|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/3149 |
21.5.2024 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl-1 ta’ Frar 2024 – Tradeinn Retail Services S.L. vs PH
(Kawża C-76/24, Tradeinn Retail Services)
(C/2024/3149)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent u appellant: Tradeinn Retail Services S.L.
Konvenut u appellat: PH
Domandi preliminari
|
1) |
Il-proprjetarju ta’ trade mark nazzjonali jista’, skont l-Artikolu 10(3)(b) tad-Direttiva (UE) 2015/2436 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2015 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (1), jimpedixxi persuna f’pajjiż ieħor milli jkollha fil-pussess tagħha oġġetti li jiksru d-drittijiet tat-trade mark bl-iskop li joffri dawn l-oġġetti jew iqiegħdhom fis-suq fil-pajjiż ta’ protezzjoni tat-trade mark? |
|
2) |
Sabiex tkun stabbilita il-ħażna tal-oġġetti fis-sens tal-Artikolu 10(3)(b) tad-Direttiva 2015/2436, hija meħtieġa l-possibbiltà ta’ aċċess effettiv għall-oġġetti li jiksru d-drittijiet tat-trade mark jew hija suffiċjenti l-possibbiltà li l-persuna li jkollha aċċess effettiv għal dawn l-oġġetti tkun tista’ tiġi influwenzata? |
(1) ĠU 2015, L 336, p. 1, rettifika fil-ĠU 2016 L 110, p. 5
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3149/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)