European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/3764

24.6.2024

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Mejju 2024 – Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-555/22)  (1)

(Sistema lingwistika - Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali għar-reklutaġġ ta’ amministraturi u esperti fl-oqsma tal-industrija tad-difiża u tal-ispazju - Limitazzjoni tal-għażla tat-tieni lingwa għall-Ingliż - Regolament Nru 1 - Artikolu 1d(1), Artikolu 27 u Artikolu 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal - Diskriminazzjoni bbażata fuq il-lingwa - Interess tas-servizz - Proportionnalité)

(C/2024/3764)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: T. Stéhelin, B. Fodda u S. Royon, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Niddam, L. Vernier u I. Melo Sampaio, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrent: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti : C. Pochet, M. Van Regemorter u S. Baeyens, aġenti), ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant : V. Baroutas, agent), ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti : G. Palmieri, aġent, assistiti minn P. Gentili, avvocato dello Stato)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti, ir-Repubblika Franċiża, titlob l-annullament tal-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/400/22 intitolat “amministraturi (AD 7) u esperti (AD 9) fl-oqsma tal-industrija tad-difiża u l-ispazju” (ĠU 2022, C 233 A, p. 1, iktar ’il quddiem l- “avviż tal-kompetizzjoni kkontestat”).

Dispożittiv

1)

L-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/400/22, intitolat “Amministraturi (AD 7) u esperti (AD 9) fl-oqsma tal-industrija tad-difiża u l-ispazju” huwa annullat.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tar-Repubblika Franċiża.

3)

Ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ellenika u r-Repubblika Taljana għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)   ĠU C 408, 24.10.2022.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3764/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)