|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/3884 |
1.7.2024 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Mejju 2024 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Törvényszék - l-Ungerija) – Slovenské Energetické Strojárne A.S. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága
(Kawża C-746/22 (1) , Slovenské Energetické Strojárne)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Modalitajiet tar-rimbors tal-VAT lil persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru ta’ rimbors - Direttiva 2008/9/KE - Artikolu 20 - Talba għal informazzjoni supplimentari mill-Istat Membru tar-rimbors - Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta fi żmien xahar - Twaqqif tal-proċedura minħabba l-assenza ta’ tweġiba mill-persuna taxxabbli f’dan it-terminu - Artikolu 23 - Rifjut ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-informazzjoni ppreżentata għall-ewwel darba matul il-proċedura ta’ appell - Prinċipju ta’ effettività - Prinċipju ta’ newtralità tal-VAT - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba)
(C/2024/3884)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Fővárosi Törvényszék
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Slovenské Energetické Strojárne A.S.
Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága
Dispożittiv
|
1) |
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 23(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE tat-12 ta’ Frar 2008 li tistabbilixxi regoli dettaljati għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, prevista fid-Direttiva 2006/112/KE, għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru ta’ rifużjoni iżda stabbiliti fi Stat Membru ieħor, moqri fid-dawl tal-prinċipji ta’ newtralità tal-VAT u ta’ effettività, għandu jiġi interpretat fis-sens li: jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li bis-saħħa tagħha persuna taxxabbli li tkun ressqet talba għar-rimbors tal-VAT hija pprojbita milli tipprovdi, fl-istadju tal-ilment quddiem awtorità tat-taxxa tat-tieni istanza, informazzjoni supplimentari, fis-sens tal-Artikolu 20 ta’ din id-direttiva, mitluba mill-awtorità tat-taxxa tal-ewwel istanza u li din il-persuna taxxabbli ma pprovdietx lil din l-awtorità tal-aħħar fit-terminu ta’ xahar previst fl-Artikolu 20(2) tal-imsemmija direttiva, peress li dan it-terminu ma jikkostitwixxix terminu ta’ dekadenza. |
|
2) |
L-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/9 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li bis-saħħa tagħha awtorità tat-taxxa għandha twaqqaf il-proċedura ta’ rimbors tal-VAT meta l-persuna taxxabbli ma tkunx ipprovdiet, fit-terminu mogħti, informazzjoni supplimentari mitluba minn din l-awtorità skont l-Artikolu 20 ta’ din id-direttiva u fejn, fl-assenza ta’ din l-informazzjoni, it-talba għal rimbors ma tistax tiġi ttrattata, bil-kundizzjoni li d-deċiżjoni ta’ waqfien titqies bħala deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ din it-talba għal rimbors, fis-sens tal-Artikolu 23(1) tal-imsemmija direttiva, u li din tista’ tkun is-suġġett ta’ appell li jissodisfa r-rekwiżiti previsti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 23(2) tal-istess direttiva. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3884/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)