European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/2980

25.4.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-22 ta’ April 2024

li taħtar membru tal-Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika

(C/2024/2980)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 235/2008/KE tal-11 ta’ Marzu 2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(5) tagħha,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni tiegħu tal-24 ta' Mejju 2022 (2), il-Kunsill ħatar lis-Sa Martine DURAND bħala membru tal-Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika (il-''Bord'') għal mandat ta' tliet snin.

(2)

Is-Sa Martine DURAND irriżenjat qabel l-iskadenza tal-mandat tagħha.

(3)

Għaldaqstant jeħtieġ li jinħatar membru ġdid tal-Bord.

(4)

L-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni Nru 235/2008/KE jgħid li l-membri tal-Bord għandhom jintgħażlu minn fost esperti li għandhom kompetenza eċċellenti fil-qasam tal-istatistika,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sa Sandrine DUCHÊNE hija b'dan maħtura membru tal-Bord Konsultattiv għall-Governanza tal-Istatistika għal mandat ta' tliet snin.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-22 ta’ April 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)   ĠU L 73, 15.3.2008, p. 17.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta' Mejju 2022 li taħtar membru tal-Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika (ĠU C 211, 30.5.2022, p. 2).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2980/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)