European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/3181

21.5.2024

Rikors ippreżentat fit-2 ta’ April 2024 – Al Akhras vs Il-Kunsill

(Kawża T-176/24)

(C/2024/3181)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Feras Al Akhras (Ċittadin Sirjan bid-domiċilju magħżul, għall-finijiet ta’ din il-proċedura, fl-uffiċċju tar-rappreżentanti legali tiegħu fi Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: J. Grayston, D. Rovetta, P. Gjørtler u V. Villante, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti tal-Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/380 tat-22 ta’ Jannar 2024 li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (1), u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/362 tat-22 ta’ Jannar 2024 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (2), flimkien imsejħa l-“miżuri kkontestati”, sa fejn l-atti kkontestati jinkludu r-rikorrent fil-lista ta’ persuni u entitajiet suġġetti għall-miżuri restrittivi;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ notifika – Ksur tal-Artikolu 32(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta’ Jannar 2012 li jimplimenta l-Artikolu 30(2) u (3) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta’ Mejju 2013;

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni – Ksur tal-Artikolu 296 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 41(2)(ċ) tal-Karta tad-Drittjiet Fundamentali – Ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva u tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni – Nuqqas ta’ osservanza tal-oneru tal-prova – Ksur tal-kriterji ta’ inklużjoni fil-lista stipulati fl-Artikoli 27(1) u 28(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta’ Mejju 2013 u fl-Artikolu 15(1)(a) u (b) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta’ Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011;

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u ta’ drittijiet fundamentali – Ksur tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrent għall-proprjetà u għal-libertà ta’ intrapriża – Ksur tal-Artikoli 16 u 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.


(1)   ĠU L, 2024/380, 22.1.2024.

(2)   ĠU L, 2024/362, 22.1.2024.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3181/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)