|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/2956 |
6.5.2024 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Frar 2024 – Lattanzio KIBS et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-113/24)
(C/2024/2956)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Lattanzio KIBS SpA (Milan, l-Italja) CY, CV u CW (rappreżentanti: B. O’Connor u M. Hommé, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Diċembru 2023 dwar il-proċedimenti għall-esklużjoni tal-ewwel rikorrenti milli tipparteċipa fil-proċeduri ta’ għoti għal kuntratti pubbliċi u allowances irregolati mir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Finanzjarju”) (1) u mir-Regolament (UE) 2018/1877 (2) jew milli tintagħżel għall-implimentazzjoni ta’ fondi rregolati minnhom (Ref. Ares (2023)8545235); |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea (u lil kwalunkwe parti intervenjenti potenzjali) għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tmien motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-fatti u tal-liġi meta kklassifikat is-sentenza tal-Qorti Kriminali ta’ Milan tat-13 ta’ Lulju 2021 (iktar ’il quddiem is-“Sentenza ta’ Milan”) bħala sentenza finali ta’ ħtija li sabet lit-tieni u lit-tielet rikorrent ħatja ta’ korruzzjoni.
|
|
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 136(1)(d)(ii) tar-Regolament Finanzjarju meta kkonstatat, abbażi ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni, li s-Sentenza ta’ Milan kienet tikkostitwixxi bażi valida li fuqha tista’ tiġi eskluża l-ewwel rikorrenti milli tipparteċipa fil-proċeduri ta’ għoti rregolati mir-Regolament 2018/1046 u mir-Regolament 218/1877.
|
|
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha li tqis il-kontenut u n-natura tad-dritt nazzjonali.
|
|
4. |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 136(4) tar-Regolament Finanzjarju billi eskludiet lill-ewwel rikorrenti abbażi ta’ konstatazzjoni, ivvizzjata bi żball manifest ta’ evalwazzjoni, li t-tieni u t-tielet rikorrent kellhom setgħat ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet jew ta’ kontroll fuqha.
|
|
5. |
Il-ħames motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni naqset milli tagħti motivazzjoni sabiex tissostanzja l-konklużjonijiet misluta mid-deċiżjoni kkontestata.
|
|
6. |
Is-sitt motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità, irrikonoxxut mill-Artikolu 136(3) tar-Regolament Finanzjarju, u bħala prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni taħt l-Artikolu 5(4) TUE, billi adottat l-Artikoli 2 u 3 tad-deċiżjoni kkontestata.
|
|
7. |
Is-seba’ motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 136(6) tar-Regolament Finanzjarju billi naqset milli tqis miżuri ta’ rimedju sottomessi mill-ewwel rikorrenti.
|
|
8. |
It-tmien motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni kisret id-dritt għal smigħ tar-raba’ rikorrent, iggarantit mill-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.
|
(1) Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU 2018, L 193, p. 1, rettifika fil-ĠU 2019, L 60, p. 36).
(2) Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877 tas-26 ta’ Novembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp, u li jħassar ir-Regolament (UE) 2015/323 (ĠU 2018, L 307, p. 1).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2956/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)