European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/3719

24.6.2024

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-8 ta’ Mejju 2024 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka

(Kawża C-75/22)  (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2005/36/KE - Rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali - Artikolu 3(1)(g) u (h) - Obbligu għall-Istati Membri li jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jiddeterminaw l-istatus tal-persuni li jwettqu perijodu ta’ adattament jew li jħejju ruħhom għal test ta’ kapaċità - Artikolu 7(3) - Obbligu għall-Istati Membri li jiżguraw b’mod partikolari li l-veterinarji u l-periti jkollhom il-possibbiltà li jipprovdu servizzi, fil-kuntest tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, taħt it-titolu professjonali tal-Istat Membru ospitanti - Artikolu 45(2)(ċ), (f) u, parti minn (e) - Obbligu għall-Istati Membri li jiżguraw li d-detenturi ta’ provi ta’ kwalifiki formali fil-farmaċija f’livell universitarju jew f’livell rikonoxxut bħala ekwivalenti, li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 44 ta’ din id-direttiva jkunu tal-inqas awtorizzati li jaċċedu għall-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 45(2) tal-imsemmija direttiva, bla ħsara, jekk ikun il-każ, għal esperjenza professjonali supplimentari: - Artikolu 51(1) - Obbligu għall-Istati Membri li jiżguraw li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jkollha terminu ta’ xahar biex tikkonferma l-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali u tinforma lill-applikant dwar kwalunkwe dokument nieqes. - Assenza ta’ traspożizzjoni fid-dritt nazzjonali)

(C/2024/3719)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Armati, M. Mataija u M. Salyková, aġenti)

Konvenut: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, A. Edelmannová, L. Halajová, O. Serdula, T. Müller u J. Vláčil, aġenti)

Dispożittiv

1.

Ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali, kif emendata bid-Direttiva 2013/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2013, billi ma adottatx:

skont l-Artikolu 3(1)(g) u (h) tad-Direttiva 2005/36, kif emendata, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jiddeterminaw l-istatus tal-persuni li jwettqu perijodu ta’ adattament jew li jixtiequ jħejju ruħhom għal test ta’ kapaċità;

skont l-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2005/36, kif emendata, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex il-veterinarji u l-periti jkollhom il-possibbiltà li jipprovdu servizzi, fil-kuntest tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, taħt it-titolu professjonali tal-Istat Membru ospitanti;

skont l-Artikolu 51(1) tad-Direttiva 2005/36,kif emendata, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jkollha terminu ta’ xahar sabiex tikkonferma li rċeviet l-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali u sabiex tinforma, jekk ikun il-każ, lill-applikant b’kull dokument nieqes.

2.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3.

Il-Kummissjoni Ewropea u r-Repubblika Ċeka għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)   ĠU C 138, 28.03.2022.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3719/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)