|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/3685 |
10.6.2024 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-3 ta’ Ġunju 2024
li tistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-protezzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika fis-settur tal-inbid “Lorraine” (IĠP)
(C/2024/3685)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 97(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), Franza ressqet applikazzjoni lill-Kummissjoni għall-protezzjoni tal-isem “Lorraine” (Nru tal-UE: PGI-FR-02815 — 15.11.2021) f’konformità mal-Artikolu 96(5) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 97(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-Kummissjoni eżaminat dik l-applikazzjoni u kkonkludiet li din tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 93 u 111 ta’ dak ir-Regolament. |
|
(3) |
Sabiex tkun tista’ titressaq oppożizzjoni f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 2024/1143, li huwa applikabbli għall-applikazzjoni tal-protezzjoni f’konformità mal-Artikolu 90(2) ta’ dak ir-Regolament, id-Dokument Uniku u r-referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott imsemmija fl-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għall-isem “Lorraine” jenħtieġ li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(4) |
L-applikazzjoni ppubblikata f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C, C/2024/2239 tad-19 ta’ Marzu 2024 ma kienx fiha r-referenza t-tajba għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
Id-Dokument Uniku stabbilit f’konformità mal-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u r-referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għall-isem “Lorraine” (IĠP) (Nru tal-UE: PGI-FR-02815 — 15.11.2021) għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
F’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2024/1143, id-dritt ta’ oppożizzjoni għall-protezzjoni proposta għandu jiġi eżerċitat fi żmien 3 xhur mid-data tal-pubblikazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu.
Il-pubblikazzjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C/2024/2239 tad-19 Marzu 2024 hija mħassra.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Ġunju 2024.
Għall-Kummissjoni
Janusz WOJCIECHOWSKI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1308/oj.
(2) Ir-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 dwar indikazzjonijiet ġeografiċi għall-inbid, ix-xorb spirituż u l-prodotti agrikoli, kif ukoll l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti u t-termini tal-kwalità mhux obbligatorji għall-prodotti agrikoli, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013, (UE) 2019/787 u (UE) 2019/1753 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (ĠU L, 2024/1143, 23.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1143/oj).
ANNESS
Dokument Uniku
“Lorraine”
PGI-FR-02815
Data tal-applikazzjoni: 15-11-2021
1. Isem/Ismijiet għar-reġistrazzjoni
Lorraine
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
IĠP – Indikazzjoni Ġeografika Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
|
5. |
Inbid spumanti ta’ kwalità |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
L-Indikazzjoni Ġeografika Protetta Lorraine hija riżervata għall-inbejjed spumanti ta’ kwalità bojod, rożè u ħomor.
L-inbejjed bojod għandhom kulur li jvarja minn isfar ċar sa dehbi qawwi. Il-firxa aromatika tal-inbejjed bojod tvarja bejn noti ta’ fjuri bojod (matrisilvja, ġiżimin eċċ.), frott taċ-ċitru (lumi, klementin, eċċ.) jew frott tal-għadma (ħawħ, berquq, eċċ.).
L-inbejjed rożè għandhom kulur lewn is-salamun jagħti f’lewn qawwi tal-peonja, xi drabi qisu ram, u għandhom noti ta’ frott aħmar żgħir (frawli, ribes aħmar, eċċ.) jew saħansitra ta’ grapefruit.
L-inbejjed ħomor għandhom kulur aħmar lewn iċ-ċirasa jagħti f’lewn il-granata u aromi ta’ frott aħmar misjur, kultant bil-konfettura u mgħolli.
L-inbejjed għandhom ħafna bżieżaq fini u huma karatterizzati minn profil vivaċi u frisk u minn persistenza fil-ħalq li tiġi mill-varjetajiet tal-għeneb użati fit-taħlitiet.
L-inbejjed jissodisfaw il-kriterji analitiċi stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
13 |
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
10 |
|
Aċidità totali minima |
|
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu totali ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
5.1. Prattiki enoloġiċi speċifiċi
Produzzjoni
Restrizzjoni applikabbli għall-produzzjoni tal-inbejjed
L-użu ta’ pressa kontinwa huwa pprojbit.
Il-proporzjon tal-varjetà Riesling B huwa ta’ 30 % jew inqas fit-taħlita tal-inbejjed bażiċi.
L-inbejjed huma prodotti esklużivament permezz tat-tieni fermentazzjoni alkoħolika fil-flixkun.
Il-perjodu ta’ maturazzjoni fil-fliexken fuq il-karfa ma jistax ikun inqas minn 9 xhur.
5.2. Rendimenti massimi għal kull ettaru
90 ettolitru għal kull ettaru
6. Definizzjoni taż-żona demarkata
Il-ħsad tal-għeneb, il-vinifikazzjoni u l-produzzjoni tal-inbejjed, inklużi t-tqaddim u l-ippakkjar, isiru fit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin tad-départements ta’ Meurthe-et-Moselle, Meuse u Moselle, abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tal-2020:
Meurthe-et-Moselle (54):
Agincourt, Allamps, Amance, Arnaville, Atton, Autreville-sur-Moselle, Bainville-sur-Madon, Barisey-la-Côte, Belleville, Bezaumont, Blénod-lès-Pont-à-Mousson, Blénod-lès-Toul, Boucq, Bouxières-aux-Chênes, Bouxières-aux-Dames, Bruley, Bulligny, Chaligny, Champey-sur-Moselle, Champigneulles, Charmes-la-Côte, Chavigny, Choloy-Ménillot, Custines, Dieulouard, Domgermain, Dommartemont, Dommartin-sous-Amance, Écrouves, Essey-lès-Nancy, Eulmont, Faulx, Foug, Houdemont, Jezainville, Lagney, Laître-sous-Amance, Landremont, Laneuveville-derrière-Foug, Laxou, Lay-Saint-Christophe, Leyr, Loisy, Lucey, Ludres, Maidières, Maizières, Malleloy, Malzéville, Marbache, Maron, Maxéville, Messein, Millery, Montauville, Montenoy, Mont-le-Vignoble, Mousson, Neuves-Maisons, Norroy-lès-Pont-à-Mousson, Pagney-derrière-Barine, Pagny-sur-Moselle, Pompey, Pont-à-Mousson, Pont-Saint-Vincent, Prény, Saint-Max, Seichamps, Sexey-aux-Forges, Toul, Trondes, Vandières, Vandœuvre-lès-Nancy, Ville-au-Val, Villers-lès-Nancy, Villers-sous-Prény, Viterne, Vittonville.
Meuse (55):
Apremont-la-Forêt, Bar-le-Duc, Boncourt-sur-Meuse, Buxières-sous-les-Côtes, Combres-sous-les-Côtes, Culey, Euville, Frémeréville-sous-les-Côtes, Girauvoisin, Givrauval, Guerpont, Hannonville-sous-les-Côtes, Han-sur-Meuse, Herbeuville, Heudicourt-sous-les-Côtes, Geville, Ligny-en-Barrois, Loisey, Longeaux, Longeville-en-Barrois, Loupmont, Mécrin, Menaucourt, Montsec, Nançois-sur-Ornain, Pont-sur-Meuse, Resson, Saint-Julien-sous-les-Côtes, Saint-Maurice-sous-les-Côtes, Saint-Mihiel, Sampigny, Savonnières-devant-Bar, Silmont, Sorcy-Saint-Martin, Tannois, Thillot, Trésauvaux, Tronville-en-Barrois, Varnéville, Velaines, Vigneulles-lès-Hattonchâtel, Vignot, Void-Vacon.
Moselle (57):
Ancy-Dornot, Apach, Arry, Ars-sur-Moselle, Augny, Ay-sur-Moselle, Ban-Saint-Martin, Berg-sur-Moselle, Bertrange, Bronvaux, Château-Salins, Châtel-Saint-Germain, Contz-les-Bains, Corny-sur-Moselle, Fèves, Féy, Guénange, Hagondange, Basse-Ham, Hauconcourt, Illange, Jouy-aux-Arches, Jussy, Kœnigsmacker, Haute-Kontz, Lessy, Lorry-lès-Metz, Lorry-Mardigny, Maizières-lès-Metz, Malling, Manom, Marange-Silvange, Marieulles, Marsal, Mondelange, Morville-lès-Vic, Moyenvic, Norroy-le-Veneur, Novéant-sur-Moselle, Pierrevillers, Plappeville, Plesnois, Rettel, Richemont, Rozérieulles, Salonnes, Saulny, Scy-Chazelles, Semécourt, Sierck-les-Bains, Talange, Terville, Thionville, Uckange, Vaux, Vic-sur-Seille, Yutz.
7. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed
|
|
Aubin B |
|
|
Auxerrois B |
|
|
Cabernet Cortis N |
|
|
Chardonnay B |
|
|
Gamaret |
|
|
Gamay N |
|
|
Johanniter B |
|
|
Meunier N |
|
|
Muscaris B |
|
|
Müller-Thurgau B |
|
|
Pinot Blanc B |
|
|
Pinot Gris G |
|
|
Pinot Noir N |
|
|
Pinotin N |
|
|
Riesling B |
|
|
Solaris B |
|
|
Souvignier Gris Rs |
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
8.1. Speċifiċità taż-żona ġeografika
L-IĠP “Lorraine” hija nbid spumanti ta’ kwalità prodott f’settur li jinsab fil-Grigal ta’ Franza, fid-départements ta’ Meurthe-et-Moselle, Meuse u Moselle. Dan it-territorju storikament kien karatterizzat minn influwenzi Rumani u Ġermaniżi, kif muri mill-isem “Lorraine”, li ttieħed mill-ewwel Re ta’ Lotarinġija, Lotar II.
Iż-żona ġeografika hija parti minn pajsaġġ ta’ erba’ cuestas fil-parti tal-Lvant tal-baċir ta’ Pariġi: l-għoljiet ta’ Meuse, l-għoljiet ta’ Moselle, l-għoljiet infraliasiċi u l-għoljiet ta’ Lorraine, magħmula minn parti mill-pjanura ta’ Lorraine u l-massif antik tal-Vosges, b’katina ta’ widien maġenb xulxin, il-widien ta’ Meuse, Ornain u Moselle. Dan ir-riżalt kostali huwa r-riżultat ta’ erożjoni mix-xmajjar u l-kanali tal-ilma fuq saffi ibsin (blat kalkarju, blat ramli) u saffi rotob (lom, tafal) li jmorru lura għall-perjodu Meożojku.
Din iż-żona tibbenefika minn żewġ influwenzi klimatiċi:
|
— |
klima kontinentali, responsabbli għall-ġlata li kultant tkun distruttiva u għax-xemx favorevoli tas-sajf. Il-pajsaġġ wiesa’ u miftuħ jilqa’ l-istaġnar tal-arja kiesħa, u b’hekk jonqos ir-riskju tal-ġlata, u jiġi ottimizzat l-ammont ta’ dawl tax-xemx fil-vinja; |
|
— |
klima oċeanika, li ġġib xita regolari b’kuntrasti termali ħfief minn staġun għall-ieħor. |
Il-vinji jinsabu jew fuq l-inklinazzjonijiet u l-għoljiet żgħar, jew fuq in-naħa ta’ wara tal-erba’ cuestas. Dan ir-riżalt kostali jipproteġihom mill-influwenza oċeanika umda, u jipprovdi kenn mill-irjieħ prevalenti u dawl tax-xemx relattivament għoli, li jiżgura li l-għeneb isir f’kundizzjonijiet tajbin.
8.2. Speċifiċità tal-prodott
L-IĠP Lorraine hija prodott tal-istorja tal-vinji tar-reġjun ta’ Lorraine, li tmur lura għal żmien ir-Rumani.
Fis-seklu 19, ir-reġjun diġà kien jipproduċi l-inbejjed spumanti. Il-produtturi stabbilew ruħhom fil-Moselle fl-1870 biex jikkummerċjalizzaw inbejjed spumanti għas-suq Ġermaniż. Il-kooperattiva ta’ Bruley bdiet tikkummerċjalizza l-“grand mousseux lorrain” (l-inbid spumanti kbir ta’ Lorraine) tagħha fil-bidu tas-seklu 20. Fil-Fiera Dinjija tal-1900 f’Pariġi, diversi produtturi ppreżentaw l-inbejjed spumanti tagħhom. L-istampa ta’ dak iż-żmien innotat il-preżenza ta’ “żewġ inbejjed u wieħed spumanti minn Lorraine”.
Fil-bidu tas-seklu 20, il-kunflitti maġġuri bl-armi li seħħew fir-reġjun laqtu l-vinji b’mod sever. Kienu biss ftit vinji fid-départements ta’ Meurthe-et-Moselle, Meuse u Moselle li baqgħu joperaw. Il-produzzjoni setgħet tkompli bis-saħħa ta’ operaturi motivati. Dan irriżulta fir-rikonoxximent tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għal tliet inbejjed bla gass, waħda minnhom fis-snin 50.
Il-volumi bħalissa jvarjaw bejn 1 000 hl u 2 000 hl u hemm tliet tipi ta’ nbejjed disponibbli: l-inbejjed bojod jirrappreżentaw 75 % tal-produzzjoni, l-inbejjed rożè jammontaw għal 20 % tal-produzzjoni u l-inbejjed ħomor jikkompletaw il-firxa.
L-Indikazzjoni Ġeografika Protetta Lorraine hija essenzjalment magħmula minn varjetajiet ta’ għeneb li fil-biċċa l-kbira jiġu mir-reġjun, ikkomplementati mill-għarfien espert tat-tieni fermentazzjoni alkoħolika fil-flixkun u b’perjodu ta’ konservazzjoni minimu ta’ 9 xhur fuq il-karfa.
L-inbejjed għandhom ħafna bżieżaq fini u huma kkaratterizzati minn profil vivaċi u frisk u persistenza fil-ħalq li tiġi mill-varjetajiet tal-għeneb użati.
L-inbejjed bojod għandhom kulur li jvarja minn isfar ċar sa dehbi qawwi. Il-firxa aromatika tal-inbejjed bojod tvarja bejn noti ta’ fjuri bojod, frott taċ-ċitru u frott tal-għadma. L-inbejjed rożè għandhom kulur minn lewn is-salamun sa lewn il-peonja qawwi, xi drabi qisu ram, u għandhom noti ta’ frott aħmar żgħir. L-inbejjed ħomor għandhom kulur aħmar lewn iċ-ċirasa jagħti f’lewn il-granata u aromi ta’ frott aħmar misjur, kultant bil-konfettura u mgħolli.
8.3. Rabta kawżali
Ir-rabta kawżali bejn l-oriġini ġeografika u dawn l-inbejjed hija bbażata fuq il-karatteristiċi organolettiċi attribwibbli għall-karatteristiċi speċifiċi taż-żona, jiġifieri l-ambjent naturali u l-għarfien tal-produtturi.
L-isem “Lorraine” jirrifletti l-karatteristiċi tat-territorju tiegħu, kuntest klimatiku u ġeopedoloġiku reġjonali, li jippromwovi s-sajran tal-varjetajiet tal-għeneb filwaqt li jżomm il-freskezza meħtieġa biex jiġu offruti nbejjed spumanti aromatiċi u friski ta’ kwalità.
Il-pajsaġġ wiesa’ miftuħ fuq il-pjanura u l-widien jiżgura li l-vinji jkollhom dawl tax-xemx ottimali għas-sajran tal-għeneb. Fuq kollox, jevita wkoll l-istaġnar tal-arja kiesħa u jnaqqas ir-riskju ta’ ġlata tardiva. Biex jibbenefikaw ukoll mill-massimu tad-dawl tax-xemx, l-inklinazzjonijiet u l-orjentazzjonijiet jiffavorixxu l-penetrazzjoni tajba tax-xemx u t-tisħin tal-ħamrija, iffaċilitat min-natura taflija u kalkarja tagħha.
Il-varjetajiet tal-għeneb użati fil-Lorraine huma adattati sew għaż-żona ġeografika minħabba li jimmaturaw malajr.
L-għarfien tal-vitikulturi fl-arti tal-vinifikazzjoni ta’ dawn il-varjetajiet waħedhom jew f’taħlitiet u l-kontroll tat-tieni fermentazzjoni fil-flixkun, għandu impatt fuq l-identità organolettika tal-inbejjed. B’hekk, l-inbejjed jiżviluppaw il-freskezza u l-firxa aromatika tagħhom, li tikkonsisti f’noti ta’ fjuri jew ta’ frott.
Il-produtturi tal-IĠP Lorraine rnexxielhom jżommu l-metodi tal-produzzjoni tagħhom biex jagħmlu nbejjed spumanti, b’mod komplementari għal prodotti oħra tal-vitikultura fir-reġjun.
9. Rekwiżiti oħra applikabbli (imballaġġ, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)
Qafas legali
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali
Imballaġġ fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tar-rekwiżit
Minħabba li l-proċess tal-produzzjoni jinvolvi t-tieni fermentazzjoni fil-flixkun, l-imballaġġ isir fiż-żona ġeorafika.
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3685/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)