European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/3284

3.6.2024

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-11 ta’ April 2024 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kúria - l-Ungerija) – X vs Agrárminiszter

(Kawża C-6/23  (1) , Baramlay  (2) )

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Agrikoltura - Politika agrikola komuni (PAK) - Fond Agrikolu Ewropew għall Iżvilupp Rurali (FAEŻR) - Applikabbiltà ratione materiae - Applikabbiltà ratione temporis - Regolament (KE) Nru 1698/2005 - Artikolu 22 - Appoġġ lill-bdiewa ż-żgħar sabiex jistabbilixxu lilhom infushom - Artikolu 71 - Eliġibbiltà - Kundizzjonijiet għall-għoti - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi l-obbligu li titkompla l-attività agrikola b’mod prinċipali, kontinwament u bħala imprenditur li jaħdem għal rasu - Kundizzjonijiet addizzjonali tal-eliġibbiltà - Regolament (UE) Nru 1306/2013 - Artikolu 63 - Regolament ta’ Delega (UE) Nru 640/2014 - Artikolu 35 - Kriterji ta’ eliġibbiltà - Impenn)

(C/2024/3284)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Kúria

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: X

Konvenut: Agrárminiszter

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 22(1) u l-Artikolu 71(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

jippermettu lil Stat Membru jimponi kundizzjoni ta’ eliġibbiltà għal għajnuna għall-istabbiliment ta’ bdiewa żgħażagħ li skontha l-benefiċjarju ta’ din l-għajnuna huwa obbligat jeżerċita attività ta’ produzzjoni agrikola b’mod prinċipali, mid-data tat-tressiq tat-talba għall-ħlas ta’ 90 % tal-ammont tal-imsemmija għajnuna u sat-tmiem tal-perijodu ta’ operazzjoni ta’ din l-attività.

2)

L-Artikolu 63(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008, kif ukoll tal-Artikolu 35(1) sa (3) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll u l-kundizzjonijiet għar-rifjut jew l-irtirar ta’ pagamenti u penali amministrattivi applikabbli għall-pagamenti diretti, l-appoġġ għall-iżvilupp rurali u l-kundizzjonalità,

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

minn naħa, kundizzjoni ta’ eliġibbiltà għall-appoġġ għall-istabbiliment ta’ bdiewa żgħażagħ, prevista mil-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, li tgħid li l-benefiċjarju ta’ din l-għajnuna huwa obbligat jeżerċita attività ta’ produzzjoni agrikola b’mod prinċipali, mid-data tat-tressiq tat-talba għall-ħlas ta’ 90 % tal-ammont tal-għajnuna u sat-tmiem tal-perijodu ta’ operazzjoni ta’ din l-attività, tista’ tikkostitwixxi “impenn”, fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, u, min-naħa l-oħra, f’tali każ, l-Artikolu 35(2) u (3) tar-Regolament ta’ Delega Nru 640/2014 jipprekludi li n-nuqqas ta’ osservanza ta’ tali impenn jimplika r-rimbors tal-ammont totali tal-għajnuna minn dan il-benefiċjarju mingħajr ma jittieħed inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, it-tul tal-perijodu kkonċernat minn dan in-nuqqas ta’ osservanza.


(1)   ĠU C 94, 13.3.2023.

(2)  L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3284/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)