|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/3940 |
18.6.2024 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuna soġġetta għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/1729, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 356/2010, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/1724 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Somalja
(C/2024/3940)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuna li tidher fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2010/231/PESK (1), kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (PESK) 2024/1729 (2), u fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 356/2010 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2024/1724 (4) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Somalja.
Fil-21 ta' Mejju 2024, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 751 (1992) tal-KSNU approva ż-żieda ta' persuna waħda mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.
Il-persuna kkonċernata tista' fi kwalunkwe ħin tressaq talba lill-Kumitat tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 751 (1992), flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ta' ġustifikazzjoni, biex id-deċiżjoni li tiġi inkluża fil-lista tan-Nazzjonijiet Uniti tiġi rieżaminata. Din it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:
|
Focal Point for De-listing |
|
Security Council Subsidiary Organs Branch |
|
Room DC2 2034 |
|
United Nations |
|
New York, N.Y. 10017 |
|
United States of America |
|
Tel.: +1 917 367 9448 |
|
Fax: +1 212 963 1300 |
|
Posta elettronika: delisting@un.org |
Għal aktar informazzjoni, ara: https://www.un.org/securitycouncil/sanctions/delisting/delisting-requests
B'segwitu għad-deċiżjoni tan-NU, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddetermina li l-persuna indikata min-NU għandha tiġi inkluża fil-listi ta' persuni u entitajiet li huma soġġetti għal miżuri restrittivi previsti mid-Deċiżjoni 2010/231/PESK u r-Regolament (UE) Nru 356/2010. Ir-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista tal-persuna kkonċernata jinsabu fl-entrata korrispondenti tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuna kkonċernata dwar il-possibbiltà li tressaq talba quddiem l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fuq is-siti web fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 356/2010, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew pagamenti speċifiċi (ara l-Artikolu 5 tar-Regolament).
Il-persuna kkonċernata tista' tressaq talba lill-Kunsill, flimkien mad-dokumentazzjoni ta' ġustifikazzjoni, biex d-deċiżjoni li tiġi inkluża fil-listi msemmija hawn fuq tiġi rrieżaminata. Din it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:
|
Council of the European Union |
|
General Secretariat |
|
RELEX.1 Horizontal and Global Affairs |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
|
posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu |
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuna kkonċernata anke għall-possibbiltà li tikkontesta d-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 105, 27.4.2010, p. 17.
(2) ĠU L, 2024/1729, 17.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/1729/oj.
(3) ĠU L 105, 27.4.2010, p. 1.
(4) ĠU L, 2024/1724, 17.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1724/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3940/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)