European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/4096

8.7.2024

Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Mejju 2024 – Pumpyanskiy vs Il-Kunsill

(Kawża T-272/24)

(C/2024/4096)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Dmitry Alexandrovich Pumpyanskiy (Ekaterinburg, ir-Russja) (rappreżentanti: G. Lansky, P. Goeth, A. Egger, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara, skont l-Artikolu 263, l-Artikolu 275(2) u l-Artikolu 277 TFUE, l-inapplikabbiltà ta’:

l-Artikolu 2(1)(f) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2022/329/PESK tal-25 ta’ Frar 2022; u tal-Artikolu 3(1)(f) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 269/2014 kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/330 tal-25 ta’ Frar 2022, u

l-Artikolu 2(1)(g) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2014/145/PESK kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1094 tal-5 ta’ Ġunju 2023 u tal-Artikolu 3(1)(g) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 269/2014 kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/1089 tal-5 ta’ Ġunju 2023;

(flimkien il-“kriterji tal-elenkar ikkontestati”); u/jew

tannulla, skont l-Artikolu 263(4) TFUE, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/847 tat-12 ta’ Marzu 2024 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK (1); kif ukoll tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/849 tat-12 ta’ Marzu 2024 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 (2) (flimkien l-“atti kkontestati”), sa fejn dawk l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent; u/jew

tannulla, fil-kuntest tal-atti kkontestati (skont l-Artikolu 263(4) TFUE), l-entrata tal-elenkar Nru 722, kif ippromulgata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1767 tat-13 ta’ Settembru 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK; u bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1765 tat-13 ta' Settembru 2023 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż skont l-Artikolu 134 tar-Regoli tal-Proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent iqajjem eċċezzjoni ta’ illegalità tal-kriterji tal-elenkar ikkontestati bħala li jiksru t-Trattati tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Istat tad-dritt dwar l-applikazzjoni tagħhom fir-rigward tar-rikorrent.

Barra minn hekk, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq li l-Kunsill kiser id-dritt tar-rikorrent għal smigħ taħt l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni previst fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE.

4.

Ir-raba' motiv, ibbażat fuq li d-deżinjazzjoni tar-rikorrent tikser illegalment ċerti drittijiet tar-rikorrent protetti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/847 tat-12 ta’ Marzu 2024 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK (ĠU L, 2024/847)

(2)   2 Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/849 tat-12 ta’ Marzu 2024 (ĠU L, 2024/849)


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4096/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)