European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/3968

21.6.2024

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11204 – BUNGE / VITERRA)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/3968)

1.   

Fit-13 ta’ Ġunju 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Bunge Global SA (“Bunge”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

Viterra Limited (“Viterra”, in-Netherlands).

Bunge se takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Viterra kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

Bunge hija kumpannija agrikola kkwotata fil-Borża ta’ New York. Bunge hija attiva prinċipalment fil-bejgħ ta’ dqiq taż-żrieragħ żejtnin u żjut kif ukoll ta’ żjut veġetali oħra. Bunge tbigħ ukoll ħbub, inklużi qamħirrum, qamħ, xgħir u prodotti mitħuna, bħad-dqiq tal-qamħ, kif ukoll żrieragħ żejtnin mhux ipproċessati u prodotti oħra bħaz-zokkor,

Viterra bħalissa hija proprjetà ta’ Glencore, CPP Investments, BCI, u l-VEBT. Viterra tiffoka fuq ix-xiri u l-bejgħ ta’ għelejjel ta’ prodotti bażiċi mhux ipproċessati, b’mod partikolari ħbub u żrieragħ żejtnin. Viterra tbigħ ukoll prodotti mhux ipproċessati oħra bħall-qoton u z-zokkor, kif ukoll prodotti mitħuna (eż. dqiq tal-qamħ) u prodotti bbażati fuq iż-żerriegħa żejtnija (eż. dqiq u żejt).

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11204 – BUNGE / VITERRA

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz tal-posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3968/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)