European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/3950

20.6.2024

Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(C/2024/3950)

Image 1

Wiċċ nazzjonali għall-munita kommemorattiva l-ġdida ta’ EUR 2 maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Kroazja

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro kollha. Bil-għan li tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009  (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfatti ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti ta’ EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ EUR 2, iżda n-naħa nazzjonali tagħhom fiha disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż emittenti: Il-Kroazja

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: Varaždin (Stari grad Varaždin – il-Belt il-Qadima ta’ Varaždin)

Id-deskrizzjoni tad-disinn: Id-disinn jinkludi t-torri ċentrali tal-Kastell ta’ Varaždin (is-seklu 12–16). Varaždin tissemma għall-ewwel darba f’1181. Wara li sofrew telfiet enormi fl-invażjoni tat-Tartari tal-1242, inbniet bħala fortizza rjali, li kellha ssir magħrufa bħala l-Belt il-Qadima. Id-dehra tagħha nbidlet matul is-sekli: minn fortizza Medjevali qawwija mdawra b’fosos bl-ilma għall-fortizza ewlenija u armerija tal-Fruntiera Militari Slavonjana għall-kwartieri ġenerali militari ta’ Varaždin għall-kastell sabiħ Rinaxximentali. Bħalissa, il-Belt il-Qadima hija l-aktar binja storika importanti u stravaganti tal-Belt ta’ Varaždin, monument tal-ogħla kategorija tal-wirt arkitettorali Kroat.

Il-munita fiha wkoll l-isem tal-pajjiż emittenti “HRVATSKA” (il-Kroazja), is-sena tal-ħruġ “2024”, u l-kliem “STARI GRAD VARAŽDIN” (il-Belt il-Qadima ta’ Varaždin), li lkoll huma miktubin b’mod ċirkolari fin-naħa ta’ fuq u fil-qiegħ tad-disinn.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu: 200 000

Id-data tal-ħruġ: Ġunju 2024


(1)  Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar il-linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3950/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)