European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/3929

19.6.2024

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11580 — EDF / GENERALI / PARCOLOG)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/3929)

1.   

Fit-12 ta’ Ġunju 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Electricité de France SA (“EDF”, Franza),

Assicurazioni Generali S.p.A. (“Generali”, l-Italja),

Parcolog Invest SPPICAV (“Parcolog”, Franza), li hi kkontrollata minn Generali.

EDF u Generali se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Parcolog.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

EDF hija attiva madwar id-dinja fl-oqsma kollha tal-produzzjoni, tal-provvista u tat-trasport tal-elettriku. EDF hija attiva wkoll fil-provvista ta’ servizzi oħra relatati mal-elettriku kif ukoll fis-settur tal-gass.

Generali hija l-kumpanija omm apikali ta’ grupp internazzjonali ta’ kumpaniji prinċipalment attivi fis-setturi tal-assigurazzjoni u dawk finanzjarji.

3.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża Parcolog huma dawn li ġejjin: il-pussess u l-kiri ta’ mħażen loġistiċi madwar Pariġi, Lille, Lyon, Marsilja u Le Mans.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2), għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha tiġi speċifikata dejjem:

M.11580 — EDF / GENERALI / PARCOLOG

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3929/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)