|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/4073 |
8.7.2024 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-8 ta’ Mejju 2024 (talba għal deċiżjoni preliminari mis-Sąd Okręgowy w Krakowie – il-Polonja) – WN vs Santander Bank Polska S.A.
(Kawża C-424/22, Santander Bank Polska) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Risposta li tista’ tiġi dedotta b’mod ċar mill-ġurisprudenza - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 93/13/KEE - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Artikolu 6(1) u Artikolu 7(1) - Effetti tal-konstatazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżola - Kuntratt ta’ self ipotekarju ddenominat f’munita barranija li jinkludi klawżoli inġusti dwar il-valutazzjoni u r-rata tal-kambju - Nullità ta’ dan il-kuntratt - Effetti restitutorji - Dritt ta’ żamma)
(C/2024/4073)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Okręgowy w Krakowie
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: WN
Konvenut: Santander Bank Polska S.A.
Dispożittiv
L-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur,
għandhom jiġu interpretati fis-sens li:
jipprekludu interpretazzjoni ġurisprudenzjali tad-dritt nazzjonali skont liema, fil-kuntest tal-annullament ta’ kuntratt ta’ self ipotekarju konkluż ma’ konsumatur minn istituzzjoni bankarja, minħabba n-natura inġusta ta’ ċerti klawżoli ta’ dan il-kuntratt, l-invokazzjoni, minn dik l-istituzzjoni, ta’ dritt ta’ żamma twassal sabiex il-possibbiltà, għal dan il-konsumatur, li jikseb il-ħlas tas-somom li l-imsemmija istituzzjoni hija kkundannata għalihom skont l-effetti restitutorji tal-konstatazzjoni tan-natura inġusta ta’ dawn il-klawżoli, tiġi ssuġġettata għall-offerta konkomitanti lill-imsemmi konsumatur li jħallas lura jew li jiggarantixxi l-ħlas lura tal-benefiċċju li huwa kiseb mill-istess istituzzjoni taħt l-imsemmi kuntratt, indipendentement mir-rimborsi diġà mwettqa b’eżekuzzjoni tiegħu.
(1) Data ta’ preżentata: 27.6.2022.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4073/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)