|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/3143 |
21.5.2024 |
Appell ippreżentat fid-29 ta’ Diċembru 2023 minn Nutmark, Lda (Zona Franca da Madeira) mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fis-27 ta’ Ottubru 2023 fil-Kawżi T-714/22 u T-715/22, Nutmark u Piamark vs Il-Kummissjoni (Zona Franca da Madeira)
(Kawża C-804/23 P)
(C/2024/3143)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrent: Nutmark, Lda (Zona Franca da Madeira) (rappreżentanti: P. Vidal Matos, F. Lança Martins u C. Marques Aparício, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
|
(i) |
tilqa’ b’mod sħiħ dan l-appell, billi tannulla d-digriet ikkontestat b’mod sħiħ, u konsegwentement tilqa’ t-talba mressqa fir-rikors fil-Kawżi magħquda T-714/22 u T-715/22 intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1414 (1), tal-4 ta’ Diċembru 2020, dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex 2018/NN) implimentata mill-Portugall għal Zona Franca da Madeira (ZFM); u |
|
(ii) |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha. |
Aggravji u argumenti prinċipali
|
(i) |
L-ewwel aggravju – Żball ta’ liġi minħabba l-ksur tal-Artikolu 4(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u tal-Artikoli 107(1) u 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, sa fejn id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1414, tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex 2018/NN) implimentata mill-Portugall għal Zona Franca da Madeira (ZFM), tidentifika b’mod żbaljat is-sistema tat-taxxa ta’ referenza; |
|
(ii) |
It-tieni aggravju – Żball ta’ liġi minħabba ksur tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, sa fejn id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1414, tal-4 ta’ Diċembru 2020, dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex 2018/NN) implimentata mill-Portugall għal Zona Franca da Madeira (ZFM), ma tipprovdix jekk u sa fejn l-Iskema III taż-Żona Ħielsa ta’ Madeira tikkostitwixxi deroga mis-sistema tat-taxxa ta’ referenza li tintroduċi differenzi bejn operaturi ekonomiċi li jinsabu f’sitwazzjoni fattwali u legali paragunabbli; |
|
(iii) |
It-tielet aggravju – Żball ta’ liġi minħabba l-ksur tal-Artikoli 107(1), 263 u 296(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, minħabba l-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1414, tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex 2018/NN) implimentata mill-Portugall għal Zona Franca da Madeira (ZFM), sa fejn din ma tipprovax li l-Iskema III taż-Żona Ħielsa ta’ Madeira kienet x’aktarx ser taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri u toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni; |
|
iv) |
Ir-raba’ aggravju – Żball ta’ liġi minħabba ksur tal-Artikolu 16(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 (2) tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, minħabba ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali; |
|
v) |
Il-ħames aggravju – Żball ta’ liġi minħabba ksur tal-Artikolu 1 tal-Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, minħabba ksur tad-dritt għall-proprjetà. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3143/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)