|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/3579 |
17.6.2024 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-14 ta’ Marzu 2024 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Wien - l-Awstrija) – VK vs N1 Interactive ltd.
(Kawża C-429/22 (1) , N1 Interactive)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Risposta li tista’ tiġi dedotta kjarament mill-ġurisprudenza - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali - Regolament (KE) Nru 593/2008 - Artikolu 6 - Konsumatur li jitlob il-ħlas ta’ somma ta’ flus allegatament mirbuħa f’każinò online - Assenza ta’ għażla tal-liġi applikabbli - Applikazzjoni ta’ liġi preżunta iktar favorevoli għad-detriment tal-liġi tal-pajjiż tad-domiċilju tal-konsumatur)
(C/2024/3579)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht Wien
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: VK
Konvenut: N1 Interactive ltd.
Dispożittiv
L-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I)
għandu jiġi interpretat fis-sens li:
fil-każ ta’ kuntratt konkluż minn konsumatur li jkun jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti stabbiliti f’din id-dispożizzjoni u fin-nuqqas ta’ għażla valida tal-liġi applikabbli għal dan il-kuntratt, din il-liġi għandha tiġi ddeterminata konformement mal-imsemmija dispożizzjoni, u dan minkejja l-fatt li l-liġi applikabbli għall-istess kuntratt konformement mal-Artikolu 4 ta’ dan ir-regolament tista’ tkun iktar favorevoli għall-konsumatur.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3579/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)