Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
C/2024/3046 |
13.5.2024 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-14 ta’ Marzu 2024 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Ravensburg - il-Ġermanja) – MW, CY vs VR Bank Ravensburg-Weingarten eG
(Kawża C-536/22 (1) , VR Bank Ravensburg-Weingarten)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 2014/17/UE - Artikolu 25(3) - Kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi marbuta ma’ proprjetajiet immobbli residenzjali - Rimbors antiċipat - Kumpens tal-persuna li ssellef - Lucrum cessans tal-persuna li ssellef - Metodu ta’ kalkolu tal-lucrum cessans)
(C/2024/3046)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Ravensburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: MW, CY
Konvenut: VR Bank Ravensburg-Weingarten eG
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 25 tad-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi marbutin ma’ proprjetà immobbli residenzjali u li temenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010,
għandu jiġi interpretat fis-sens li: dan japplika wkoll meta l-konsumatur iwettaq b’mod antiċipat l-obbligi tiegħu wara li jkun xolja l-kuntratt ta’ kreditu għall-konsumaturi tiegħu marbut ma’ proprjetà immobbli residenzjali skont il-kundizzjonijiet previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali. |
2) |
L-ewwel sentenza tal-Artikolu 25(3) tad-Direttiva 2014/17
għandha tiġi interpretata fis-sens li: din ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li, bil-għan tal-kumpens tal-persuna li ssellef fil-każ ta’ rimbors antiċipat ta’ kreditu għall-konsumaturi marbut ma’ proprjetà immobbli residenzjali, tieħu inkunsiderazzjoni l-lucrum cessans tal-persuna li ssellef sostnut direttament minn din tal-aħħar minħabba dan ir-rimbors antiċipat, u b’mod partikolari, it-telf finanzjarju mġarrab minn din il-persuna li ssellef, fejn applikabbli b’rabta mal-interessi kuntrattwali li jkun għad fadal li jitħallsu li ma jkunux ser jinġabru iktar, bil-kundizzjoni li l-kumpens ikun ekwu u oġġettiv, li ma tiġi imposta ebda penalità fuq il-konsumatur u li l-kumpens ma jaqbiżx dan it-telf finanzjarju. |
3) |
L-Artikolu 25(3) tad-Direttiva 2014/17
għandu jiġi interpretat fis-sens li: fil-każ ta’ rimbors antiċipat ta’ kreditu għall-konsumaturi marbut ma’ proprjetà immobbli residenzjali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kalkolu, mill-persuna li ssellef, tal-lucrum cessans tagħha li jieħu inkunsiderazzjoni r-rendiment b’rata fissa tas-somma rrimborsata b’mod antiċipat iwassal sabiex il-kumpens ikun ekwu u oġġettiv, sabiex dan ma jaqbiżx it-telf finanzjarju tal-persuna li ssellef u sabiex ebda penalità ma tiġi imposta fuq il-konsumatur. Id-Direttiva 2014/17 ma teħtieġx li tali kalkolu jieħu inkunsiderazzjoni l-mod li bih il-persuna li ssellef effettivament tuża l-ammont irrimborsat b’mod antiċipat. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3046/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)