spezzjonijiet preċedenti minn sewwej indipendenti, sewwej mhux professjonali jew utenti aħħarin, jew li jwassluhom jaħsbu li din tista’ tiġġenera riskji relatati mas-sikurezza;

 

(b)

projbizzjoni ta’ kwalunkwe teknika kuntrattwali, ta’ hardware jew ta’ software li tista’ tipprevjeni jew tillimita t-tiswija u l-projbizzjoni tar-rifjut tat-tiswija ta’ oġġett li jkun issewwa qabel minn sewwej indipendenti, sewwej mhux professjonali jew utent aħħari.

Emenda 60

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-garanziji kummerċjali ta’ durabbiltà mibjugħa flimkien mal-garanzija legali skont id-Direttiva (UE) 2019/771, għandhom dejjem jinkludu dritt għat-tiswija għall-prodott kopert matul id-durata tagħhom. Meta jippromwovu l-garanzija kummerċjali, il-produtturi għandhom jiżguraw li jiġi pprovdut sommarju tal-kundizzjonijiet tal-garanzija kummerċjali b’mod ċar u preċiż, sabiex il-konsumaturi jkunu konxji bis-sħiħ mid-drittijiet tagħhom u ma jiġux imqarrqa.

Emenda 61

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kriterji mhux eżawrjenti u indikattivi li ġejjin jitqiesu għall-impożizzjoni ta’ penali, meta xieraq:

 

(a)

in-natura, il-gravità, l-iskala u t-tul ta’ żmien tal-ksur;

 

(b)

il-kapaċitajiet finanzjarji u d-daqs tal-intrapriża kkonċernata;

 

(c)

kwalunkwe azzjoni meħuda mill-bejjiegħ jew mill-produttur biex ittaffi jew tirrimedja d-dannu mġarrab mill-konsumaturi;

 

(d)

kwalunkwe ksur preċedenti mill-bejjiegħ jew mill-produttur;

 

(e)

il-benefiċċji finanzjarji miksuba jew it-telf evitat mill-bejjiegħ jew mill-produttur dovuti għall-ksur, jekk id-data rilevanti tkun disponibbli;

 

(f)

il-penali imposti fuq il-bejjiegħ jew il-produttur għall-istess ksur fi Stati Membri oħra f’każijiet transfruntiera fejn informazzjoni dwar tali penali tkun disponibbli permezz tal-mekkaniżmu stabbilit mir-Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

 

(g)

kwalunkwe fattur aggravanti jew mitiganti ieħor applikabbli għaċ-ċirkostanzi tal-każ.

Emenda 62

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jkollhom jiġu imposti penali skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2017/2394, huma jinkludu l-possibbiltà li jew jiġu imposti multi permezz ta’ proċeduri amministrattivi jew li jinbdew proċedimenti legali sabiex jiġu imposti multi, jew it-tnejn li huma, fejn l-ammont massimu ta’ tali multi jkun tal-inqas 4 % tal-fatturat annwali tal-bejjiegħ jew tal-produttur fl-Istat Membru jew fl-Istati Membri kkonċernati.

Emenda 63

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1c.     Għall-każijiet fejn ikollha tiġi imposta multa f’konformità mal-paragrafu 1b, iżda ma tkunx disponibbli informazzjoni dwar il-fatturat annwali tal-bejjiegħ jew tal-produttur, l-Istati Membri għandhom jintroduċu l-possibbiltà li jimponu multi, li l-ammont massimu tagħhom għandu jkun tal-inqas EUR 2 miljun.

Emenda 64

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Sa 24 -il xahar mid-dħul fis-seħħ, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bir-regoli u bil-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

2.   Sa 18 -il xahar mid-dħul fis-seħħ, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bir-regoli u bil-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

Emenda 65

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)

Direttiva (UE) 2019/771

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt d

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

Id-Direttiva (UE) 2019/771 hija emendata kif ġej:

 

(-1)

Fl-Artikolu 7(1), il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

(d)

jikkorrispondu għall-kwantità u jkollhom il-kwalitajiet u karatteristiċi oħrajn, inkluż f’termini ta’ durabbiltà, funzjonalità, kompatibbiltà u sigurtà, normali għal oġġetti tal-istess tip u li l-konsumatur jista’ raġonevolment jistenna fid-dawl tan-natura tal-oġġetti u ta’ kull dikjarazzjoni pubblika magħmula minn jew f’isem il-bejjiegħ jew persuni oħra f’ħoloq aktar preċedenti tal-katina tat-tranżazzjonijiet, inkluż il-produttur, partikolarment fir-reklamar jew fuq it-tikkettar.

(d)

jikkorrispondu għall-kwantità u jkollhom il-kwalitajiet u karatteristiċi oħrajn, inkluż f’termini ta’ durabbiltà , possibbiltà ta’ tiswija , funzjonalità, kompatibbiltà u sigurtà, normali għal oġġetti tal-istess tip u li l-konsumatur jista’ raġonevolment jistenna fid-dawl tan-natura tal-oġġetti u ta’ kull dikjarazzjoni pubblika magħmula minn jew f’isem il-bejjiegħ jew persuni oħra f’ħoloq aktar preċedenti tal-katina tat-tranżazzjonijiet, inkluż il-produttur, partikolarment fir-reklamar jew fuq it-tikkettar.”

Emenda 66

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a (ġdid)

Direttiva (UE) 2019/771

Artikolu 13 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1)

l-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:

Fl-Artikolu 13(2) tad-Direttiva (UE) 2019/771 , tiżdied is-sentenza li ġejja :

(a)

Fil-paragrafu 2 , jiżdiedis-subparagrafu li ġej :

B’deroga mill-ewwel sentenza ta’ dan il-paragrafu , meta l-kostijiet tas-sostituzzjoni jkunu daqs jew ogħla mill-kostijiet tat-tiswija, il-bejjiegħ għandu jsewwi l-oġġetti sabiex iġib dawk l-oġġetti f’konformità.”

B’deroga mill-ewwel subparagrafu , meta l-kostijiet tas-sostituzzjoni jkunu daqs jew ogħla mill-kostijiet tat-tiswija, il-bejjiegħ għandu jsewwi l-oġġetti sabiex iġib dawk l-oġġetti f’konformità , sakemm it-tiswija ma tkunx fattwalment jew legalment impossibbli jew toħloq inkonvenjenza sinifikanti lill-konsumatur .”

Emenda 67

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b (ġdid)

Direttiva (UE) 2019/771

Artikolu 13 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(b)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

“3a.     Fil-każ li l-konsumatur jagħżel it-tiswija bħala rimedju biex l-oġġetti jinġabu f’konformità, il-konsumatur jista’ wkoll jitlob direttament lill-produttur biex iġib l-oġġetti f’konformità. It-twettiq ta’ din it-talba mill-produttur jitqies li jeħles lill-bejjiegħ mir-responsabbiltà tiegħu skont l-Artikolu 10.

Emenda 68

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt 1 – punt c (ġdid)

Direttiva (UE) 2019/771

Artikolu 13 – paragrafu 4a (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(c)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

“4a.     Meta, f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-oġġett ikun inġieb f’konformità permezz ta’ tiswija, il-bejjiegħ jew il-produttur għandu jkun responsabbli għal kwalunkwe nuqqas ta’ konformità li jkun jeżisti fiż-żmien meta l-konsumatur ikun irċieva l-oġġetti msewwija u li jimmanifesta ruħu fi żmien sena (1) wara dak iż-żmien dment li l-Istati Membri jkunu żammew jew introduċew limiti ta’ żmien għall-konformità tal-oġġett oriġinali f’konformità mal-Artikolu 10, il-paragrafi 1, 2 u 3. Dan a għandux japplika jekk il-bejjiegħ ikun diġà rnexxielu jsewwu l-oġġetti f’konformità mal-Artikolu 10. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7(3), dan il-paragrafu għandu japplika wkoll għal oġġetti b’elementi diġitali. Dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għal limiti ta’ żmien oħra skont l-Artikolu 10 u pretensjonijiet ulterjuri tal-konsumatur.”

Emenda 69

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid) – punt a (ġdid)

Direttiva (UE) 2019/771

Artikolu 14 - paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(1a)

L-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej:

 

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

1.   Tiswijiet jew sostituzzjonijiet għandhom jitwettqu:

1.   It-tiswijiet għandhom jitwettqu:

(a)

bla ħlas;

(a)

bla ħlas;

(b)

fi żmien raġonevoli mill-mument li l-bejjiegħ ikun ġie infurmat mill-konsumatur dwar in-nuqqas ta’ konformità ; u

(b)

fi żmien raġonevoli mill-mument li l-bejjiegħ ikun ġie infurmat mill-konsumatur dwar it-tiswija ;

(c)

mingħajr ebda inkonvenjent sinifikanti għall-konsumatur, filwaqt li jitqiesu n-natura tal-oġġetti u l-iskop li għalih il-konsumatur kellu bżonn l-oġġetti.

(c)

mingħajr ebda inkonvenjenza sinifikanti għall-konsumatur, filwaqt li jitqiesu n-natura tal-oġġetti u l-iskop li għalih il-konsumatur kellu bżonn l-oġġetti ; u

 

(ca)

skont l-ispeċifiċitajiet tal-kategorija tal-prodott rilevanti, b’mod partikolari tad-disponibbiltà permanenti tagħha għall-konsumatur, il-bejjiegħ għandu jipprovdi lill-konsumatur mingħajr ħlas b’oġġett ta’ sostituzzjoni, inkluż oġġett rinnovat b’self jekk it-tiswija ma tkunx tista’ titlesta matul il-perjodu msemmi fil-punt (b).

Emenda 70

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid) – punt b (ġdid)

Direttiva (UE) 2019/771

Artikolu 14 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(b)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

“1a.     Is-sostituzzjonijiet għandhom jitwettqu:

 

(a)

bla ħlas;

 

(b)

fi żmien raġonevoli mill-mument li l-bejjiegħ ikun ġie infurmat mill-konsumatur dwar in-nuqqas ta’ konformità;

 

(c)

mingħajr ebda inkonvenjenza sinifikanti għall-konsumatur, filwaqt li jitqiesu n-natura tal-oġġetti u l-iskop li għalih il-konsumatur ikun akkwista l-oġġetti;

 

(d)

fuq talba espliċita tal-konsumatur, billi jiġi offrut oġġett rinnovat.”

Emenda 71

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid) – punt c (ġdid)

Direttiva (UE) 2019/771

Artikolu 14 – paragrafu 4a (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(c)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

“4a.     Fil-każ li l-konsumatur jiddeċiedi, skont l-Artikolu 13(3a), li l-produttur għandu jġib l-oġġetti f’konformità permezz ta’ tiswija, il-produttur għandu jitqies bħala l-bejjiegħ għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu.”

Emenda 72

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt 1b (ġdid)

Direttiva (UE) 2019/771

Artikolu 17 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(1b)

Fl-Artikolu 17, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

“1a.     Il-garanzija kummerċjali hija mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-konsumatur skont l-Artikolu 13(3a) li jagħżel li l-produttur isewwi oġġett li ma jkunx konformi. Kwalunkwe terminu tal-garanzija kummerċjali li jiskoraġġixxi lill-konsumatur milli jeżerċita d-dritt tiegħu skont l-Artikolu 13(3a) għandu jitqies null.”

Emenda 73

Proposta għal direttiva

Artikolu 14a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 14a

 

Rapport ta’ evalwazzjoni

 

1.     Sa ... [5 snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ din id-Direttiva u tivvaluta l-kontribut tagħha, u b’mod partikolari l-Artikoli 5, 9a u 12, għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern, il-livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur u t-titjib tas-sostenibbiltà ambjentali tal-prodotti, kif ukoll l-impatt tagħhom fuq in-negozji, b’mod partikolari fuq l-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju.

 

Fir-rigward tal-Artikolu 7 għandha tivvaluta u tevalwa l-effettività tal-pjattaformi online għat-tiswija abbażi ta’ data mill-Istati Membri individwali, li jkun fiha informazzjoni dwar l-għadd ta’ fornituri attivi fis-servizz tat-tiswija, il-konsumaturi u l-għadd ta’ tranżazzjonijiet imwettqa.

 

2.     Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar is-sejbiet ewlenin u tippreżentah lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni meħtieġa għat-tħejjija ta’ dak ir-rapport.

 

3.     Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn xieraq, bi proposta leġiżlattiva.

Emenda 74

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-Artikolu 5(1) u (2) u l-Artikolu 6 ta’ din id-Direttiva ma għandhomx japplikaw għal kuntratti għall-forniment ta’ servizzi ta’ tiswija konklużi qabel [ 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ].

1.   L-Artikolu 5(1) u (2) u l-Artikolu 6 ta’ din id-Direttiva ma għandhomx japplikaw għal kuntratti għall-forniment ta’ servizzi ta’ tiswija konklużi qabel ... [ 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ].

Emenda 75

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-Artikolu 12 ta’ din id-Direttiva ma għandux japplika għal kuntratti ta’ bejgħ konklużi qabel [ 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ]

2.   L-Artikolu 12 ta’ din id-Direttiva ma għandux japplika għal kuntratti ta’ bejgħ konklużi qabel ... [ 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ].

Emenda 76

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn [ 24 xahar mid-dħul fis-seħħ]. Huma għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni f’dak ir-rigward.

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn [ 18-il xahar mid-dħul fis-seħħ]. Huma għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni f’dak ir-rigward.

Emenda 77

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom japplikaw dawk il-miżuri minn [ 24 xahar mid-dħul fis-seħħ].

L-Istati Membri għandhom japplikaw dawk il-miżuri minn ... [ 18-il xahar mid-dħul fis-seħħ].

Emenda 78

Proposta għal direttiva

Anness I – Parti 2 – tabella - linja 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-prezz tat-tiswija jew, jekk ma jistax jiġi kkalkulat, il-metodu ta’ kalkolu applikabbli u l-ogħla prezz tat-tiswija

Il-prezz massimu mistenni għat-tiswija jew, jekk ma jistax jiġi kkalkulat, il-metodu ta’ kalkolu applikabbli

Emenda 79

Proposta għal direttiva

Anness I – Parti 2 – tabella - linja 10a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Jekk applikabbli, informazzjoni addizzjonali pprovduta volontarjament mis-sewwej

Emenda 80

Proposta għal direttiva

Anness II – intestatura

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

LISTA TA’ ATTI LEGALI TAL-UNJONI L-ISTABBILIMENT TA’ REKWIŻITI TAL-POSSIBBILTÀ TA’ TISWIJA

LISTA TA’ ATTI LEGALI TAL-UNJONI LI JISTABBILIXXU R-REKWIŻITI TAL-POSSIBBILTÀ TA’ TISWIJA U LISTA TA’ OĠĠETTI LI JISTGĦU JISSEWWEW

Emenda 81

Proposta għal direttiva

Anness II – punt 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.

[Mobiles, telefowns mingħajr fili u tablets skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) .../… (29) ]

9.

Mobiles, telefowns mingħajr fili u tablets skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) .../… (29)

Emenda 82

Proposta għal direttiva

Anness II – punt 9a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

9a.

Roti


(1)  Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu (A9-0316/2023).

(12)  Id-Direttiva (UE) 2019/771 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw kuntratti għall-bejgħ ta’ oġġetti, li temenda r-Regolament (UE) 2017/2394 u d-Direttiva 2009/22/KE, u li tħassar id-Direttiva 1999/44/KE (ĠU L 136, 22.5.2019, p. 28).

(12)  Id-Direttiva (UE) 2019/771 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw kuntratti għall-bejgħ ta’ oġġetti, li temenda r-Regolament (UE) 2017/2394 u d-Direttiva 2009/22/KE, u li tħassar id-Direttiva 1999/44/KE (ĠU L 136, 22.5.2019, p. 28).

(14)  Id-Direttiva 2019/882/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 70).

(14)  Id-Direttiva 2019/882/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 70).

(15)  Id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsil (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64-88).

(15)  Id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsil (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64-88).

(16)  Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (riformulazzjoni) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10-35).

(16)  Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (riformulazzjoni) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10-35).

(17)  Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (riformulazzjoni).

(17)  Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (riformulazzjoni).

(18)  Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).

(18)  Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).

(20)  Ir-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi gateway diġitali unika li tipprovdi aċċess għal informazzjoni, għal proċeduri u għas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 1).

(20)  Ir-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi gateway diġitali unika li tipprovdi aċċess għal informazzjoni, għal proċeduri u għas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 1).

(1a)   Ara l-Ewrobarometru Flash 388 ta’ Ġunju 2014 bit-titolu “Attitudes of Europeans towards waste management and resource efficiency” (Attitudnijiet tal-Ewropej lejn il-ġestjoni tal-iskart u l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi).

(1a)   Id-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 1997 dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz (ĠU L 15, 21.1.1998, p. 14).

(1b)   Ir-Regolament (UE) 2018/644 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ April 2018 dwar servizzi tal-konsenja tal-pakketti transkonfini (ĠU L 112, 2.5.2018, p. 19).

(29)  …

(29)  …


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4233/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)