European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/3544

10.6.2024

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(C/2024/3544)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

“Falerio”

PDO-IT-A0433-AM03

Data tal-komunikazzjoni: 12.3.2024

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   Inklużjoni ta’ referenza leġiżlattiva

Deskrizzjoni:

Ta’ min jinnota li għat-tip Falerio Pecorino, ir-rekwiżit ta’ densità ta’ mill-inqas 3 000 dielja għal kull ettaru japplika għall-vinji li tħawlu wara d-dħul fis-seħħ tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott annessa mad-Digriet Ministerjali tas-17 ta’ Mejju 2011.

Raġunijiet:

Il-ħtieġa li tiġi speċifikata b’mod inekwivoku s-sena li fiha tħawlu l-vinji li jaqgħu taħt l-ambitu tar-rekwiżit.

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 4 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

2.   Korrezzjoni formali

Deskrizzjoni:

It-terminu “tal-komunità” ġie sostitwit bil-kliem “tal-unjoni”.

Raġunijiet:

Ġiet iffinalizzata l-korrezzjoni formali sabiex jintuża terminu aktar korrett.

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

3.   Tħassir ta’ paragrafu

Deskrizzjoni:

L-aħħar paragrafu tal-Artikolu 6 tħassar.

Raġunijiet:

Il-paragrafu tħassar peress li ma għadux rilevanti.

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 6 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

4.   Tħassir ta’ paragrafu

Deskrizzjoni:

It-tielet paragrafu tal-Artikolu 7 tħassar.

Raġunijiet:

Il-paragrafu tħassar minħabba li huwa superfluwu.

Emenda tal-Artikolu 7 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

5.   Inklużjoni tal-possibbiltà li jintużaw reċipjenti alternattivi għall-ħġieġ

Deskrizzjoni:

Qed tiġi inkluża l-possibbiltà għat-tipi kollha tad-DOP Falerio, bl-eċċezzjoni ta’ dawk bl-indikazzjoni Vigna, li jużaw reċipjenti oħra alternattivi għall-ħġieġ, li huma magħmula minn materjali oħra li huma adattati biex jiġu f’kuntatt mal-ikel, filwaqt li titneħħa r-referenza għall-plastik tal-polietilen u tal-poliester b’diversi saffi mgeżwra fil-kartun jew f’materjal riġidu ieħor f’volumi ta’ bejn 2 u 5 litri, li qabel kienu permessi esklussivament għad-DOP Falerio.

Raġunijiet:

L-għażla li tiġi inkluża l-possibbiltà li jintużaw reċipjenti alternattivi għall-ħġieġ hija dovuta għaż-żieda fid-domanda mill-klijenti, l-importaturi u l-konsumaturi li wrew din il-ħtieġa f’dawn l-aħħar snin. L-entità li qed tressaq il-proposta għalhekk qieset li kien meħtieġ li tiġi introdotta din l-emenda sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet attwali tas-suq.

Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 7 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-taqsima tad-Dokument Uniku “Rekwiżiti oħra applikabbli”

6.   Inklużjoni ta’ referenza leġiżlattiva

Deskrizzjoni:

L-inklużjoni ta’ referenza leġiżlattiva għall-emenda tad-Digriet li japprova l-mudell approvat mill-Ministeru b’referenza għall-Pjan ta’ Kontroll.

Raġunijiet:

Ħtieġa għal aġġornament regolatorju.

Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 10 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/Ismijiet għar-reġistrazzjoni

Falerio

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

1.   Falerio

DESKRIZZJONI QASIRA

L-inbejjed tad-DOP Falerio huma ta’ kulur isfar lewn it-tiben, b’riħa li fiha noti ta’ fjuri u ta’ frott bil-ġewwieni isfar, b’togħma armonjuża friska hekk kif wieħed iduqhom u li jħallu togħma pjuttost persistenti.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt, jikkonforma mal-limiti previsti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

Aċidità totali minima 4,50 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

2.   Falerio Pecorino

DESKRIZZJONI QASIRA

L-inbejjed tad-DOP Falerio Pecorino huma ta’ kulur isfar lewn it-tiben bi sfumaturi ħodor, b’riħa li fiha ħjiel ta’ fjuri bojod, noti ta’ ananas, ħlewwa u salvja, b’togħma armonjuża friska, qawwija u minerali hekk kif wieħed iduqhom u li jħallu togħma dejjiema u persistenti ħafna.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt, jikkonforma mal-limiti previsti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

Aċidità totali minima 4,50 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

5.2.   Rendimenti massimi għal kull ettaru

1.   Falerio

13 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

2.   Falerio Pecorino

11 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

L-għeneb maħsub għall-produzzjoni tal-inbejjed tad-DOP Falerio jrid jiġi prodott fit-territorju amministrattiv tal-provinċji ta’ Ascoli Piceno u Fermo.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

 

Albana B.

 

Biancame B. - Trebbiano toscano B.

 

Bombino bianco B. - Ottenese

 

Chardonnay B.

 

Fiano B.

 

Grechetto B.

 

Incrocio Bruni 54 B.

 

Maceratino B. - Ribona

 

Malvasia bianca Lunga B. - Malvoisier

 

Malvasia bianca di Candia B. - Malvoisier

 

Manzoni bianco B. - Incrocio Manzoni 6.0.13 B.

 

Montonico bianco B. - Montonico

 

Moscato bianco B. - Moscato reale

 

Mostosa B.

 

Passerina B.

 

Pecorino B. - Vissanello

 

Pinot bianco B. - Pinot

 

Riesling italico B. - Welschriesling

 

Riesling renano B. - Riesling

 

Sauvignon B. - Sauvignon blanc

 

Syrah N. - Shiraz

 

Tocai friulano B. - Tuchì

 

Trebbiano toscano B. - Procanico

 

Verdicchio bianco B. - Trebbiano di Soave B.

 

Vermentino B. - Pigato B.

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

Falerio

L-istorja millenarja tal-Falerio diġà tinsab miktuba fl-isem li joriġina mill-belt antika ta’ Faleria, li mbagħad kienet ħadet l-isem ta’ Falerio Picenus, u issa saret Falerone. L-impatt tal-fatturi umani maż-żmien kellu influwenza fundamentali fuq id-definizzjoni tal-kombinazzjoni tal-varjetajiet tal-għeneb, l-evoluzzjoni tal-metodi tat-tkabbir, is-sistemi ta’ żbir u l-prattiki enoloġiċi li permezz tal-interazzjoni tagħhom mal-fatturi naturali karatteristiċi taż-żona jwasslu biex l-inbejjed tad-DOP Falerio ikollhom karatteristiċi organolettiċi u analitiċi distintivi li jagħmluhom uniċi u mhux imitabbli.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (imballaġġ, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

Introduzzjoni tal-użu ta’ materjali oħra adattati għajr il-ħġieġ

Qafas ġuridiku:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Dispożizzjonijiet addizzjonali tat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

it-tipi kollha tad-DOP Falerio, bl-eċċezzjoni ta’ dawk bl-indikazzjoni Vigna, huma permessi jagħmlu użu minn reċipjenti alternattivi għall-ħġieġ, li jkunu ta’ materjali adattati għall-kuntatt mal-ikel.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/20966


(1)   ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3544/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)