|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/3850 |
18.6.2024 |
DEĊIŻJONI Nru 578
tal-25 ta' Awissu 2023
li tiftaħ proċedura għall-għoti ta' awtorizzazzjoni għat-tiftix u l-esplorazzjoni taż-żejt u l-gass naturali, li huma riżorsi naturali ta' taħt l-art kif iddefinit fl-artikolu 2(1)(3) tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta' Taħt l-Art, fil-“Blokk 1-26 Khan Tervel”, li jinsab fiż-żona ekonomika Esklussiva tar-Repubblika tal-Bulgarija fil-Baħar l-Iswed, u li tħabbar li l-awtorizzazzjoni se tingħata abbażi ta' proċedura kompetittiva tal-offerti
(C/2024/3850)
IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA IL-KUNSILL TAL-MINISTRI
Abbażi tal-Artikolu 5(2), l-Artikolu 7(2)(8), l-Artikolu 23(1) u (2), l-Artikolu 23a, l-Artikolu 42(1)(1) u l-Artikolu 44(1) u (3) tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta’ Taħt l-Art u l-Artikolu 2(1)(1), l-Artikolu 6(2)(2) u l-Artikolu 7(1)(2) tar-Regolament dwar it-twettiq ta’ proċeduri ta’ offerti u sejħiet għall-offerti skont l-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta’ Taħt l-Art, adottat mid-Digriet tal-Kunsill tal-Ministri Nru 42 tal-2023, u proposta motivata mill-Ministru għall-Enerġija
IL-KUNSILL TAL-MINISTRI IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
|
1. |
Għandha tinfetaħ proċedura għall-għoti tal-awtorizzazzjoni għat-tiftix u l-esplorazzjoni taż-żejt u l-gass naturali fil-“Blokk 1-26 Khan Tervel”, li jinsab fiż-żona ekonomika esklussiva tar-Repubblika tal-Bulgarija fil-Baħar l-Iswed, li jkopri żona ta’ 4 032 km2 u huwa ddefinit bil-koordinati 1 sa 7 kif speċifikat fl-Anness. |
|
2. |
L-awtorizzazzjoni msemmija fil-punt 1 għandha tingħata abbażi ta’ proċedura kompetittiva ta’ offerti li fiha l-offerenti ma jkunux preżenti meta jiġu kkunsidrati l-offerti. |
|
3. |
Il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni għandu jiġi ffissat għal ħames snin mid-data li fiha l-ftehim tal-prospettar u l-esplorazzjoni jidħol fis-seħħ, bi dritt li dan il-perjodu jiġi estiż skont l-Artikolu 31(3) u (4) tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta’ Taħt l-Art. |
|
4. |
Id-data tal-iskadenza għax-xiri tal-fajl tal-offerti għandha tkun fil-17:30 tal-120 jum wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
|
5. |
Id-data tal-iskadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet biex wieħed jipparteċipa fil-proċedura kompetittiva ta’ offerti għandha tkun 17.30 nhar il-140 jum wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
6. |
Id-data tal-iskadenza għat-tressiq tal-offerti skont il-fajl tal-offerti għandha tkun 17.30 nhar il-155 jum wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
7. |
Il-prezz tal-fajl tal-offerti għandu jiġi ffissat għal BGN 10 000. Il-fajl tal-offerti għandu jinkiseb mill-Ministeru tal-Enerġija sal-iskadenza speċifikata fil-punt 4, mal-preżentazzjoni ta’ ordni ta’ pagament. |
|
7.1. |
L-ammont speċifikat fil-punt 7 għandu jiġi ttrasferit fil-kont tal-bank tal-Ministeru tal-Enerġija:
|
|
7.2. |
Dan li ġej għandu jitniżżel fuq l-ordni tal-pagament: “Għall-fajl tal-offerti għall-“Blokk 1-26 Khan Tervel” mixtri f’isem l-applikant, li ismu jrid jinkiteb fuq l-ordni tal-pagament. |
|
7.3. |
Il-persuna li tirċievi l-fajl tal-offerti għandha tiffirma dikjarazzjoni f’isem l-applikant, u timpenja ruħha li tipproteġi l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li tinsab fih. |
|
8. |
L-applikanti li jixtiequ jipparteċipaw fil-proċedura tal-offerti jridu jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifikati fl-Artikolu 23a (3), (4) u (5) tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta’ Taħt l-Art u ma jridu jkunu soġġetti għall-ebda raġuni għall-esklużjoni skont l-Artikolu 23(2) tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta’ Taħt l-Art. |
|
9. |
L-applikant, kemm jekk persuna fiżika jew ġuridika jew ragruppament tiegħu, għandu jkollu l-kapaċità finanzjarja, teknika u professjonali minima meħtieġa għat-twettiq tal-attivitajiet ta’ prospettar u esplorazzjoni. |
|
9.1. |
Kapaċità finanzjarja minima biex jiġu pprovduti r-riżorsi finanzjarji meħtieġa biex jitwettqu l-attivitajiet koperti mill-awtorizzazzjoni. L-applikant jeħtieġ li jkun iġġenera dħul nett totali minimu ta’ EUR 150 000 000 fit-tliet snin finanzjarji preċedenti (skont id-data tal-istabbiliment tiegħu). Prova tal-kapaċità finanzjarja minima għandha tintwera permezz ta’ wieħed jew aktar mid-dokumenti msemmija fl-Artikolu 23a(3) tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta’ Taħt l-Art. |
|
9.2. |
Kapaċità teknika minima — disponibbiltà tal-assi għall-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma minimu — software għall-interpretazzjoni tad-data sismika miġbura. Prova tal-kapaċità teknika minima għandha tintwera permezz ta’ wieħed jew aktar mid-dokumenti msemmija fl-Artikolu 23a(4) tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta’ Taħt l-Art. |
|
9.3. |
Kapaċità professjonali minima — disponibbiltà ta’ persunal espert ewlieni responsabbli għat-twettiq tal-attivitajiet koperti mill-awtorizzazzjoni, li trid tinkludi mill-inqas tliet persuni kkwalifikati bħala ġeologu, ġeofiżikist u inġinier tat-tħaffir, kull wieħed b’esperjenza professjonali — minimu ta’ 3 snin esperjenza professjonali u parteċipazzjoni fil-ġestjoni jew l-implimentazzjoni ta’ mill-inqas proġett wieħed għall-prospettar u/jew l-esplorazzjoni tal-baħar fond, jew l-estrazzjoni ta’ riżorsi minerali — żejt u gass naturali (għoli tal-kolonna tal-ilma ’l fuq minn 200 m) fl-aħħar ħames snin. Il-prova tal-kapaċità professjonali minima għandha tintwera permezz tad-dokumenti msemmija fl-Artikolu 23a(5) tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta’ Taħt l-Art. |
|
9.4. |
Meta l-applikant ikun raggruppament li mhuwiex persuna ġuridika, ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 9.1, 9.2 u 9.3 japplikaw għar-raggruppament kumplessiv; |
|
9.5. |
L-applikant jista’ jagħti prova tal-kapaċità finanzjarja, teknika u professjonali b’referenza għar-riżorsi ta’ parti terza, dment li l-applikant juri li ma hemm l-ebda raġuni għall-esklużjoni skont l-Artikolu 23(2) tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta’ Taħt l-Art fir-rigward tal-parti terza, u li, meta jwettaq l-attivitajiet skont il-kuntratt għall-prospettar u l-esplorazzjoni, ir-riżorsi tal-parti terza se jkunu disponibbli għall-applikant. |
|
10. |
L-offerti tal-applikanti għandhom jiġu evalwati abbażi tal-programmi ta’ ħidma proposti, ir-riżorsi ddedikati għall-protezzjoni ambjentali u l-bonusijiet, kif previst fid-dossier tal-offerti. |
|
11. |
Id-depożitu għall-parteċipazzjoni fil-proċedura kompetittiva tal-offerti għandu jiġi ffissat għal BGN 15 000, pagabbli sad-data tal-iskadenza speċifikata fil-punt 5 fil-kont bankarju tal-Ministeru tal-Enerġija msemmi fil-punt 7.1. |
|
12. |
L-applikanti li ma jiġux aċċettati fil-proċedura kompetittiva ta’ offerti għandhom jiġu rimborżati l-flus li jkunu ddepożitaw fi żmien 14-il jum mid-data li fiha tidħol fis-seħħ id-deċiżjoni tal-bord tal-għażla li ma jiġux aċċettati. |
|
13. |
Id-depożitu li jkun għamel l-offerent rebbieħ għandu jiġi rimburżat fi żmien 14-il jum minn meta jidħol fis-seħħ il-ftehim, u d-depożiti tal-offerenti l-oħrajn għandhom jiġu rimburżati fi żmien 14-il jum wara l-pubblikazzjoni fil-Gazzetta tal-Istat tad-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Ministri dwar l-għoti tal-awtorizzazzjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni. |
|
14. |
L-applikazzjonijiet sabiex wieħed jipparteċipa fil-proċedura kompetittiva ta’ offerti u l-offerti bil-proċedura kompetittiva ta’ offerti għandhom jitressqu lir-Reġistru tal-Ministeru tal-Enerġija b’konformità mal-Artikolu 47 tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta’ Taħt l-Art. |
|
15. |
L-offerti għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet speċifikati fil-fajl tal-offerti. |
|
16. |
Il-proċedura kompetittiva tal-offerti għandha titwettaq anke fil-każ li jiġi aċċettat applikant wieħed biss biex jipparteċipa fiha. |
|
17. |
Il-Ministru għall-Enerġija huwa awtorizzat: |
|
17.1. |
jibgħat din id-Deċiżjoni għall-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
|
17.2. |
jorganizza u jwettaq il-proċedura kompetittiva ta’ offerti. |
|
18. |
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Gazzetta tal-Istat u fuq is-sit tal-internet tal-Kunsill tal-Ministri. |
|
19. |
L-appelli kontra din id-Deċiżjoni jistgħu jiġu indirizzati lill-Qorti Amministrattiva Suprema fi żmien 14-il jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
Il-Prim Ministru
Nikolay DENKOV
Segretarju Ġenerali Kunsill tal-Ministri
Vanya STOYNEVA
ANNESS
Reġistru tal-koordinati tal-punt tal-konfini li jiddeskrivu ż-żona “Blokk 1–26 Khan Tervel”
Sistema ta’ koordinati WGS84
|
Nru |
Longitudni E |
Latitudni N |
|
1 |
29°07’28.85" |
42°48’47.00" |
|
2 |
30°34’10.00" |
42°48’03.00" |
|
3 |
29°58’30.00" |
42°33’27.00" |
|
4 |
29°49’36.00" |
42°29’24.00" |
|
5 |
29°34’20.00" |
42°26’24.00" |
|
6 |
29°20’45.00" |
42°14’28.00" |
|
7 |
29°07’32.31" |
42°11’22.71" |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3850/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)