|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/3156 |
21.5.2024 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fil-15 ta’ Frar 2024 – “Unigames” UAB vs Lošimų priežiūros tarnyba prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos
(Kawża C-120/24, Unigames)
(C/2024/3156)
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Qorti tar-rinviju
Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: “Unigames” UAB
Konvenut: Lošimų priežiūros tarnyba prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos
Domandi preliminari
|
1) |
Dispożizzjoni nazzjonali bħal dik li tinsab fl-Artikolu 10(19) tal-Lietuvos Respublikos azartinių lošimų įstatymas (il-Liġi tar-Repubblika tal-Litwanja dwar il-Logħob tal-Azzard), sa fejn din tirrigwarda informazzjoni dwar il-logħob tal-azzard ippubblikata fis-sit tal-internet ta’ operatur tal-logħob tal-azzard, tikkostitwixxi “regolament tekniku” fis-sens tal-Artikolu 1(1)(f) tad-Direttiva (UE) 2015/1535 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (kodifikazzjoni)? |
|
2) |
Id-Direttiva 2015/1535 għandha tiġi interpretata fis-sens li dispożizzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal ma hija l-Liġi tar-Repubblika tal-Litwanja dwar il-Logħob tal-Azzard, li għandha tiġi kkomunikata skont l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2015/1535 meta din titqies li hija “regolament tekniku”, fis-sens tal-Artikolu 1(1)(f) tal-istess direttiva, ma tistax tiġi infurzata kontra operaturi ekonomiċi akkużati bi ksur amministrattiv jekk il-modifiki għad-dispożizzjoni meqjusa bħala regolament tekniku ma jkunux ġew ikkomunikati, filwaqt li l-verżjoni preċedenti tal-liġi kienet ġiet innotifikata? |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3156/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)