|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/3563 |
17.6.2024 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-25 ta’ April 2024 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia no 20 de Barcelona - Spanja) – F C C, M A B vs Caixabank SA, li kienet Bankia SA
(Kawża C-484/21 (1) , Caixabank (Terminu ta’ preskrizzjoni))
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 93/13/KEE - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Kuntratt ta’ self ipotekarju - Klawżola li tipprevedi li l-ispejjeż marbuta mal-kuntratt għandhom jitħallsu mill-konsumatur - Deċiżjoni ġudizzjarja definittiva li tikkonstata n-natura inġusta ta’ din il-klawżola u li tannullaha - Azzjoni għall-ħlas lura tas-somom imħallsa abbażi tal-klawżola inġusta - Bidu tad-dekorrenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni)
(C/2024/3563)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de Primera Instancia no 20 de Barcelona
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: F C C, M A B
Konvenut: Caixabank SA, li kienet Bankia SA
Dispożittiv
|
1) |
L-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, moqrija fid-dawl tal-prinċipju ta’ effettività, għandhom jiġu interpretati fis-sens li: dawn jipprekludu li t-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ azzjoni għall-ħlas lura ta’ spejjeż li jkunu tħallsu mill-konsumatur, fil-mument tal-konklużjoni ta’ kuntratt konkluż ma’ bejjiegħ jew fornitur, abbażi ta’ klawżola kuntrattwali li n-natura inġusta tagħha tkun ġiet ikkonstatata permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja definittiva mogħtija wara l-ħlas ta’ dawn l-ispejjeż, jibda jiddekorri mid-data ta’ dan il-ħlas, indipendentement mill-kwistjoni dwar jekk dan il-konsumatur kienx jaf jew setax raġonevolment ikun jaf bin-natura inġusta ta’ din il-klawżola fil-mument tal-imsemmi ħlas, jew qabel il-konstatazzjoni tan-nullità ta’ din il-klawżola permezz ta’ din id-deċiżjoni. |
|
2) |
L-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13 għandhom jiġu interpretati fis-sens li: dawn jipprekludu li t-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ azzjoni għall-ħlas lura ta’ spejjeż li jkunu tħallsu mill-konsumatur abbażi ta’ klawżola ta’ kuntratt konkluż ma’ bejjiegħ jew fornitur li n-natura inġusta tagħha tkun ġiet ikkonstatata permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja definittiva, jibda jiddekorri mid-data li fiha l-qorti suprema nazzjonali tkun tat sentenza preċedenti, f’kawża separata, li tiddikjara inġusta klawżola standardizzata li tkun tikkorrispondi għal din il-klawżola ta’ dan il-kuntratt. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3563/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)