|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/3114 |
6.5.2024 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU
tat-8 ta' Diċembru 2023
li temenda r-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 dwar il-valutazzjoni tal-effetti transkonfinali ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali u r-reċiproċità volontarja tagħhom
(BERS/2023/13)
(C/2024/3114)
IL-BORD ĠENERALI TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Anness IX tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali fl-Unjoni Ewropea tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 u l-Artikoli 16 sa 18 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (3), u b’mod partikolari t-Taqsima I tal-Kapitolu 4 tat-Titolu VII tagħha,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni BERS/2011/1 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-20 ta’ Jannar 2011 li tadotta r-Regoli tal-Proċedura tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (4), u b’mod partikolari l-Artikoli 18 sa 20 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Sabiex jiġu żgurati l-effettività u l-applikazzjoni konsistenti tal-miżuri ta’ politika makroprudenzjali nazzjonali, huwa importanti li r-rikonoxximent meħtieġ skont id-dritt tal-Unjoni jiġi kkomplementat b’reċiproċità volontarja. |
|
(2) |
Il-qafas dwar ir-reċiproċità volontarja għal miżuri tal-politika makroprudenzjali stipulat fir-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (5) għandu l-għan jiżgura li l-miżuri kollha tal-politika makroprudenzjali bbażati fuq skopertura attivati fi Stat Membru wieħed ikunu reċiprokati fl-Istati Membri l-oħrajn. |
|
(3) |
Ir-Rakkomandazzjoni BERS/2017/4 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (6) tirrakkomanda lill-awtorità attivanti rilevanti biex tipproponi limitu massimu ta’ materjalità meta tissottometti talba għal reċiproċità lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS), li taħtu l-iskopertura tal-fornitur tas-servizz finanzjarju individwali għar-riskju makroprudenzjali identifikat fil-ġurisdizzjoni fejn il-miżura ta’ politika makroprudenzjali hija applikata mill-awtorità attivanti tista’ titqies bħala mhux materjali. Il-BERS jista’ jirrakkomanda livell limitu differenti jekk jitqies neċessarju. |
|
(4) |
Fl-4 ta’ Ottubru 2023, Banco de Portugal, li jaġixxi bħala l-awtorità maħtura għall-finijiet tal-Artikolu 133 tad-Direttiva 2013/36/UE, innotifika lill-BERS bl-intenzjoni tiegħu li jistabbilixxi rata ta’ riżerva għal riskju sistemiku settorjali (sSyRB) ta’ 4 % skont l-Artikolu 133(9) ta’ dik id-Direttiva biex jipprevjeni u jimmitiga r-riskji makroprudenzjali jew sistemiċi li jirriżultaw minn skoperturi fil-livell tal-konsumatur ibbażati fuq klassifikazzjonijiet interni (IRB) għal persuni fiżiċi ggarantiti minn proprjetà immobbli residenzjali li għaliha l-kollateral ikun jinsab fil-Portugall. Ir-rata sSyRB maħsuba se tapplika għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu domestiċi, li wħud minnhom huma sussidjarji ta’ entitajiet stabbiliti fi Stat Membru ieħor tal-UE. Fit-13 ta’ Novembru, il-BERS ħareġ ir-Rakkomandazzjoni BERS/2023/11 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (7) fejn iddikjara li jqis il-miżura ġustifikata, xierqa, proporzjonata, effettiva u effiċjenti biex tindirizza r-riskji li għandha timmira lejhom. |
|
(5) |
Ir-rata sSyRB hija mistennija li tapplika mill-1 ta’ Ottubru 2024 u li tibqa’ fis-seħħ sa sentejn jew sakemm ir-riskji mmirati jimmaterjalizzaw jew jisparixxu. |
|
(6) |
Fl-4 ta’ Ottubru 2023, Banco de Portugal ippreżenta wkoll talba lill-BERS biex jirrakkomanda r-reċiproċità tal-miżura ta’ politika makroprudenzjali msemmija hawn fuq skont l-Artikolu 134(5) tad-Direttiva 2013/36/UE. Wara t-talba mressqa dwar ir- reċiproċità tal-miżura minn Stati Membri oħra, u sabiex tiġi evitata l-materjalizzazzjoni ta’ effetti transkonfinali negattivi fil-forma ta’ tixrid u arbitraġġ regolatorju li jistgħu jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-miżura tal-politika makroprudenzjali li se ssir applikabbli fil-Portugall, il-Bord Ġenerali tal-BERS iddeċieda li jinkludi din il-miżura fil-lista ta’ miżuri ta’ politika makroprudenzjali li huma rakkomandati li jiġu rreċiprokati skont ir-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2. Il-Bord Ġenerali tal-BERS iddeċieda wkoll li jirrakkomanda limitu massimu ta’ materjalità speċifiku għall-istituzzjoni ta’ EUR 1 biljun biex jidderieġi l-applikazzjoni tal-prinċipju de minimis mill-Istat Membru reċiprokanti. |
|
(7) |
Fl-10 ta’ Ottubru 2023, il-Ministeru Daniż għall-Industrija, in-Negozju u l-Affarijiet Finanzjarji, li jaġixxi bħala l-awtorità maħtura għall-fini tal-Artikolu 133 tad-Direttiva 2013/36/UE, innotifika lill-BERS bl-intenzjoni tiegħu li jistabbilixxi rata ta’ 7 % sSyRB, f’konformità mal-Artikolu 133(9) ta’ dik id-Direttiva. Il-miżura se tapplika għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu domestiċi kollha. Dan se japplika għat-tipi kollha ta’ skoperturi li jinsabu fid-Danimarka għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji li joperaw f’attivitajiet ta’ proprjetà immobbli u fl-iżvilupp ta’ proġetti ta’ bini identifikati f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi fl-Unjoni (NACE) stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). |
|
(8) |
Fis-16 ta’ Novembru 2023, il-BERS ħareġ l-Opinjoni BERS/2023/12 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (9) fejn iddikjara li jqis il-miżura ġġustifikata, xierqa, proporzjonata, effettiva u effiċjenti biex tindirizza r-riskji li għandha timmira lejhom. |
|
(9) |
Ir-rata sSyRB hija mistennija li tapplika mit-30 ta’ Ġunju 2024. Il-miżura se tiġi eżaminata mill-ġdid mill-awtorità maħtura għall-fini tal-Artikolu 133 tad-Direttiva 2013/36/UE mhux aktar tard minn sentejn wara l-applikazzjoni inizjali. |
|
(10) |
Fl-10 ta’ Ottubru 2023, il-Ministeru Daniż għall-Industrija, in-Negozju u l-Affarijiet Finanzjarji ppreżenta wkoll talba lill-BERS biex jirrakkomanda r-reċiproċità tal-miżura ta’ politika makroprudenzjali msemmija hawn fuq skont l-Artikolu 134(5) tad-Direttiva 2013/36/UE. Wara t-talba dwar ir-reċiprokazzjoni tal-miżura minn Stati Membri oħra, u sabiex tiġi evitata l-materjalizzazzjoni ta’ effetti transkonfinali negattivi fil-forma ta’ tixrid u arbitraġġ regolatorju li jistgħu jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-miżura tal-politika makroprudenzjali li se ssir applikabbli fid-Danimarka, il-Bord Ġenerali tal-BERS iddeċieda li jinkludi wkoll din il-miżura fil-lista ta’ miżuri ta’ politika makroprudenzjali li huma rakkomandati li jiġu rreċiprokati skont ir-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2. Il-Bord Ġenerali tal-BERS iddeċieda wkoll li jirrakkomanda limitu massimu ta’ materjalità speċifiku għall-istituzzjoni ta’ EUR 200 miljun biex jidderieġi l-applikazzjoni tal-prinċipju de minimis mill-Istat Membru reċiprokanti. |
|
(11) |
Għalhekk, ir-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
Emendi
Ir-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fit-Taqsima 1, is-subrakkomandazzjoni C(1) hija sostitwita b’dan li ġej:
(*1) Ir-Regolament (UE) 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1)." (*2) Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338)." |
|
(2) |
L-Anness huwa sostitwit bl-Anness għal din ir-Rakkomandazzjoni. |
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-8 ta’ Diċembru 2023.
Il-Kap tas-Segretarjat tal-BERS,
f’isem il-Bord Ġenerali tal-BERS
Francesco MAZZAFERRO
(2) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1.
(3) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338.
(5) Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-15 ta’ Diċembru 2015 dwar il-valutazzjoni tal-effetti transfruntiera ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali u r-reċiproċità volontarja tagħhom (ĠU Ċ 97, 12.3.2016, p. 9).
(6) Ir-Rakkomandazzjoni BERS/2017/4 tal-Bord Ewropew għar-Riskju Sistemiku tal-20 ta’ Ottubru 2017 li temenda r-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 dwar il-valutazzjoni tal-effetti transfruntiera ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali u r-reċiproċità volontarja tagħhom (ĠU Ċ 431, 15.12.2017, p. 1).
(7) Ir-Rakkomandazzjoni BERS/2023/11 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tat-13 ta’ Novembru 2023 dwar in-notifika Portugiża tal-intenzjoni tiegħu li jistabbilixxi rata ta’ riżerva għal riskju sistemiku settorjali skont l-Artikolu 133 tad-Direttiva 2013/36/UE (għadha ma ġietx ippubbliakta fil-Ġurnal Uffiċjali).
(8) Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).
(9) L-Opinjoni BERS/2023/12 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tas-16 ta’ Novembru 2023 rigward in-notifika Daniża tal-iffissar jew l-iffissar mill-ġdid ta’ rata tar-riżerva għal riskju sistemiku skont l-Artikolu 133 tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċċjali).
ANNESS
“ANNESS
Il-Belġju
Rata ta’ riżerva għal riskju sistemiku fuq l-iskoperturi IRB fil-livell tal-konsumatur kollha ggarantiti bi proprjetà immobbli residenzjali li għaliha l-kollateral jinsab fil-Belġju.
I. Deskrizzjoni tal-miżura
|
1. |
Sal-31 ta’ Marzu 2024, il-miżura Belġjana, applikata f’konformità mal-Artikolu 133 tad-Direttiva 2013/36/UE, timponi rata ta’ riżerva għal riskju sistemiku ta’ 9 % fuq l-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur tal-IRB għal persuni fiżiċi ggarantiti bi proprjetà immobbli residenzjali li għalihom il-kollateral jinsab fil-Belġju (kemm skoperturi mhux inadempjenti kif ukoll skoperturi inadempjenti). |
|
2. |
Mill-1 ta’ April 2024, il-miżura Belġjana, applikata f’konformità mal-Artikolu 133 tad-Direttiva 2013/36/UE, timponi rata ta’ riżerva għal riskju sistemiku ta’ 6 % fuq l-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur tal-IRB għal persuni fiżiċi ggarantiti permezz ta’ proprjetà immobbli residenzjali li għalihom il-kollateral ikun jinsab fil-Belġju (kemm skoperturi mhux inadempjenti kif ukoll skoperturi inadempjenti). |
II. Reċiprokazzjoni
|
3. |
Huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti jirreċiprokaw il-miżura Belġjana billi japplikawha għall-iskoperturi IRB fil-livell tal-konsumatur għal persuni fiżiċi ggarantiti bi proprjetà immobbli residenzjali li għaliha l-kollateral ikun jinsab fil-Belġju (kemm bħala skoperturi mhux inadempjenti kif ukoll bħala skoperturi inadempjenti). Alternattivament, il-miżura tista’ tiġi rreċiprokata bl-użu tal-kamp ta’ applikazzjoni li ġej fir-rapportar tal-COREP: Skoperturi IRB fil-livell tal-konsumatur iggarantiti minn proprjetà immobbli residenzjali fil-konfront ta’ individwi li jinsabu fil-Belġju (kemm bħala skoperturi mhux inadempjenti kif ukoll bħala skoperturi inadempjenti). |
|
4. |
Jekk l-istess miżura ta’ politika makroprudenzjali mhijiex disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom, huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti japplikaw, wara konsultazzjoni mal-BERS, miżura ta’ politika makroprudenzjali disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom li għandha l-aktar effett ekwivalenti għall-miżura msemmija hawn fuq rakkomandata għar-reċiprokazzjoni, inkluż l-adozzjoni ta’ miżuri u setgħat superviżorji stipulati fit-Titolu VII, Kapitolu 2, Taqsima IV tad-Direttiva 2013/36/UE. Huwa rakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti jadottaw il-miżura ekwivalenti sa mhux aktar tard minn erba' xhur wara l-pubblikazzjoni ta' din ir-Rakkomandazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
III. Livell limitu ta' materjalità
|
5. |
Il-miżura hija kkomplementata minn livell limitu ta’ materjalità speċifiku għall-istituzzjoni biex tidderieġi l-applikazzjoni potenzjali tal-prinċipju de minimis mill-awtoritajiet rilevanti li jirreċiprokaw il-miżura. L-istituzzjonijiet jistgħu jiġu eżentati mir-rekwiżit ta’ riżerva għal riskju sistemiku sakemm l-iskoperturi settorjali rilevanti tagħhom ma jaqbżux EUR 2 biljun. Għalhekk, ir-reċiproċità tintalab biss meta jinqabeż il-livell limitu speċifiku għall-istituzzjoni. |
|
6. |
F’konformità mat-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, il-limitu ta’ materjalità ta’ EUR 2 biljun huwa livell limitu massimu rakkomandat. L-awtoritajiet rilevanti reċiprokanti jistgħu għalhekk jistabbilixxu livell limitu aktar baxx minflok japplikaw il-livell limitu rakkomandat għall-ġuriżdizzjonijiet tagħhom fejn xieraq, jew jirreċiprokaw il-miżura mingħajr ebda livell limitu ta’ materjalità. |
Il-Ġermanja
Rata ta’ riżerva għal riskju sistemiku ta’ 2 % fuq (i) l-iskoperturi kollha IRB ggarantiti bi proprjetà immobbli residenzjali li tinsab fil-Ġermanja, u (ii) l-iskoperuri kollha bbażati fuq SA li huma totalment u kompletament iggarantiti minn proprjetà immobbli residenzjali, kif imsemmi fl-Artikolu 125(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li tinsab fil-Ġermanja;
I. Deskrizzjoni tal-miżura
|
1. |
Il-miżura Ġermaniża, applikata f’konformità mal-Artikolu 133 tad-Direttiva 2013/36/UE, timponi rata ta’ riżerva għal riskju sistemiku ta’ 2 % għall-iskoperturi kollha (jiġifieri dawk fil-livell tal-konsumatur u dawk mhux fil-livell tal-konsumatur) għal persuni fiżiċi u legali li huma ggarantiti bi proprjetà residenzjali li tinsab fil-Ġermanja. Il-miżura għandha tapplika għal (i) istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fil-Ġermanja u li jużaw l-approċċ IRB għall-kalkolu tal-ammonti tagħhom ta’ skoperturi ponderati skont ir-riskju li huma ggarantiti bi proprjetà immobbli li tinsab fil-Ġermanja, u (ii) istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fil-Ġermanja u li jużaw l-SA għall-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi tagħhom ponderati skont ir-riskju għal skoperturi li huma ggarantiti bis-sħiħ u kompletament minn proprjetà immobbli residenzjali, kif imsemmi fl-Artikolu 125(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li tinsab fil-Ġermanja. |
II. Reċiprokazzjoni
|
2. |
Huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet relevanti jirreċiprokaw il-miżura Ġermaniża billi japplikawha għal istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati domestikament. |
|
3. |
4. Jekk l-istess miżura ta’ politika makroprudenzjali mhijiex disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom, huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti japplikaw, wara konsultazzjoni mal-BERS, miżura ta’ politika makroprudenzjali disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom li għandha l-aktar effett ekwivalenti għall-miżura msemmija hawn fuq rakkomandata għar-reċiprokazzjoni, inkluż l-adozzjoni ta’ miżuri u setgħat superviżorji stipulati fit-Titolu VII, Kapitolu 2, Taqsima IV tad-Direttiva 2013/36/UE. |
|
4. |
Huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti jiżguraw li l-miżura ta’ reċiprokazzjoni tapplika u jkun hemm konformità magħha mill-1 ta’ Frar 2023. |
III. Livell limitu ta' materjalità
|
5. |
Il-miżura hija kkomplementata minn livell limitu ta’ materjalità speċifika għall-istituzzjoni biex tidderieġi l-applikazzjoni potenzjali tal-prinċipju de minimis mill-awtoritajiet rilevanti li jirreċiprokaw il-miżura. l-Istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu jiġu eżentati mir-rekwiżit ta’ riżerva għal riskju sistemiku jekk l-iskoperturi settorjali rilevanti tagħhom ma jaqbżux l-EUR 10 biljun. Għalhekk, ir-reċiproċità tintalab biss meta jinqabeż il-livell limitu speċifiku għall-istituzzjoni. |
|
6. |
L-awtoritajiet rilevanti għandhom jimmonitorjaw il-materjalità tal-iskoperturi. F'konformità mat-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, il-livell limitu ta' materjalità ta' EUR 10 biljun huwa livell limitu massimu rrakkomandat. L-awtoritajiet rilevanti reċiprokanti jistgħu għalhekk jistabbilixxu livell limitu aktar baxx minflok li japplikaw il-livell limitu rakkomandat għall-ġurisdizzjonijiet tagħhom fejn xieraq, jew jirreċiprokaw il-miżura mingħajr ebda livell limitu ta’ materjalità. |
Il-Litwanja:
Rata ta’ riżerva għal riskju sistemiku ta’ 2 % għall-iskoperturi kollha fil-livell tal-konsumatur għal persuni fiżiċi residenti fir-Repubblika tal-Litwanja li huma ggarantiti bi proprjetà residenzjali.
I. Deskrizzjoni tal-miżura
|
1. |
Il-miżura Litwana, applikata f’konformità mal-Artikolu 133 tad-Direttiva 2013/36/UE timponi rata ta’ riżerva għal riskju sistemiku ta’ 2 % għall-iskoperturi kollha fil-livell tal-konsumatur għal persuni fiżiċi fil-Litwanja li huma ggarantiti bi proprjetà residenzjali. |
II. Reċiprokazzjoni
|
2. |
Huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti jirreċiprokaw il-miżura Litwana billi japplikawha għal friegħi li jinsabu fil-Litwanja ta’ banek awtorizzati domestikament u skoperturi transoknfinali diretti għal persuni fiżiċi fil-Litwanja li huma ggarantiti bi proprjetà residenzjali. Sehem sinifikanti tal-pożizzjonijiet ipotekarji totali huwa miżmum minn friegħi ta’ banek barranin li joperaw fil-Litwanja, għalhekk, ir-reċiproċità tal-miżura minn Stati Membri oħra tgħin biex jitrawmu kundizzjonijiet ugwali u tiżgura li l-parteċipanti sinifikanti kollha fis-suq iqisu ż-żieda fir-riskju tal-proprjetà immobbli residenzjali fil-Litwanja u jżidu r-reżiljenza tagħhom. |
|
3. |
4. Jekk l-istess miżura ta’ politika makroprudenzjali mhijiex disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom, huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti japplikaw, wara konsultazzjoni mal-BERS, miżura ta’ politika makroprudenzjali disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom li għandha l-aktar effett ekwivalenti għall-miżura msemmija hawn fuq rakkomandata għar-reċiprokazzjoni, inkluż l-adozzjoni ta’ miżuri u setgħat superviżorji stipulati fit-Titolu VII, Kapitolu 2, Taqsima IV tad-Direttiva 2013/36/UE. Huwa rakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti jadottaw il-miżura ekwivalenti sa mhux aktar tard minn erba' xhur wara l-pubblikazzjoni ta' din ir-Rakkomandazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
III. Livell limitu ta' materjalità
|
4. |
Il-miżura hija kkomplementata minn livell limitu ta' materjalità speċifiku għall-istituzzjoni biex tidderieġi l-applikazzjoni potenzjali tal-prinċipju de minimis mill-awtoritajiet rilevanti li jirreċiprokaw il-miżura. L-istituzzjonijiet jistgħu jiġu eżentati mir-rekwiżit ta’ riżerva għal riskju sistemiku jekk l-iskoperturi settorjali rilevanti tagħhom ma jaqbżux EUR 50 miljun, li huwa madwar 0.5 % tal-iskoperturi rilevanti tas-settur totali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu fil-Litwanja. Għalhekk, ir-reċiproċità tintalab biss meta jinqabeż il-livell limitu speċifiku għall-istituzzjoni. |
|
5. |
Ġustifikazzjoni għal livell limitu bħal dan:
|
|
6. |
B’mod konformi mat-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, il-livell limitu ta’ materjalità ta’ EUR 50 miljun huwa livell limitu massimu rakkomandat. L-awtoritajiet rilevanti reċiprokanti jistgħu għalhekk jistabbilixxu livell limitu aktar baxx minflok li japplikaw il-livell limitu rakkomandat għall-ġurisdizzjonijiet tagħhom fejn xieraq, jew jirreċiprokaw il-miżura mingħajr ebda livell limitu ta’ materjalità. |
Il-Lussemburgu:
Limiti legalment vinkolanti tal-proporzjon bejn is-self u l-valur (LTV) għal self ipotekarju ġdid fuq proprjetà immobbli residenzjali li tinsab fil-Lussemburgu, b’limiti LTV differenti applikabbli għal kategoriji differenti ta’ mutwatarji:
|
(a) |
limitu LTV ta’ 100 % għal dawk li jixtru għall-ewwel darba u jakkwistaw ir-residenza primarja tagħhom; |
|
(b) |
limitu LTV ta’ 90 % għal xerrejja oħra, jiġifieri dawk li ma jkunux qed jixtru għall-ewwel darba r-residenza primarja tagħhom. Dan il-limitu huwa implimentat b’mod proporzjonali permezz ta’ allokazzjoni tal-portafoll. Speċifikament, is-selliefa jistgħu joħorġu 15 % tal-portafoll ta’ self ipotekarju ġdid mogħti lil dawn il-mutwatarji b’LTV ogħla minn 90 % iżda inqas mil-LTV massimu ta’ 100 %; |
|
(c) |
limitu LTV ta’ 80 % għal self ipotekarju ieħor (inkluż is-segment tax-xiri għall-kiri). |
I. Deskrizzjoni tal-miżura
|
1. |
L-awtoritajiet tal-Lussemburgu attivaw limiti LTV legalment vinkolanti għal self ipotekarju ġdid fuq proprjetà immobbli residenzjali li tinsab fil-Lussemburgu. Wara r-Rakkomandazzjoni tal-Comité du Risque Systémique (Kumitat dwar ir-Riskju Sistemiku) (1), il-Commission de Surveillance du Secteur Financier (Kummissjoni tas-Sorveljanza tas-Settur Finanzjarju) (2) li taġixxi flimkien mal-Banque centrale du Luxembourg attivat limiti LTV li jvarjaw bejn tliet kategoriji ta’ dawk li jissellfu. Il-limiti LTV għal kull waħda mit-tliet kategoriji huma kif ġej:
|
|
2. |
LTV huwa l-proporzjon bejn it-total tas-selfiet kollha jew il-partijiet ta’ self sostnuti mill-mutwatarju bi proprjetà residenzjali fiż-żmien meta jingħata s-self u l-valur tal-proprjetà fl-istess ħin. |
|
3. |
Il-limiti LTV japplikaw indipendentement mit-tip ta’ sjieda (eż. sjieda sħiħa, użufrutt, nuda proprjetà). |
|
4. |
Il-miżura tapplika għal kwalunkwe mutwatarju privat li jieħu self ipotekarju biex jixtri proprjetà immobbli residenzjali fil-Lussemburgu għal skopijiet mhux kummerċjali. Il-miżura tapplika wkoll jekk il-mutwatarju juża struttura legali bħal kumpanija tal-investiment fil-proprjetà immobbli biex iwettaq din it-tranżazzjoni, u fil-każ ta’ applikazzjonijiet konġunti. ‘Proprjetà immobbli residenzjali’ tinkludi art għall-bini, kemm jekk ix-xogħol ta’ kostruzzjoni jsir immedjatament wara x-xiri kif ukoll jekk snin wara. Il-miżura tapplika wkoll jekk self jingħata lil mutwatarju għax-xiri ta’ proprjetà bi ftehim ta’ kiri fit-tul. Il-proprjetà immobbli tista’ tkun għall-okkupazzjoni mis-sid jew għax-xiri għall-kiri. |
II. Reċiprokazzjoni
|
5. |
L-Istati Membri li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu tagħhom, il-korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u l-professjonisti li jwettqu attivitajiet ta’ self (selliefa ipotekarji) ikollhom skoperturi ta’ kreditu materjali rilevanti għal-Lussemburgu permezz ta’ kreditu transfruntier dirett huma rakkomandati li jirreċiprokaw il-miżura tal-Lussemburgu fil-ġuriżdizzjoni tagħhom. Jekk l-istess miżura ma tkunx disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom għall-iskoperturi transkonfinali rilevanti kollha, l-awtoritajiet rilevanti għandhom japplikaw il-miżuri disponibbli li jkollhom l-aktar effett ekwivalenti għall-miżura ta’ politika makroprudenzjali attivata. |
|
6. |
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-BERS li huma rreċiprokaw il-miżura tal-Lussemburgu jew użaw eżenzjonijiet de minimis f’konformità mar-Rakkomandazzjoni D tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2. In-notifika għandha tiġi pprovduta mhux aktar tard minn xahar wara li tkun ġiet adottata l-miżura reċiproka, bl-użu tal-mudell rispettiv ippubblikat fuq is-sit web tal-BERS. Il-BERS se jippubblika n-notifiki fuq is-sit web tal-BERS, u b’hekk jikkomunika d-deċiżjonijiet nazzjonali ta’ moviment reċiproku lill-pubbliku. Din il-pubblikazzjoni se tinkludi kwalunkwe eżenzjoni magħmula minn Stati Membri reċiprokanti u l-impenn tagħhom li jimmonitorjaw it-tixrid u jaġixxu jekk ikun meħtieġ. |
|
7. |
Huwa rakkomandat li l-Istati Membri jirreċiprokaw miżura fi żmien tliet xhur mill-pubblikazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
III. Livell limitu ta' materjalità
|
8. |
Il-miżura hija kkomplementata b’żewġ livelli limiti ta’ materjalità biex tidderieġi l-applikazzjoni potenzjali tal-prinċipju de minimis mill-Istati Membri reċiprokanti: livell limitu ta’ materjalità speċifiku għall-pajjiż u livell limitu ta’ materjalità speċifiku għall-istituzzjoni. Il-livell limitu ta’ materjalità speċifiku għall-pajjiż għas-self ipotekarju transkonfinali totali lil-Lussemburgu huwa ta’ EUR 350 miljun li jikkorrispondi għal madwar 1 % tas-suq domestiku totali tal-ipoteki fuq proprjetà immobbli residenzjali f’Diċembru 2020. Il-livell limitu ta’ materjalità speċifiku għall-istituzzjoni għat-total tas-self ipotekarju transfruntier lil-Lussemburgu huwa ta’ EUR 35 miljun li jikkorrispondi għal madwar 0.1 % tas-suq ipotekarju residenzjali domestiku totali fil-Lussemburgu f’Diċembru 2020. Ir-reċiprokazzjoni tintalab biss meta jinqabżu kemm il-livell limitu speċifiku għall-pajjiż kif ukoll il-livell limitu speċifiku għall-istituzzjoni. |
In-Netherlands:
Piż tar-riskju medju minimu applikat mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jużaw l-approċċ IRB fir-rigward tal-portafolli tagħhom ta’ skoperturi għal persuni fiżiċi ggarantiti bi proprjetà residenzjali li tinsab fin-Netherlands. Għal kull element ta’ skopertura individwali li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżura, jiġi assenjat piż tar-riskju ta’ 12 % għal porzjon tas-self li ma jaqbiżx il-55 % tal-valur tas-suq tal-proprjetà li sservi biex tiggarantixxi s-self, u jiġi assenjat piż tar-riskju ta’ 45 % lill-porzjon li jifdal tas-self. Il-piż tar-riskju medju minimu tal-portafoll huwa l-medja ponderata skont l-iskopertura tal-piżijiet tar-riskju tas-self individwali.
I. Deskrizzjoni tal-miżura
|
1. |
Il-miżura Netherlandiża applikata skont l-Artikolu 458(2)(d)(vi) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 timponi piż tar-riskju medju minimu għall-portafoll tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu IRB ta’ skoperturi għal persuni fiżiċi ggarantiti b’ipoteki fuq proprjetà residenzjali li tinsab fin-Netherlands. Is-self kopert mill-iskema Nazzjonali ta’ Garanzija Ipotekarja huwa eżentat mill-miżura. |
|
2. |
Il-piż tar-riskju medju minimu għandu jiġi kkalkulat kif ġej:
|
|
3. |
Din il-miżura ma tiħux post ir-rekwiżiti kapitali eżistenti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u li jirriżultaw minnu. Il-banek li għalihom tapplika l-miżura jridu jikkalkulaw il-piż medju tar-riskju tal-parti tal-portafoll ipotekarju li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din il-miżura fuq il-bażi kemm tad-dispożizzjonijiet applikabbli regolari li jinsabu fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 kif ukoll tal-metodu kif stabbilit fil-miżura. Fil-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali tagħhom, huma għandhom sussegwentement japplikaw l-ogħla miż-żewġ piżijiet medji tar-riskju. |
II. Reċiprokazzjoni
|
4. |
L-awtoritajiet rilevanti huma rakkomandati li jirreċiprokaw il-miżura Netherlandiża billi japplikawha għal istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati domestikament li jużaw l-approċċ IRB li għandhom skoperturi għal persuni fiżiċi ggarantiti bi proprjetà residenzjali li tinsab fin-Netherlands, peress li s-settur bankarju tagħhom jista’, permezz tal-fergħat tagħhom, ikun jew jiġi espost għar-riskju sistemiku fis-suq tad-djar Netherlandiż direttament jew indirettament. |
|
5. |
Skont is-subrakkomandazzjoni C(2), huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti japplikaw l-istess miżura bħal dik li ġiet implimentata fin-Netherlands mill-awtorità attivanti fl-iskadenza speċifikata fis-subrakkomandazzjoni C(3). |
|
6. |
Jekk l-istess miżura ta’ politika makroprudenzjali mhijiex disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom, huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti japplikaw, wara konsultazzjoni mal-BERS, miżura ta’ politika makroprudenzjali disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom li għandha l-aktar effett ekwivalenti għall-miżura msemmija hawn fuq rakkomandata għar-reċiprokazzjoni, inkluż l-adozzjoni ta’ miżuri u setgħat superviżorji stipulati fit-Titolu VII, Kapitolu 2, Taqsima IV tad-Direttiva 2013/36/UE. Huwa rakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti jadottaw il-miżura ekwivalenti sa mhux aktar tard minn erba' xhur wara l-pubblikazzjoni ta' din ir-Rakkomandazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
III. Livell limitu ta' materjalità
|
7. |
Il-miżura hija kkomplementata minn livell limitu ta’ materjalità speċifiku għall-istituzzjoni biex tidderieġi l-applikazzjoni potenzjali tal-prinċipju de minimis mill-awtoritajiet rilevanti li jirreċiprokaw il-miżura. L-istituzzjonijiet jistgħu jiġu eżentati mill-piż tar-riskju medju minimu għall-portafoll ta’ skoperturi tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu IRB għal persuni fiżiċi ggarantiti b’ipoteki fuq proprjetà residenzjali li tinsab fin-Netherlands jekk dan il-valur ma jaqbiżx EUR 5 biljun. Is-self kopert mill-iskema Nazzjonali ta’ Garanzija Ipotekarja mhux se jiġi kkalkulat lejn il-livell limitu ta’ materjalità. |
|
8. |
F'konformità mat-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, il-livell limitu ta' materjalità ta' EUR 5 biljun huwa livell limitu massimu rrakkomandat. L-awtoritajiet rilevanti reċiprokanti jistgħu għalhekk jistabbilixxu livell limitu aktar baxx minflok japplikaw il-livell limitu rakkomandat għall-ġurisdizzjonijiet tagħhom fejn xieraq, jew jirreċiprokaw il-miżura mingħajr ebda livell limitu ta’ materjalità. |
In-Norveġja:
|
— |
rata ta’ riżerva tar-riskju sistemiku ta’ 4.5 % għal skoperturi fin-Norveġja, applikata f’konformità mal-Artikolu 133 tad-Direttiva 2013/36/UE, kif applikata għan-Norveġja u fin-Norveġja mill-31 ta’ Diċembru 2022 skont it-termini tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (il-Ftehim ŻEE) (minn hawn ’il quddiem is-‘CRD kif applikabbli għan-Norveġja u fin-Norveġja mill-31 ta’ Diċembru 2022), għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha awtorizzati fin-Norveġja; |
|
— |
limitu minimu tal-piż tar-riskju medju ta’ 20 % (ponderata skont l-iskopertura) għal skoperturi ta’ proprjetà immobbli residenzjali li jinsabu fin-Norveġja, applikat f’konformità mal-Artikolu 458(2)(d)(iv) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif applikat għan-Norveġja u fin-Norveġja mill-31 ta’ Diċembru 2022 skont it-termini tal-Ftehim ŻEE (minn hawn ’il quddiem is-‘CRR kif applikabbli għan-Norveġja u fin-Norveġja fil-31 ta’ Diċembru 2022 ’), għal istituzzjonijiet ta’ kreditu, awtorizzati fin-Norveġja li jużaw l-approċċ ibbażat fuq il-klassifikazzjoni interna (IRB) għall-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali regolatorji; |
|
— |
limitu minimu tal-piż tar-riskju medju ta’ 35 % (ponderata skont l-iskopertura) għal skoperturi ta’ proprjetà immobbli kummerċjali li jinsabu fin-Norveġja, applikat f’konformità mal-Artikolu 458(2)(d)(iv) tas-CRR kif applikabbli għan-Norveġja u fin-Norveġja mill-31 ta’ Diċembru 2022 għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fin-Norveġja li jużaw l-approċċ IRB għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ kapital regolatorji. |
I. Deskrizzjoni tal-miżuri
|
1. |
B'effett mill-31 ta' Diċembru 2020, il-Finansdepartementet (il-Ministeru tal-Finanzi Norveġiż) introduċa tliet miżuri makroprudenzjali, jiġifieri (i) riżerva ta' riskju sistemiku għal skoperturi li jinsabu fin-Norveġja, skont l-Artikolu 133 tas-CRD kif applikabbli għan-Norveġja u fin-Norveġja mill-31 ta’ Diċembru 2022; (ii) livell minimu tal-piż tar-riskju għal skoperturi għal proprjetà immobbli residenzjali li tinsab fin-Norveġja, skont l-Artikolu 458(2)(d)(iv) tas-CRR kif applikabbli għan-Norveġja u fin-Norveġja mill-31 ta’ Diċembru 2022; u (iii) livell minimu tal-piż tar-riskju għal skoperturi għal proprjetà immobbli kummerċjali li tinsab fin-Norveġja, skont l-Artikolu 458(2)(d)(iv) tas-CRR kif applikabbli għan-Norveġja u fin-Norveġja mill-31 ta’ Diċembru 2022. |
|
2. |
Ir-rata tar-riżerva għal riskju sistemiku hija stabbilita għal 4.5 % u tapplika għall-iskoperturi domestiċi tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha awtorizzati fin-Norveġja. Madankollu, għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu li ma jużawx l-approċċ IRB avvanzat, ir-rata tar-riżerva tar-riskju sistemiku applikabbli għall-iskoperturi kollha hija stabbilita għal 3 % sat-30 ta’ Diċembru 2023; minn hemm ’il quddiem, ir-rata tar-riżerva tar-riskju sistemiku applikabbli għall-iskoperturi domestiċi hija stabbilita għal 4.5 %. |
|
3. |
Il-miżura tal-limitu minimu tal-piż tar-riskju tal-proprjetà immobbli residenzjali hija limitu minimu għall-piżijiet tar-riskju medji speċifiku għall-istituzzjonijiet għal skoperturi ta’ proprjetà immobbli residenzjali fin-Norveġja, applikabbli għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jużaw l-approċċ IRB. Il-limitu minimu tal-piż tar-riskju tal-proprjetà immobbli jikkonċerna l-piż tar-riskju medju ponderat skont l-iskopertura fil-portafoll tal-proprjetà immobbli residenzjali. Skoperturi Norveġiżi ta’ proprjetà immobbli residenzjali għandhom jinftiehmu bħala skoperturi fil-livell tal-konsumatur kollateralizzati minn proprjetà immobbli fin-Norveġja. |
|
4. |
Il-miżura tal-limitu minimu tal-piż tar-riskju tal-proprjetà immobbli kummerċjali hija limitu minimu għall-piż tar-riskju medju speċifiku għall-istituzzjonijiet għal skoperturi ta’ proprjetà immobbli kummerċjali fin-Norveġja, applikabbli għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jużaw l-approċċ IRB. Il-limitu minimu tal-piż tar-riskju tal-proprjetà immobbli jikkonċerna l-piż tar-riskju medju ponderat skont l-iskopertura fil-portafoll tal-proprjetà immobbli kummerċjali. Skoperturi Norveġiżi ta’ proprjetà immobbli kummerċjali għandhom jinftiehmu bħala skoperturi korporattivi kollateralizzati minn proprjetà immobbli fin-Norveġja. |
II. Reċiprokazzjoni
|
5a. |
Huwa rakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti jirreċiprokaw il-miżuri Norveġiżi għal skoperturi li jinsabu fin-Norveġja f’konformità mal-Artikolu 134(1) tad-Direttiva 2013/36/UE u mal-Artikolu 458(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, rispettivament. Huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti jirreċiprokaw ir-rata tar-riżerva għal riskju sistemiku fi żmien 18-il xahar wara l-pubblikazzjoni tar-Rakkomandazzjoni BERS/2021/3 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (3) f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Jenħtieġ li l-limiti minimi tal-piż tar-riskju għall-iskoperturi tal-proprjetà immobbli residenzjali u kummerċjali fin-Norveġja jiġu reċiprokati fil-perijodu tranżitorju standard ta’ tliet xhur wara l-pubblikazzjoni tar-Rakkomandazzjoni BERS/2021/3 f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
5b. |
Peress li t-tnaqqis tal-livell limitu ta’ materjalità kif imsemmi fir-Rakkomandazzjoni BERS/2023/1 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (4) jista’ jirrikjedi li awtorità rilevanti tadotta miżura nazzjonali ta’ reċiproċità ġdida jew temenda miżuri nazzjonali eżistenti li jirreċiprokaw il-miżura Norveġiża ta’ riżerva għal riskju sistemiku, japplika l-perijodu tranżitorju standard ta’ tliet xhur wara l-pubblikazzjoni tar-Rakkomandazzjoni BERS/2023/1 f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għall-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ reċiproċità. |
|
6. |
Jekk l-istess miżuri ta’ politika makroprudenzjali ma jkunux disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom, f’konformità mas-subrakkomandazzjoni C(2), huwa rakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti japplikaw, wara konsultazzjoni mal-BERS, miżuri ta’ politika makroprudenzjali disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom li jkollhom l-aktar effett ekwivalenti għall-miżuri msemmija hawn fuq rakkomandati għar-reċiprokazzjoni. L-awtoritajiet rilevanti huma rrakkomandati li jadottaw il-miżuri ekwivalenti għar-reċiprokazzjoni tal-limiti minimi tal-piż tar-riskju medju għal skoperturi ta’ proprjetà immobbli residenzjali u kummerċjali fi żmien 12-il xahar u għar-reċiprokazzjoni tar-rata tar-riżerva għal riskju sistemiku fi żmien 18-il xahar, rispettivament, wara l-pubblikazzjoni tar-Rakkomandazzjoni BERS/2021/3 f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Sa fejn it-tnaqqis tal-livell limitu ta’ materjalità jirrikjedi li awtorità rilevanti tadotta miżura nazzjonali ta’ reċiprokazzjoni ġdida kif deskritta f’dan is-subparagrafu jew temenda miżuri nazzjonali eżistenti li jirreċiprokaw il-miżura Norveġiża ta’ riżerva għal riskju sistemiku, japplika l-perijodu tranżitorju standard ta’ tliet xhur wara l-pubblikazzjoni tar-Rakkomandazzjoni BERS/2023/1 f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għall-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ reċiproċità. |
|
[7. |
Il-paragrafu 7 tħassar bir-Rakkomandazzjoni BERS/2023/1.] |
III. Livell limitu ta' materjalità
|
8. |
Il-miżuri huma kkomplementati minn livelli limiti ta' materjalità speċifiċi għall-istituzzjoni ibbażati fuq skoperturi li jinsabu fin-Norveġja biex jidderieġu l-applikazzjoni potenzjali tal-prinċipju de minimis mill-awtoritajiet rilevanti li jirreċiprokaw il-miżura, kif ġej:
|
|
9. |
F’konformità mat-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, l-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru kkonċernat jistgħu jeżentaw istituzzjonijiet ta’ kreditu individwali awtorizzati domestikament li jkollhom skoperturi mhux materjali fin-Norveġja. L-iskoperturi jitqiesu mhux materjali jekk ikunu taħt il-livell limitu ta’ materjalità speċifiku għall-istituzzjoni stabbiliti skont il-paragrafu 8 ta’ hawn fuq. Meta japplikaw il-livelli limitu tal-materjalità, l-awtoritajiet rilevanti għandhom jimmonitorjaw il-materjalità tal-iskoperturi u huwa rakkomandat li jiġu applikati l-miżuri Norveġiżi għal istituzzjonijiet ta’ kreditu individwali awtorizzati domestikament li qabel kienu eżentati meta jeċċedu l-livelli limitu ta’ materjalità stabbiliti skont il-paragrafu 8 ta’ hawn fuq. |
|
10. |
F’konformità mat-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, il-livelli limitu ta’ materjalità msemmija fil-paragrafu 8 hawn fuq huma livelli limitu massimi rakkomandati. L-awtoritajiet rilevanti reċiprokanti jistgħu għalhekk jistabbilixxu livelli limitu aktar baxxi minflok japplikaw il-livelli limitu rakkomandati għall-ġurisdizzjonijiet tagħhom fejn xieraq, jew jirreċiprokaw il-miżuri mingħajr ebda livell limitu ta’ materjalità. |
|
11. |
Fejn ma jkunx hemm istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fl-Istati Membri li jkollhom skoperturi materjali fin-Norveġja, l-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri kkonċernati jistgħu, skont it-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, jiddeċiedu li ma jirreċiprokawx il-miżuri Norveġiżi. F’dan il-każ, l-awtoritajiet rilevanti għandhom jimmonitorjaw il-materjalità tal-iskoperturi u huwa rakkommandat lilhom li jirreċiprokaw il-miżuri Norveġiżi meta istituzzjoni ta’ kreditu teċċedi l-livelli limitu ta’ materjalità rispettivi. |
L-Iżvezja
|
— |
limitu minimu speċifiku għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu ta’ 25 % għall-medja ponderata skont l-iskopertura tal-ponderazzjonijiet tar-riskju applikati għall-portafoll ta’ skoperturi fil-livell tal-konsumatur għad-debituri li jirrisjedu fl-Iżvezja garantiti bi proprjetà immobbli f’konformità mal-Artikolu 458(2)(d)(iv) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fl-Iżvezja li jużaw l-Approċċ IRB għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ kapital regolatorju; |
|
— |
livell minimu (minimu) speċifiku għall-istituzzjoni ta’ kreditu ta’ 35 % għall-medja ponderata skont l-iskopertura tal-ponderazzjonijiet tar-riskju applikati għall-portafoll ta’ skoperturi korporattivi ggarantiti b’ipoteki fuq proprjetajiet kummerċjali immobbli (proprjetajiet li jinsabu fiżikament fl-Iżvezja proprjetà għal finijiet kummerċjali biex jiġi ġġenerat introjtu mill-kera) u livell minimu (minimu) speċifiku għall-istituzzjoni ta’ kreditu ta’ 25 % għall-medja ponderata skont l-iskopertura tal-ponderazzjonijiet tar-riskju applikati għall-portafoll ta’ skoperturi korporattivi ggarantiti b’ipoteki fuq proprjetajiet residenzjali immobbli (binjiet ta’ appartamenti li jinsabu fiżikament fl-Iżvezja li huma proprjetà ta’ skop kummerċjali biex jiġi ġġenerat introjtu mill-kera, meta l-għadd ta’ residenzi fil-proprjetà jaqbeż tlieta) applikati skont l-Artikolu 458(2)(d)(iv) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fl-Iżvezja li jużaw l-approċċ IRB għall-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali regolatorji. |
I. Deskrizzjoni tal-miżuri
|
1. |
Il-miżura Żvediża applikata f’konformità mal-Artikolu 458(2)(d)(iv) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u imposta fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fl-Iżvezja li jużaw l-approċċ IRB, tikkonsisti f’limitu minimu speċifiku għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu ta’ 25 % għall-medja ponderata skont l-iskopertura tal-ponderazzjonijiet tar-riskju applikat għall-portafoll ta’ skoperturi fil-livell tal-konsumatur għall-obbliganti li jirrisjedu fl-Iżvezja garantiti bi proprjetà immobbli. Il-medja ponderata skont l-iskopertura hija l-medja tal-piżijiet tar-riskju tal-iskoperturi individwali kkalkulata f’konformità mal-Artikolu 154 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ponderati mill-valur tal-iskopertura rilevanti. |
|
2. |
Il-miżura Żvediża applikata skont l-Artikolu 458(2)(d)(iv) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u imposta fuq l-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fl-Iżvezja bl-użu tal-approċċ IRB, tikkonsisti f’livell minimu (minimu) speċifiku għall-ponderazzjoni tar-riskju ponderat skont l-iskopertura ta’ 35 % għal ċerti skoperturi korporattivi fl-Iżvezja ggarantiti b’ipoteki fuq proprjetajiet kummerċjali immobbli u livell minimu (minimu) speċifiku għall-ponderazzjoni tar-riskju ponderat skont l-iskopertura ta’ 25 % għal ċerti skoperturi korporattivi fl-Iżvezja ggarantiti b’ipoteki fuq proprjetajiet residenzjali immobbli. Il-medja ponderata skont l-iskopertura hija l-medja tal-piżijiet tar-riskju tal-iskoperturi individwali kkalkulata f’konformità mal-Artikolu 153 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ponderati mill-valur tal-iskopertura rilevanti. Din il-miżura ma tkoprix skoperturi korporattivi garantiti minn: (i) proprjetajiet agrikoli; (ii) proprjetajiet li huma proprjetà diretta ta’ muniċipalitajiet, stati jew reġjuni; (iii) proprjetajiet fejn aktar minn 50 % tal-proprjetà tintuża għan-negozju proprju; u (iv) proprjetajiet b’aktar minn abitazzjoni waħda fejn l-iskop tal-proprjetà mhuwiex kummerċjali (pereżempju assoċjazzjonijiet tad-djar li huma proprjetà tar-residenti u li ma jagħmlux profitt) jew fejn in-numru ta’ abitazzjonijiet huwa inqas minn erbgħa. |
II. Reċiprokazzjoni
|
3. |
F’konformità mal-Artikolu 458(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, huwa rakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri kkonċernati jirreċiprokaw il-miżuri Żvediżi billi japplikawhom għall-fergħat ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati domestikament li jinsabu fl-Iżvezja li jużaw l-approċċ IRB għall-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali regolatorji. F’konformità mal-Artikolu 458(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri kkonċernati huma rrakkomandati li jirreċiprokaw il-miżuri Żvediżi billi japplikawhom għal istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati domestikament bl-użu tal-approċċ IRB għall-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali regolatorji li għandhom skoperturi fil-livell tal-konsumatur għal debituri residenti fl-Iżvezja ggarantiti b’ipoteki fuq proprjetajiet immobbli u/jew skoperturi korporattivi fl-Iżvezja ggarantiti b’ipoteki fuq proprjetajiet kummerċjali jew residenzjali. Skont is-subrakkomandazzjoni C(2), l-awtoritajiet rilevanti huma rakkomandati li japplikaw l-istess miżura bħal dawk li ġew implimentati fl-Iżvezja mill-awtorità attivanti sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-pubblikazzjoni tar-Rakkomandazzjoni korrispondenti f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. (5) |
|
4. |
Jekk l-istess miżuri ta’ politika makroprudenzjali ma jkunux disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom, huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti japplikaw, wara konsultazzjoni mal-BERS, miżura ta’ politika makroprudenzjali disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom li jkollha l-aktar effett ekwivalenti għall-miżura msemmija hawn fuq rakkomandata għar-reċiprokazzjoni. Huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti jadottaw il-miżuri ekwivalenti sa mhux aktar tard minn erba' xhur wara l-pubblikazzjoni ta' din ir-Rakkomandazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea . (6). |
III. Livell limitu ta' materjalità
|
5. |
Il-miżuri huma kkomplementati minn limitu ta’ materjalità speċifiku għall-istituzzjoni ta’ SEK 5 biljun għal kull waħda mill-miżuri deskritti fil-paragrafi 1 u 2, rispettivament, biex jidderieġu l-applikazzjoni potenzjali tal-prinċipju de minimis mill-awtoritajiet rilevanti li jirreċiprokaw il-miżura. |
|
6. |
F’konformità mat-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, l-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru kkonċernat jistgħu jeżentaw istituzzjonijiet ta’ kreditu individwali awtorizzati domestikament li jużaw l-approċċ IRB li għandhom skoperturi taħt il-livell limitu ta’ materjalità ta’ SEK 5 biljun għall-miżuri deskritti fil-paragrafi 1 u 2, rispettivament. Meta japplikaw il-livell limitu tal-materjalità, l-awtoritajiet rilevanti għandhom jimmonitorjaw il-materjalità tal-iskoperturi u huwa rrakkomandat li japplikaw il-miżuri Żvediżi rilevanti għal istituzzjonijiet ta’ kreditu individwali awtorizzati domestikament li qabel kienu eżentati meta jeċċedu l-livell limitu ta’ materjalità ta’ SEK 5 biljun għal dik il-miżura. |
|
7. |
Meta l-ebda istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata domestikament li tuża l-approċċ IRB ma jkollha skoperturi fil-livell tal-konsumatur, kif deskritt fil-paragrafu 1, ta’ aktar minn SEK 5 biljun, permezz ta’ fergħat li jinsabu fl-Iżvezja u/jew attività transkonfinali diretta, l-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri kkonċernati jistgħu, skont it-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, jiddeċiedu li ma jirreċiprokawx il-miżura. F’dan il-każ, l-awtoritajiet rilevanti għandhom jimmonitorjaw il-materjalità tal-iskoperturi u huwa rakkommandat lilhom li jirreċiprokaw il-miżura deskritta fil-paragrafu 2 meta istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata domestikament li tuża l-Approċċ IRB teċċedi l-livell limitu ta’ SEK 5 biljun. |
|
8. |
Meta l-ebda istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati domestikament li jużaw l-approċċ IRB ma jkollhom skoperturi korporattivi, kif deskritt fil-paragrafu 2, ta’ aktar minn SEK 5 biljun, permezz ta’ fergħat li jinsabu fl-Iżvezja u/jew attività transkonfinali diretta, l-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri kkonċernati jistgħu, skont it-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, jiddeċiedu li ma jirreċiprokawx il-miżura. F’dan il-każ, l-awtoritajiet rilevanti għandhom jimmonitorjaw il-materjalità tal-iskoperturi u huwa rakkommandat lilhom li jirreċiprokaw il-miżura deskritta fil-paragrafu 2 meta istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata domestikament li tuża l-approċċ IRB teċċedi l-livell limitu ta’ SEK 5 biljun. |
|
9. |
B’mod konformi mat-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, il-livell limitu ta’ materjalità ta’ SEK 5 biljun huwa livell limitu massimu rakkomandat. L-awtoritajiet rilevanti reċiprokanti jistgħu għalhekk jistabbilixxu livell limitu aktar baxx minflok japplikaw il-livell limitu rakkomandat għall-ġurisdizzjonijiet tagħhom fejn xieraq, jew jirreċiprokaw il-miżura mingħajr ebda livell limitu ta’ materjalità. |
Il-Portugall
Rata ta’ riżerva għal riskju sistemiku ta’ 4 % fuq l-iskoperturi IRB fil-livell tal-konsumatur kollha għal persuni fiżiċi ggarantiti bi proprjetà immobbli residenzjali li għaliha l-kollateral jinsab fil-Portugall.
I. Deskrizzjoni tal-miżura
|
1. |
Il-miżura Portugiża, applikata f’konformità mal-Artikolu 133 tad-Direttiva 2013/36/UE u fuq l-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni, tattiva rata ġdida ta’ sSyRB ta’ 4 % fuq skoperturi IRB fil-livell tal-konsumatur għal persuni fiżiċi ggarantiti bi proprjetà immobbli residenzjali li għaliha l-kollateral ikun jinsab fil-Portugall (kemm skoperturi mhux inadempjenti kif ukoll dawk inadempjenti). |
|
2. |
Il-miżura għandha l-għan li ssaħħaħ ir-reżiljenza kontra vulnerabbiltajiet akkumulati fl-istokk tas-self ipotekarju f’riċessjoni potenzjali taċ-ċiklu ekonomiku u/jew kontra korrezzjoni sinifikanti mhux mistennija tal-prezzijiet tal-proprjetà immobbli residenzjali. |
II. Reċiprokazzjoni
|
3. |
Huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti jirreċiprokaw il-miżura Portugiża billi japplikawha għal skoperturi IRB fil-livell tal-konsumatur għal persuni fiżiċi ggarantiti bi proprjetà immobbli residenzjali li għaliha l-kollateral ikun jinsab fil-Portugall (kemm bħala skoperturi mhux inadempjenti kif ukoll bħala skoperturi inadempjenti). Alternattivament, il-miżura tista’ tiġi rreċiprokata bl-użu tal-kamp ta’ applikazzjoni li ġej fir-rapportar tal-COREP: Skoperturi IRB fil-livell tal-konsumatur iggarantiti minn proprjetà immobbli residenzjali fil-konfront ta’ individwi li jinsabu fil-Portugall (kemm bħala skoperturi mhux inadempjenti kif ukoll bħala skoperturi inadempjenti). |
|
4. |
Jekk l-istess miżura ta’ politika makroprudenzjali mhijiex disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom, huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti japplikaw, wara konsultazzjoni mal-BERS, miżura ta’ politika makroprudenzjali disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom li għandha l-aktar effett ekwivalenti għall-miżura msemmija hawn fuq rakkomandata għar-reċiprokazzjoni, inkluż l-adozzjoni ta’ miżuri u setgħat superviżorji stipulati fit-Titolu VII, Kapitolu 2, Taqsima IV tad-Direttiva 2013/36/UE. |
|
5. |
Wara t-talba mill-Banco de Portugal, huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti reċiprokanti jirreċiprokaw il-miżura Portugiża billi japplikawha fuq l-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni. |
|
6. |
Huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti jiżguraw li l-miżura ta’ reċiprokazzjoni tapplika u jkun hemm konformità magħha mill-1 ta’ Ottubru 2024. |
III. Livell limitu ta' materjalità
|
7. |
Il-miżuri huma kkomplementati minn livell limitu ta' materjalità speċifiku għall-istituzzjoni bbażat fuq skoperturi li jinsabu fil-Portugall biex jidderieġu l-applikazzjoni potenzjali tal-prinċipju de minimis mill-awtoritajiet rilevanti li jirreċiprokaw il-miżura. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu jiġu eżentati mir-rekwiżit tar-rata ta’ riżerva għal riskju sistemiku settorjali sakemm l-iskoperturi settorjali rilevanti tagħhom ma jaqbżux l-EUR 1 biljun, li jikkorrispondi għal madwar 1 % tal-istokk ta’ kreditu għax-xiri ta’ djar fil-Portugall. |
|
8. |
F’konformità mat-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, il-livell limitu ta’ materjalità ta’ EUR 1 biljun huwa l-livell limitu massimu rrakkomandat. L-awtoritajiet rilevanti reċiprokanti jistgħu għalhekk jistabbilixxu livell limitu aktar baxx minflok japplikaw il-livell limitu rakkomandat għall-ġurisdizzjonijiet tagħhom fejn xieraq, jew jirreċiprokaw il-miżura mingħajr ebda livell limitu ta’ materjalità. Meta jistabbilixxu l-livell limitu ta’ materjalità, l-awtoritajiet rilevanti għandhom jikkunsidraw l-iskopertura tal-fornitur ta’ servizzi finanzjarji individwali għar-riskju makroprudenzjali identifikat fil-Portugall u jivvalutaw jekk dan jistax jitqies bħala mhux materjali. |
|
9. |
Fejn ma jkunx hemm istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fl-Istati Membri li jkollhom skoperturi materjali fil-Portugall, l-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri kkonċernati jistgħu, skont it-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, jiddeċiedu li ma jirreċiprokawx il-miżuri Portugiżi. F’dan il-każ, l-awtoritajiet rilevanti għandhom jimmonitorjaw il-materjalità tal-iskoperturi u huwa rakkommandat lilhom li jirreċiprokaw il-miżuri Portugiżi meta istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata teċċedi l-livelli limitu ta’ materjalità rispettivi. |
Id-Danimarka
Rata ta’ riżerva għal riskju sistemiku settorjali ta’ 7 % fuq it-tipi kollha ta’ skoperturi li jinsabu fid-Danimarka għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji li joperaw f’attivitajiet ta’ proprjetà immobbli u fl-iżvilupp ta’ proġetti ta’ bini identifikati f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi fl-Unjoni, stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.
I. Deskrizzjoni tal-miżura
|
1. |
Ir-rata ta’ riżerva għal riskju sistemiku settorjali ta’ 7 % se tapplika għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu domestiċi kollha. |
|
2. |
Din se tapplika għat-tipi kollha ta’ skoperturi li jinsabu fid-Danimarka għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji li joperaw f’attivitajiet ta’ proprjetà immobbli minbarra assoċjazzjonijiet tal-akkomodazzjoni soċjali u assoċjazzjonijiet kooperattivi tad-djar u fl-iżvilupp ta’ proġetti ta’ bini. L-attivitajiet ekonomiċi rilevanti tad-debitur huma speċifikati b’referenza għall-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi fl-Unjoni, stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 (7).
Il-miżura se tapplika fuq bażi individwali u konsolidata. |
II. Reċiprokazzjoni
|
3. |
Huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti reċiprokanti jirreċiprokaw il-miżura Daniża billi japplikawha għat-tipi kollha ta’ skoperturi li jinsabu fid-Danimarka għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji involuti f’attivitajiet ekonomiċi speċifiċi, li huma ddeterminati kif ġej: ‘Attivitajiet ta’ proprjetà immobbli’ skont il-kodiċi NACE (8)‘L’, minbarra assoċjazzjonijiet tal-akkomodazzjoni soċjali u assoċjazzjonijiet kooperattivi tad-djar u ‘Żvilupp ta’ proġetti ta’ bini’ (41.1) skont il-kodiċi NACE ‘F’. |
|
4. |
Wara t-talba mill-Ministeru Daniż tal-Industrija, in-Negozju u l-Affarijiet Finanzjarji, huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti jirreċiprokaw il-miżura Daniża billi japplikawha fuq bażi individwali u kkonsolidata. |
|
5. |
l-istess miżura ta’ politika makroprudenzjali mhijiex disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom, huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti japplikaw, wara konsultazzjoni mal-BERS, miżura ta’ politika makroprudenzjali disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom li għandha l-aktar effett ekwivalenti għall-miżura msemmija hawn fuq rakkomandata għar-reċiprokazzjoni, inkluż l-adozzjoni ta’ miżuri u setgħat superviżorji stipulati fit-Titolu VII, Kapitolu 2, Taqsima IV tad-Direttiva 2013/36/UE. |
|
6. |
Huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti jiżguraw li l-miżura ta’ reċiprokazzjoni tapplika u jkun hemm konformità magħha milt-30 ta’ Ġunju 2024. |
III. Livell limitu ta' materjalità
|
7. |
Il-miżuri huma kkomplementati minn livell limitu ta' materjalità speċifiku għall-istituzzjoni ibbażata fuq skoperturi li jinsabu fid-Danimarka biex jidderieġu l-applikazzjoni potenzjali tal-prinċipju de minimis mill-awtoritajiet rilevanti li jirreċiprokaw il-miżura. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu jiġu eżentati mir-rekwiżit tar-rata ta’ riżerva għal riskju sistemiku settorjali sakemm l-iskoperturi settorjali rilevanti tagħhom ma jaqbżux l-EUR 200 miljun, li jikkorrispondi għal madwar 0.3 % tal-iskoperturi totali għal kumpaniji ta’ proprjetà immobbli fid-Danimarka. |
|
8. |
B’mod konformi mat-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, il-livell limitu ta’ materjalità ta’ EUR 200 miljun huwa livell limitu massimu rakkomandat. L-awtoritajiet rilevanti reċiprokanti jistgħu għalhekk jistabbilixxu livell limitu aktar baxx minflok japplikaw il-livell limitu rakkomandat għall-ġurisdizzjonijiet tagħhom fejn xieraq, jew jirreċiprokaw il-miżura mingħajr ebda livell limitu ta’ materjalità. Meta jistabbilixxu l-livell limitu ta’ materjalità, l-awtoritajiet rilevanti għandhom jikkunsidraw l-iskopertura tal-fornitur ta’ servizzi finanzjarji individwali għar-riskju makroprudenzjali identifikat fid-Danimarka u jivvalutaw jekk dan jistax jitqies bħala mhux materjali. |
|
9. |
Fejn ma jkunx hemm istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fl-Istati Membri li jkollhom skoperturi materjali fid-Danimarka, l-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri kkonċernati jistgħu, skont it-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, jiddeċiedu li ma jirreċiprokawx il-miżuri Daniżi. F’dan il-każ, l-awtoritajiet rilevanti għandhom jimmonitorjaw il-materjalità tal-iskoperturi u huwa rakkommandat lilhom li jirreċiprokaw il-miżuri Daniżi meta istituzzjoni ta’ kreditu teċċedi l-livelli limitu ta’ materjalità rispettivi. |
(1) Recommandation du comité du risque systémique du 9 novembre 2020 relative aux crédits portant sur des biens immobiliers à usage Résidentiel situés sur le territoire du Luxembourg (CRS/2020/005).
(2) CSSF Regulation Nru 20–08 du 3 décembre 2020 fixant des conditions pour l’octroi de crédits relatifs à des biens immobiliers à usage Résidentiel situés sur le territoire du Luxembourg.
(3) Ir-Rakkomandazzjoni BERS/2021/3 tal-Bord Ewropew għar-Riskju Sistemiku tat-30 ta’ April 2021, li temenda r-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 dwar il-valutazzjoni tal-effetti transfruntiera ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali u r-reċiproċità volontarja tagħhom (ĠU Ċ 222, 11.6.2021, p. 1).
(4) Ir-Rakkomandazzjoni BERS/2023/1 tal-Bord Ewropew għar-Riskju Sistemiku tas-6 ta’ Marzu 2023 li temenda r-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 dwar il-valutazzjoni tal-effetti transfruntiera ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali u r-reċiproċità volontarja tagħhom (ĠU Ċ 158, 4.5.2023, p. 1).
(5) Ara r-Rakkomandazzjoni BERS/2019/1 għall-miżura ta’ politika makroprudenzjali attivata fil-31 ta’ Diċembru 2018.
(6) Ara r-Rakkomandazzjoni BERS/2019/1 għall-miżura ta’ politika makroprudenzjali attivata fil-31 ta’ Diċembru 2018.
(7) Id-determinazzjoni tas-subsettijiet speċifiċi ta’ skoperturi settorjali li għalihom se tiġi applikata l-sSyRB, hija bbażata fuq il-Linji Gwida tal-EBA dwar is-subsettijiet xierqa ta’ skoperturi settorjali li għalihom l-awtoritajiet kompetenti jew nominati jistgħu japplikaw riżerva għal riskju sistemiku f’konformità mal-Artikolu 133(5)(f) tad-Direttiva 2013/36/UE, (EBA-GL-2020–13), disponibbli fuq is-sit web tal-EBA fuq: www.eba.europa.eu
(8) NACE Rev.2, Klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea, ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3114/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)