|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/3502 |
29.5.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-24 ta’ Mejju 2024
li taħtar żewġ membri supplenti fil-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija
(C/2024/3502)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/942 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 18 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2019/942 jipprevedi li l-Kunsill jaħtar ħames membri u l-membri supplenti tagħhom fil-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (“il-Bord Amministrattiv”). |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2019/942 jipprevedi li membru tal-Bord Amministrattiv ma jistax ikun membru tal-Bord tar-Regolaturi tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija u li l-membri tal-Bord Amministrattiv għandhom jaġixxu b’mod indipendenti u oġġettiv fl-interess tal-Unjoni kollha kemm hi. |
|
(3) |
Fl-24 ta’ Jannar 2022, il-Kunsill adotta Deċiżjoni (2) li taħtar żewġ membri u tliet membri supplenti fil-Bord Amministrattiv għal perjodu ta’ erba’ snin mit-28 ta’ Jannar 2022. Fil-31 ta’ Jannar u fit-8 ta’ Frar 2024 rispettivament, tnejn minn dawk il-membri supplenti, is-Sur Péter KADERJÁK u s-Sa Ksenia LUDWINIAK, ikkomunikaw ir-riżenja tagħhom bħala membri supplenti fil-Bord Amministrattiv. |
|
(4) |
Jenħtieġ li l-Kunsill jaħtar żewġ membri supplenti biex jieħdu posthom għall-bqija tal-mandat attwali tagħhom, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-persuni li ġejjin huma b’dan maħtura bħala membri supplenti fil-Bord Amministrattiv b’mandat li jintemm fit-28 ta’ Jannar 2026:
|
— |
Is-Sur Jean Laurent LASTELLE, Franza, |
|
— |
Is-Sur Wouter RAAB, in-Netherlands. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Mejju 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BROUNS
(1) ĠU L 158, 14.6.2019, p. 22, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/942/oj.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta’ Jannar 2022 li taħtar żewġ membri u tliet sostituti fil-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ĠU C 38 I, 25.1.2022, p. 1).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3502/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)