European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/3762

24.6.2024

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Mejju 2024 – Ismailova vs Il-Kunsill

(Kawża T-234/22)  (1)

(Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl ta’ azzjonijiet li jikkompromettu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina - Iffriżar ta’ fondi - Lista ta’ persuni, ta’ entitajiet u ta’ organi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Restrizzjonijiet fil-qasam tal-ammissjoni fit-territorju tal-Istati Membri - Lista ta’ persuni, ta’ entitajiet u ta’ organi li huma suġġetti għal restrizzjonijiet fil-qasam tal-ammissjoni fit-territorju tal-Istati Membri - Inklużjoni u żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-listi - Kunċett ta’ ‘assoċjazzjoni’ - L-aħħar parti tal-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni 2014/145/PESK - L-aħħar parti tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 269/2014 - Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball ta’ evalwazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Dritt għall-proprjetà u libertà ta’ intrapriża - Libertà ta’ moviment - Proporzjonalità)

(C/2024/3762)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Gulbakhor Ismailova (Tachkent, l-Użbekistan) (rappreżentanti: J. Grand d’Esnon, C. Durrleman u S. Lescanne, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u A. Vitro, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/329 tal-25 ta’ Frar 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 50, p. 1), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/330 tal-25 ta’ Frar 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 51, p. 1), u, min-naħa l-oħra, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/582 tat-8 ta’ April 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 110, p. 55, u rettifiki fil-ĠU 2022, L 141, p. 131, fil-ĠU 2023, L 39, p. 65, u fil-ĠU L 2023/90041) u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/581 tat-8 ta’ April 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 110, p. 3, u rettifiki fil-ĠU 2022, L 141, p. 130, fil-ĠU 2023, L 39, p. 64, u fil-ĠU L 2023/90040), u, wara adattament, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/572 tat-13 ta’ Marzu 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2023, L 75 I, p. 134), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/571 tat-13 ta’ Marzu 2023 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2023, L 75 I, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernawha.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Gulbakhor Ismailova hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)   ĠU C 237, 20.6.2022.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3762/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)