European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/3985

24.6.2024

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11574 - L CATTERTON / KIKO)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/3985)

1.   

Fit-13 ta’ Ġunju 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

L Catterton Management Limited (“L Catterton”, l-Istati Uniti),

KIKO S.p.A. (“KIKO”, l-Italja).

L Catterton se takkwista indirettament, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Kiko kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

L Catterton hija ditta ta’ investiment iffukata fuq il-konsumatur, li l-kumpaniji tal-portafoll tagħha joperaw fin-negozju tal-bejgħ bl-imnut u tar-ristoranti, fin-negozju tal-ikel u tax-xorb, u negozji oħra tas-servizzi tal-konsumatur u tal-prodotti għall-konsumatur inklużi l-produzzjoni u l-bejgħ ta’ ħwejjeġ u aċċessorji tal-moda, kożmetiċi u prodotti tal-fwieħa mad-dinja kollha iżda primarjament fl-Istati Uniti,

KIKO toffri firxa wiesgħa ta’ kożmetiċi tal-massa (inklużi make-up u aċċessorji relatati mal-make-up), kura tal-ġilda, kura tal-ġisem, kura tax-xemx u aktar reċentement prodotti tal-kura tax-xagħar u fwejjaħ mad-dinja kollha iżda primarjament fl-UE, speċifikament fl-Italja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ koċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart (10) ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11574 - L CATTERTON / KIKO

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3985/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)