|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/3930 |
19.6.2024 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11606 — BLACKSTONE / MDP / AIR CONTROL CONCEPTS HOLDINGS)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/3930)
1.
Fl-10 ta’ Ġunju 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Blackstone, Inc. (“Blackstone”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Madison Dearborn Partners LLC (“MDP”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Air Control Concepts Holdings, L.P., (“Air Control Concepts”, l-Istati Uniti tal-Amerka) li bħalissa hija kkontrollata minn MDP. |
Blackstone u MDP se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Air Control Concepts.
Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Blackstone hija maniġer tal-assi alternattivi globali, |
|
— |
MDP hija ditta ta’ investiment fl-ekwità privata li tiffoka fuq l-investimenti f’erba’ setturi: l-Industriji ta’ Bażi; is-Servizzi Finanzjarji; il-Kura tas-Saħħa; u t-Teknoloġija u l-Amministrazzjoni. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali ta’ Air Control Concepts huma dawn li ġejjin: il-forniment ta’ prodotti tat-tisħin, tal-ventilazzjoni u tal-arja kundizzjonata u servizzi tal-inġinerija lill-kuntratturi kummerċjali u industrijali tal-bini, lid-ditti tal-arkitettura, u lis-sidien tan-negozji. L-attività ta’ Air Control Concepts’ hija ffukata barra miż-ŻEE.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11606 — BLACKSTONE / MDP / AIR CONTROL CONCEPTS HOLDINGS
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz tal-posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3930/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)