European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/3723

24.6.2024

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-30 ta’ April 2024 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Berlin - il-Ġermanja) – Proċeduri kriminali kontra M.N.

(Kawża C-670/22  (1) , M.N. (EncroChat))

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali - Direttiva 2014/41/UE - Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea f’materji kriminali - Kisba ta’ provi diġà fil-pussess tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-ħruġ ta’ Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea - Servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet kriptati - EncroChat - Neċessità għad-deċiżjoni ta’ Imħallef - Użu ta’ provi miksuba bi ksur tad-dritt tal-Unjoni)

(C/2024/3723)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Berlin

Parti fil-proċeduri kriminali prinċipali

M.N.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 2(c) tad-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew f’materji kriminali,

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea intiża għat-trażmissjoni ta’ provi diġà fil-pussess tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni ma għandhiex neċessarjament tinħareġ minn Imħallef meta, skont id-dritt tal-Istat emittenti, fi proċedura purament interna għal dan l-Istat, il-ġbir inizjali ta’ dawn il-provi kellu jiġi ordnat minn Imħallef, iżda prosekutur pubbliku għandu kompetenza sabiex jordna t-trażmissjoni tal-imsemmija provi.

2)

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2014/41

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

ma jipprekludix li prosekutur jadotta Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea intiża għat-trażmissjoni ta’ provi diġà fil-pussess tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni, meta dawn il-provi jkunu nkisbu wara l-interċettazzjoni, minn dawn l-awtoritajiet, fit-territorju tal-Istat emittenti, ta’ telekomunikazzjonijiet tal-utenti kollha ta’ telefons mobbli li jippermettu, permezz ta’ softwer speċjali u ta’ materjal immodifikat, komunikazzjoni kriptata minn tarf sa tarf, sakemm tali deċiżjoni tosserva l-kundizzjonijiet kollha previsti, jekk ikun il-każ, mid-dritt tal-Istat emittenti għat-trażmissjoni ta’ tali provi f’sitwazzjoni purament interna għal dan l-Istat.

3)

L-Artikolu 31 tad-Direttiva 2014/41

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

miżura marbuta mal-infiltrazzjoni ta’ tagħmir terminali, intiża għall-estrazzjoni ta’ data dwar it-traffiku, il-lokalizzazzjoni u l-komunikazzjoni ta’ servizz ta’ komunikazzjoni bbażat fuq l-internet, tikkostitwixxi “interċettazzjoni ta’ telekomunikazzjonijiet”, fis-sens ta’ dan l-artikolu, li għandha tiġi nnotifikata lill-awtorità maħtura għal dan il-għan mill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun tinsab il-mira tal-interċettazzjoni. Fil-każ li l-Istat Membru li jinnotifika ma jkunx f’pożizzjoni li jidentifika l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru nnotifikat, din in-notifika tista’ tiġi indirizzata lil kwalunkwe awtorità tal-Istat Membru nnotifikat li l-Istat Membru li jinnotifika jqis li hija adatta għal dan l-għan.

4)

L-Artikolu 31 tad-Direttiva 2014/41

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

huwa intiż ukoll li jipproteġi d-drittijiet tal-utenti kkonċernati minn miżura ta’ “interċettazzjoni ta’ komunikazzjonijiet”, fis-sens ta’ dan l-artikolu.

5)

L-Artikolu 14(7) tad-Direttiva 2014/41

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

jobbliga lill-qorti kriminali nazzjonali teskludi, fil-kuntest ta’ proċedura kriminali miftuħa kontra persuna ssuspettata b’atti kriminali, informazzjoni u provi miksuba bi ksur ta’ din id-direttiva, jekk din il-persuna ma tkunx f’pożizzjoni li tikkummenta b’mod effettiv dwar din l-informazzjoni kif ukoll dwar dawn il-provi u jekk dawn il-provi jkunu jistgħu jinfluwenzaw b’mod sinjifikattiv l-evalwazzjoni tal-fatti.


(1)   ĠU C 35 tat-30.1.2023.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3723/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)